+Artikolu 30
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.

Artikolu 30

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
L-Awtorità għandha twettaq valutazzjonijiet perjodiċi ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha ta’ superviżur finanzjarju wieħed, ta’ diversi superviżuri finanzjarji jew tas-superviżuri finanzjarji kollha, kif ukoll tal-għodod u r-riżorsi tagħhom. Bħala parti minn kull valutazzjoni, l-Awtorità għandha tivvaluta l-punt sa fejn is-superviżur finanzjarju jwettaq il-kompiti tiegħu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2024/1640 u jieħu l-passi neċessarji biex jiġu żgurati standards u prattiki superviżorji ta’ livell għoli konsistenti. Il-valutazzjonijiet għandhom iqisu l-livell ta’ armonizzazzjoni tal-approċċi superviżorji u, għal dak il-għan, għandhom jinkludu rieżami tal-applikazzjoni tal-metodoloġija superviżorja tal-AML/CFT kollha jew parti minnha, żviluppata skont l-Artikolu 8, u għandhom ikopru s-superviżuri finanzjarji kollha f’ċiklu ta’ valutazzjoni uniku. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta, wara li jikkonsulta lill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja, pjan taċ-ċiklu ta’ valutazzjoni. Il-Bord Ġenerali, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, jista’ jirrikjedi lill-Bord Eżekuttiv jadotta pjan ġdid. It-tul ta’ kull ċiklu ta’ valutazzjoni għandu jiġi ddeterminat mill-Awtorità u ma għandux jaqbeż is-seba’ snin.

L-Awtorità għandha tiżviluppa metodi li jippermettu valutazzjoni konsistenti tas-superviżuri finanzjarji rieżaminati fl-istess ċiklu, u tqabbil bejniethom. Fi tmiem kull ċiklu ta’ valutazzjoni, l-Awtorità għandha tissottometti s-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 30 2.
Il-valutazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-persunal tal-Awtorità u, wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni, mill-persunal tas-superviżuri finanzjarji li ma jkunux soġġetti għal rieżami, fuq bażi volontarja. Fejn ikun rilevanti, il-valutazzjonijiet għandhom iqisu b’mod xieraq l-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet jew ir-rapporti mfassla minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi intergovernattivi b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ML/TF. Il-valutazzjonijiet jistgħu jqisu wkoll l-informazzjoni stabbilita fil-bażi tad-data ċentrali tal-AML/CFT stabbilita skont l-Artikolu 11.
Artikolu 30 3.
L-Awtorità għandha tipproduċi rapport li jippreżenta r-riżultati ta’ kull valutazzjoni. Abbozz ta’ verżjoni tar-rapport għandu jiġi sottomess lis-superviżur finanzjarju soġġett għall-valutazzjoni għall-kummenti, qabel ma jiġi kkunsidrat mill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja. Sa skadenza ddeterminata mill-Awtorità, is-superviżur finanzjarju soġġett għall-valutazzjoni għandu jissottometti osservazzjonijiet rigward l-abbozz ta’ rapport. Ir-rapport finali għandu jiġi adottat mill-Bord Eżekuttiv, b’kont meħud tal-osservazzjonijiet tal-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiżgura l-konsistenza fl-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-valutazzjoni. Ir-rapport għandu jispjega u jindika kwalunkwe miżura ta’ segwitu speċifika meħtieġa li għandha tittieħed mis-superviżur finanzjarju soġġett għall-valutazzjoni li titqies xierqa, proporzjonata u neċessarja bħala riżultat tal-valutazzjoni. Il-miżuri ta’ segwitu jistgħu jiġu adottati fil-forma ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet tal-Bord Ġenerali. Il-miżuri ta’ segwitu jistgħu wkoll jiġu adottati fil-forma ta’ rakkomandazzjonijiet individwali meħuda mill-Bord Eżekuttiv. Dawk il-miżuri ta’ segwitu individwali għandhom jiġu ppubblikati biss bil-kunsens tas-superviżur finanzjarju kkonċernat u biss f’forma sommarja jew aggregata, b’tali mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati. Il-verżjoni ppubblikata tar-rapport ma għandhiex tinkludi informazzjoni kunfidenzjali u lanqas referenzi għal superviżuri finanzjarji speċifiċi.
Artikolu 30 4.
Is-superviżuri finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw mal-miżuri speċifiċi ta’ segwitu indirizzati lilhom b’riżultat tal-valutazzjoni. Fejn applikabbli, is-superviżuri finanzjarji għandhom jipprovdu aġġornamenti regolari lill-Awtorità dwar it-tip ta’ miżuri li jkunu implimentaw bħala reazzjoni għar-rapport imsemmi fil-paragrafu 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.