|
+ANNESS I BIDLIET GĦALL-APPROĊĊ IBBAŻAT FUQ IL-KLASSIFIKAZZJONI INTERNA (IRB) |
ANNESS I BIDLIET GĦALL-APPROĊĊ IBBAŻAT FUQ IL-KLASSIFIKAZZJONI INTERNA (IRB)ANNESS I BIDLIET GĦALL-APPROĊĊ IBBAŻAT FUQ IL-KLASSIFIKAZZJONI INTERNA (IRB) PARTI I BIDLIET FIL-FIRXA TA' APPLIKAZZJONI TAS-SISTEMI TA' KLASSIFIKAZZJONI JEW FL-APPROĊĊI BBAŻATI FUQ MUDELLI INTERNI FIR-RIGWARD TA' SKOPERTURI TAL-EKWITÀ TAQSIMA 1 Bidliet li jeħtieġu approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”) 1. L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni għal:
(a)
skoperturi f'unità ta' negozju addizzjonali, li huma tal-istess tip ta' prodott jew debitur;
(b)
skoperturi ta' tip addizzjonali ta' prodott jew debitur sakemm it-tip addizzjonali ta' prodott jew debitur ma jaqax fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni approvata abbażi tal-kriterji kif imsemmi fil-punti (c)(i) u (ii);
(c)
skoperturi addizzjonali relatati mad-deċiżjoni dwar għoti ta' self ta' parti terza għall-grupp, sakemm l-istituzzjoni tkun tista' tipprova li l-iskoperturi addizzjonali jaqgħu fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni approvata, ibbażata fuq il-kriterji kollha li ġejjin:
(i)
“ir-rappreżentattività” tad-dejta użata biex jinbena l-mudell biex jiġu assenjati l-iskoperturi fi gradi jew pulijiet fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-iskoperturi addizzjonali tal-istituzzjoni fejn id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' self tkun ittieħdet minn parti terza, skont l-Artikolu 174(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ii)
il-“komparabbiltà” tal-popolazzjoni ta' skoperturi rrappreżentata fid-dejta użata għall-istima, l-istandards tal-għoti ta' self użati meta d-dejta tkun ġiet iġġenerata u karatteristiċi rilevanti oħra ma' dawk tal-iskoperturi addizzjonali fejn id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' self tittieħdet minn parti terza, skont l-Artikolu 179(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Biex ikunu stabbiliti “r-rappreżentattività” u “l-komparabbiltà” taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel paragrafu l-istituzzjonijiet jipprovdu deskrizzjoni sħiħa tal-kriterji u l-miżuri użati. 2. L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità, għal waħda minn dawn it-tipi ta' skoperturi:
(a)
għal metodu Sempliċi tal-ponderazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 155(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
għal approċċ PD/LGD skont l-Artikolu 155(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
għad-dispożizzjoni tal-użu parzjali temporanju skont l-Artikolu 495 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(d)
għall-istess tip ta' prodott f'unità ta' negozju addizzjonali;
(e)
għal tip ta' prodott addizzjonali sakemm l-istituzzjoni ma tkunx tista' tipprova li jaqa' fil-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni eżistenti għall-iskoperturi ta' ekwità. TAQSIMA 2 Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti 1. It-tnaqqas tal-firxa ta' applikazzjoni jew l-ambitu tal-użu ta' sistema ta' klassifikazzjoni. 2. It-tnaqqas tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità. 3. L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni li għaliha jista' jintwera li din ma taqax taħt il-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 1 ta' dan l-Anness. 4. L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità fejn estensjoni bħal din ma taqax taħt il-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 2 ta' dan l-Anness. PARTI II BIDLIET FIS-SISTEMI TA' KLASSIFIKAZZJONI JEW FL-APPROĊĊ IBBAŻATI FUQ MUDELLI INTERNI GĦAL SKOPERTURI TAL-EKWITÀ TAQSIMA 1 Bidliet li jeħtieġu approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”) 1. Bidliet fil-metodoloġija ta' assenjazzjoni ta' skoperturi fi klassijiet ta' skopertura u sistemi ta' klassifikazzjoni. Dawn jinkludu:
(a)
bidliet fil-metodoloġija użata għall-assenjazzjoni ta' skoperturi fi klassijiet differenti ta' skoperturi skont l-Artikolu 147 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
bidliet fil-metodoloġija użata għall-assenjazzjoni ta' debitur jew tranżazzjoni għal sistema ta' klassifikazzjoni skont l-Artikolu 169(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 2. Il-bidliet segwenti fl-algoritmi u l-proċeduri użati għal: l-assenazzjoni ta' debituri għal gradi jew pulijiet ta' debituri; għall-assenjazzjoni ta' skoperturi fi gradi jew pulijiet ta' faċilità; jew għall-kwantifikazzjoni tar-riskju ta' inadempjenza mid-debitur jew telf assoċjat (“bidliet fil-metodoloġija ta' klassifikazzjoni għas-sistemi IRB”):
(a)
bidliet tal-approċċ tal-immuddellar għall-assenjazzjoni ta' debitur fi gradi jew pulijiet u/jew skoperturi għal gradi jew pulijiet ta' faċilitajiet skont l-Artikolu 171(1) u l-Artikolu 172(1)(a) sa (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
bidliet lill-approċċ tal-istituzzjoni għall-“prinċipju ta' debitur wieħed klassifikazzjoni waħda” skont l-Artikolu 172(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
bidliet fis-suppożizzjonijiet tas-sistema ta' klassifikazzjoni sottostanti l-klassifikazzjonijiet relatati mal-limitu sa fejn bidla fil-kundizzjonijiet ekonomiċi tkun mistennija li twassal għal migrazzjoni netta ta' għadd kbir ta' skoperturi, debituri jew faċilitajiet bejn il-gradi jew il-pulijiet tal-mudell, kuntrarju għall-migrazzjoni ta' biss uħud mill-iskoperturi, debituri jew faċilitajiet minħabba l-karatteristiċi individwali tagħhom li l-livelli tal-kejl u s-sinifikat tagħhom huma definiti mill-istituzzjoni;
(d)
bidliet fil-kriterji ta' klassifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 170(1)(c) u (e) u l-Artikolu 170(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u/jew il-piżijiet, is-sekwenza jew il-ġerarkija tagħhom, jekk tintlaħaq kwalunkwe kundizzjoni minn dawn:
(i)
jibdlu l-ordni tar-rank msemmi fl-Artikolu 170(1)(c) u (3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod sinifikanti, li l-kejl u l-livell tagħhom se jkunu ġew definiti mill-istituzzjoni;
(ii)
jibdlu d-distribuzzjoni tad-debituri, tal-faċilitaijiet jew l-iskoperturi fil-gradi u l-pulijiet skont l-Artikolu 170(1)(d) u (f) u l-Artikolu 170(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod sinifikanti, li l-kejl u l-livell tagħhom se jkunu ġew definiti mill-istituzzjoni.
(e)
l-introduzzjoni jew l-irtirar ta' klassifikazzjoni esterna bħala fattur primarju li jiddetermina assenjazzjoni ta' klassifikazzjoni interna skont l-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(f)
bidla fil-metodoloġija fundamentali għall-istima tal-PDs, l-LGDs inklużi l-aħjar stima ta' telf mistenni, u tal-fatturi ta' konverżjoni skont l-Artikoli 180, 181, u 182 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-metodoloġija għad-derivazzjoni ta' marġini ta' konservatiżmu relatat mal-firxa mistennija ta' żbalji fl-istima skont l-Artikolu 179(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għal-LGDs u l-fatturi ta' konverżjoni dan jinkludi wkoll bidliet fil-metodoloġija għall-kontabilità għal tnaqqis fir-ritmu ekonomiku skont l-Artikoli 181(1)(b) u 182(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(g)
l-inklużjoni ta' tipi addizzjonali ta' kollateral fl-istima tal-LGD skont l-Artikolu 181(1)(c) sa (g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk it-trattament tagħhom huwa differenti minn proċeduri li diġà ġew approvati. 3. Bidliet fid-definizzjoni ta' adempjenza skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; 4. Bidliet fil-metodoloġija ta' validazzjoni u/jew proċessi ta' validazzjoni li jwasslu għal bidliet fiil-ġudizzju tal-istituzzjoni dwar il-preċiżjoni u l-konsistenza tal-istima tal-parametri ta' riskju rilevanti, il-proċessi ta' klassifikazzjoni jew il-prestazzjoni tas-sistemi ta' klassifikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 185(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 5. Bidliet fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. Dawn jinkludu:
(a)
bidliet fl-approċċ tal-mudell tal-valur fir-riskju biex jistmaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskji għall-iskoperturi ta' ekwità skont l-Artikolu 155(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
bidliet fil-metodoloġija għall-aġġustament tal-istimi ta' telf potenzjali biex jinkisbu livelli xierqa ta' realiżmu u/jew konservattiviżmu, jew bidliet fil-metodu analitiku biex dejta perjodika b'intervalli iqsar tiġi konvertita għal dejta trimestrali skont l-Artikolu 186(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
bidliet fil-mudell ta' ġbir tatal-motivaturi tar-riskju materjali li jqisu l-profil u l-kumplessità tar-riskju speċifiku, inkluż in-nuqqas ta' linearità tal-portafoll tal-ekwità tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 186(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(d)
bidliet fil-metodoloġija fundamentali l-immappjar ta' pożizzjonijiet individwali ma' indikaturi, indiċi tas-swieq jew fatturi ta' riskju skont l-Artikolu 186(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. TAQSIMA 2 Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti 1. Bidliet fit-trattament ta' riċevibbli mixtrija skont l-Artikolu 153(6) u (7) u l-Artikolu 154(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 2. Il-bidliet li ġejjin fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni għas-sistemi IRB:
(a)
bidliet fil-proċeduri interni u kriterji għall-assenjazzjoni ta' ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi ta' għoti ta' self speċjalizzat skont l-Artikoli 153(5) u 170(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
bidliet mill-użu ta' stimi diretti ta' parametri ta' riskju għal debituri individwali jew skoperturi għall-użu ta' skala ta' klassifikazzjoni diskreta jew viċe versa skont l-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;
(c)
bidliet għall-skala ta' klassifikazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mall-għadd jew l-istruttura ta' gradi ta' klassifikazzjoni skont l-Artikolu 170(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 2 ta' dan l-Anness;
(d)
bidliet fil-kriterji ta' klassifikazzjoni u/jew fil-ponderazzjonijiet jew fl-ġerarikja tagħhom skont l-Artikolu 170(1)(c) u (e) u 170(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;
(e)
bidliet lid-definizzjonijiet ta' gradi jew ta' pulijiet jew lill-kriterji skont l-Artikoli 171(1) u 172 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;
(f)
bidliet fl-ambitu ta' informazzjoni użata biex id-debituri jiġu assenjati fi gradi jew pulijiet skont l-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-inklużjoni ta' informazzjoni ġdida jew addizzjonali f'mudell ta' stima tal-parametri skont l-Artikolu 179(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(g)
bidliet fir-regoli u l-proċessi għall-użu tal-prevalenzi applikazzjoni ta' differenzjali skont l-Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;
(h)
bidla fil-metodoloġija għall-istima tal-PDs, l-LGDs inklużi l-aħjar stima ta' telf mistenni, u tal-fatturi ta' konverżjoni skont l-Artikoli 180, 181, u 182 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluża l-metodoloġija għad-derivazzjoni ta' marġini ta' konservatiżmu relatat mal-firxa mistennija ta' żbalji fl-istima skont l-Artikolu 179(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà klassifikat bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness. Għal-LGDs u l-fatturi ta' konverżjoni dan jinkludi wkoll bidliet fil-metodoloġija biex jitqies tnaqqis fir-ritmu ekonomiku skont l-Artikolu 181(1)(b) u l-Artikolu 182(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(i)
bidliet fil-mod kif jew fil-punt safejn garanziji kundizzjonali jiġu kkunsidrati fl-istima tal-LGD skont Artikolu 183(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(j)
inklużjoni tat-tipi addizzjonali ta' kollateral fl-istima tal-LGD skont l-Artikolu 181(1)(c) sa (g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Titolu I ta' dan l-Anness;
(k)
jekk istituzzjoni timmappja l-gradi interni tagħha mall-iskala użata minn ECAI u mbagħad tattribwixxi r-rata ta' inadempjenza osservata fil-gradi tal-organizzazzjoni esterna għall-gradi tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 180(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bidliet tal-metodu tal-immappjar użat għal dan l-iskop, sakemm mhux diġà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima I ta' dan l-Anness. 3. Bidliet fil-metodiloġija u/jew fil-proċess ta' validazzoni skont l-Artikoli 185 u 188 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness; 4. Bidliet fi proċessi. Dawn jinkludu:
(a)
bidliet fl-unità tal-kontroll tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikolu 190 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward il-pożizzjoni tagħha fl-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tagħha;
(b)
bidliet fil-pożizzjoni tal-unità ta' validazzjoni skont l-Artikoli 190(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fl-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tagħha;
(c)
bidliet fl-ambjent organizzazzjonali jew ta' kontroll intern jew fil-proċessi ewlenin li jkollhom influwenza importanti fuq sistema ta' klassifikazzjoni. 5. Bidliet fid-dejta. Dawn jinkludu:
(a)
jekk istituzzjoni tibda jew tieqaf milli tuża dejta f'pula miġbura minn fost istituzzjonijiet skont l-Artikolu 179(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
bidla tas-sorsi ta' dejta użata fil-proċess ta' allokazzjoni ta' skoperturi fi gradi jew puli jew għall-istimi tal-parametri skont l-Artikoli 176(5)(a) u 175(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
bidla fit-tul u l-kompożizzjoni tas-serje taż-żmien użati għall-istima tal-parametri skont l-Artikolu 179(1)(a) li jmur lil hinn mill-inklużjoni annwali tal-aħħar osservazzjonijiet, sakemm mhux diġà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness. 6. Bidliet fl-użu ta' mudelli, jekk istituzzjoni tibda tuża stimi ta' parametri tar-riskju għal skopijiet ta' operat intern li mhumiex dawk użati għal finijiet regolatorji u, fejn dan qabel ma kienx il-każ, fil-linji stabbiliti skont l-Artikolu 179(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 7. Bidliet fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. Dawn jinkludu:
(a)
bidliet fid-dejta użata biex tirrappreżenta d-distribuzzjonijiet tar-redditu għall-iskoperturi tal-ekwitajiet taħt l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni skont l-Artikolu 186(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
bidliet fl-ambjent organizzazzjonali jew ta' kontroll intern jew fil-proċessi ewlenin li jkollhom influwenza importanti fuq l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|