+Artikolu 14
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
|
Artikolu 14
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Superviżur finanzjarju jista’ jissottometti talba motivata lill-Awtorità biex l-Awtorità tassumi superviżjoni diretta u twettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 5(2) fir-rigward ta’ entità marbuta b’obbligu mhux magħżula partikolari. It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi sottomessa biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali bl-għan li jiġi indirizzat fil-livell tal-Unjoni riskju akbar ta’ ML/TF jew nuqqasijiet ta’ konformità f’entità marbuta b’obbligu mhux magħżula u biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ standards superviżorji għoljin.
|
|
Artikolu 14 2.
|
It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
(a)
tidentifika l-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula li fir-rigward tagħha s-superviżur finanzjarju jkun tal-fehma li l-Awtorità għandha tassumi superviżjoni diretta;
(b)
tiddikjara r-raġunijiet għala s-superviżjoni diretta tal-AML/CFT tal-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula hija neċessarja;
(c)
tidentifika u tiġġustifika kif xieraq id-data proposta tat-trasferiment u l-perjodu li għalih jintalab it-trasferiment tal-kompiti u s-setgħat; u
(d)
tipprovdi l-informazzjoni, id-data u l-evidenza ta’ sostenn kollha neċessarji li jistgħu jkunu utli għall-valutazzjoni tat-talba.
|
|
Artikolu 14 3.
|
It-talba tas-superviżur finanzjarju għandha tkun akkumpanjata minn rapport li jindika l-istorja tas-superviżjoni u l-profil tar-riskju tal-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula rilevanti. L-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula għandha tiġi infurmata dwar it-talba u l-kronoloġija proposti fiha.
|
|
Artikolu 14 4.
|
L-Awtorità għandha tivvaluta t-talba msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien xahrejn, jew f’perjodu ta’ żmien li jippermetti t-trasferiment tal-kompiti u s-setgħat sad-data proposta fit-talba, skont liema tkun l-itwal. L-Awtorità għandha taqbel biss mat-trasferiment mitlub tas-superviżjoni diretta fejn tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-superviżur rikjedenti jista’ juri l-ineffikaċja tal-miżuri superviżorji imposti fuq l-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula fir-rigward ta’ ksur serju, ripetut jew sistematiku tar-rekwiżiti applikabbli;
(b)
ir-riskju akbar ta’ ML/TF jew il-ksur serju, ripetut jew sistematiku tar-rekwiżiti applikabbli jaffettwaw diversi entitajiet fi ħdan grupp ta’ entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula, u s-superviżuri finanzjarji rilevanti jaqblu li azzjoni superviżorja kkoordinata fil-livell tal-Unjoni tkun aktar effettiva biex tindirizzahom;
(c)
it-talba tikkonċerna nuqqas temporanju, oġġettiv u dimostrabbli ta’ kapaċità fil-livell tas-superviżur finanzjarju biex jindirizza b’mod adegwat u f’waqtu r-riskju ta’ ML/TF ta’ entità marbuta b’obbligu mhux magħżula.
|
|
Artikolu 14 5.
|
Meta l-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità jsib li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 4 ġew issodisfati, huwa għandu jadotta deċiżjoni indirizzata lis-superviżur finanzjarju rikjedenti u lill-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula kkonċernata li tinnotifikahom bl-aċċettazzjoni tat-talba. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika d-data li fiha l-Awtorità għandha tassumi s-superviżjoni diretta u t-tul ta’ żmien ta’ tali superviżjoni. Mid-data li fiha l-Awtorità għandha tassumi s-superviżjoni diretta, l-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula kkonċernata għandha titqies bħala entità marbuta b’obbligu magħżula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Malli tintemm id-durata tas-superviżjoni diretta mill-Awtorità, stabbilita fid-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kompiti u s-setgħat relatati mas-superviżjoni diretta tal-entità marbuta b’obbligu kkonċernata għandhom jiġu ttrasferiti lura awtomatikament lis-superviżur finanzjarju, sakemm l-Awtorità ma testendix l-applikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni wara talba korrispondenti magħmula mis-superviżur finanzjarju f’konformità mal-paragrafi 1 sa 4.
|
|
Artikolu 14 6.
|
Meta l-Bord Eżekuttiv tal-Awtorità jirrifjuta t-talba tas-superviżur finanzjarju, huwa għandu jipprovdi r-raġunijiet għal dan bil-miktub, filwaqt li jindika b’mod ċar liema kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 4 ma ġewx issodisfati. L-Awtorità għandha tikkonsulta lis-superviżur finanzjarju qabel ma tieħu deċiżjoni u għandha tiżgura li l-entità marbuta b’obbligu mhux magħżula tkun informata dwar l-eżitu tal-proċess.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|