+ANNESS II ESTENSJONIJIET U BIDLIET LILL-AMA

ANNESS II ESTENSJONIJIET U BIDLIET LILL-AMA

ANNESS II

ESTENSJONIJIET U BIDLIET LILL-AMA

PARTI I

TAQSIMA 1

Estensjonijiet li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1. L-introduzzjoni għall-ewwel darba ta' kejl biex titqies it-tpaċija għat-telf mistenni fi prattiki tal-operat tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 322(2)(a) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013.

2. L-introduzzjoni għall-ewwel darba ta' tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali bħal mekkaniżmi ta' assigurazzjoni jew mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju skont l-Artikolu 323(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3. Ir-rikonoxximent għall-ewwel darba ta' korrelazzjonijiet fit-telf mir-riskji operazzjonali skont l-Artikolu 322(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4. L-introduzzjoni għall-ewwel darba tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kapital ta' riskju operazzjonali fost l-entitajiet differenti tal-grupp, skont l-Artikolu 20(1)(b) u 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5. L-introduzzjoni tal-AMA fil-partijiet tal-istituzzjoni jew tal-grupp ta' istituzzjonijiet li għadhom mhumiex koperti bl-approvazzjoni jew bi pjan tat-tnedija approvat skont l-Artikolu 314(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn dawk l-oqsma addizzjonali jammontaw għal aktar minn 5 % tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja.

Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jsir fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti bl-użu tal-ammont tal-indikatur rilevanti assenjat lill-oqsma li għalihom se jintuża l-AMA kif definit fl-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

TAQSIMA 2

Estensjonijiet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

L-introduzzjoni tal-AMA fil-partijiet tal-istituzzjoni jew fil-grupp ta' istituzzjonijiet li għadhom mhumiex koperti bl-approvazzjoni jew bi pjan ta' tnedija approvat skont l-Artikolu 314(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn dawk l-oqsma addizzjonali jammontaw fir-rigward tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja għaż-żewġ każijiet li ġejjin:

(a) 

iktar minn 1 %;

(b) 

5 % jew inqas.

Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jsir fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti bl-użu tal-ammont tal-indikatur rilevanti assenjat lill-oqsma li għalihom se jintuża l-AMA kif definit fl-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

PARTI II

BIDLIET LILL-AMA

TAQSIMA 1

Bidliet li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1. Bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u operattazzjonali tal-funzjoni indipendenti tal-immaniġġjar tar-riskji għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jnaqqsu l-kapaċità tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskju operazzjonali li tissorvelja u tinforma l-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-operat u tal-unitajiet ta' sostenn li huma jikkontrollaw.

2. Bidliet fis-sistema ta' kejl għar-riskju operazzjonali jekk jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

dawn ibiddlu l-arkitettura tas-sistema tal-kejl dwar it-taħlita tal-erba' elementi tad-dejta ta' dejta dwar it-telf interna u esterna, l-analiżi tax-xenarji, l-ambjent tan-negozju u l-fatturi ta' kontroll intern, skont l-Artikolu 322(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

ibiddlu l-loġika u l-motivaturi tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kapital ta' riskju operazzjonali bejn l-entitajiet differenti ta' grupp, skont l-Artikolu 20(1)(b) u 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3. Bidliet fil-proċeduri relatati ma' dejta interna u esterna, l-analiżi tax-xenarji u l-ambjent tan-negozju u l-fatturi ta' kontroll intern fejn huma:

(a) 

jnaqqsu l-livell ta' kontrolli fir-rigward tal-kompletezza u l-kwalità tad-dejta miġbura dwar ir-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 322(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

jibdlu s-sorsi ta' dejta esterni li għandhom jintużaw fis-sistema ta' kejl skont l-Artikolu 322(4) u 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm id-dejta ma tkunx komparabbli u rappreżentattiva għall-profil tar-riskju operazzjonali.

4. Bidlet fil-metodu kumplessiv ta' kif il-kuntratti ta' assigurazzjoni u/jew mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju jiġu rikonoxxuti fil-kalkolu tal-imposta fuq il-kapital tal-AMA skont l-Artikolu 323(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5. It-tnaqqis tal-parti tar-riskju operazzjonali meqjus mill-AMA fl-istituzzjoni jew fi grupp ta' istituzzjonijiet bl-użu tal-AMA skont l-Artikolu 314(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-oqsma li għalihom l-AMA mhux se jkun applikat iżjed jammontaw għal aktar minn 5 % tar-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(b) 

it-tnaqqis tal-oqsma koperti taħt l-AMA iwassal għal użu tal-AMA f'parti tal-istituzzjoni li tirrappreżenta persentaġġ aktar baxx kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 314(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Dan il-kalkolu jsir meta l-istituzzjoni tapplika għal din il-bidla u għandu jkun ibbażat fuq ir-rekwiżit kapitali kif ikkalkolat fl-aħħar tas-sena finanzjarja preċedenti.

TAQSIMA 2

Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

1. Bidliet fil-mod kif is-sistema għall-kejl tar-riskju operazzjonali hija integrata fil-proċess ta' mmaniġġjar ta' kuljum permezz tal-proċessi u l-politiki tar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn il-bidliet ikollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a) 

huma jbiddlu l-limitu safejn is-sistema ta' kejl tar-riskju operazzjonali tikkontribwixxi għal informazzjoni relevanti fil-maniġment tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-proċessi relatati mat-teħid ta' deċiżjonijiet, inkluża l-approvazzjoni ta' prodotti ġodda, is-sistemi u l-proċessi u d-definizzjoni tat-tolleranza tar-riskju operazzjonali;

(b) 

huma jnaqqsu l-ambitu, il-gruppi tal-benefiċjarji u l-frekwenza tas-sistema ta' rappurtar biex jinformaw lill-partijiet kollha rilevanti tal-istituzzjoni dwar ir-riżultati tas-sistema għall-kejl tar-riskji operazzjonali u d-deċiżjonijiet meħuda b'rispons għal avvenimenti ta' riskju operazzjonali materjali.

2. Bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u operazzjonali tal-funzjoni indipendenti tal-maniġment tar-riskju għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk jissodisfaw kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

huma jnaqqsu l-livell ġerarkiku tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali jew tal-kap tiegħu;

(b) 

jwasslu għal tnaqqis relevanti tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali;

(c) 

jestendu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali, sakemm ma jkun hemm ebda kunflitt ta' interessi u jiġu previsti riżorsi addizzjonali xierqa għall-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonli;

(d) 

huma jwasslu għal tnaqqis tar-riżorsi disponibbli f'termini ta' baġit u ta' ħaddiema ta' aktar minn 10 %, tal-istituzzjoni jew tal-grupp, mill-għoti tal-aħħar approvazzjoni skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm ir-riżorsi disponibbli f'termini ta' baġit u ta' ħaddiema fl-istituzzjoni jew livell ta' grupp ma tnaqqsux bl-istess proporzjon.

3. Bidliet fil-proċessi ta' validazzjoni u l-analiżi interna skont l-Artikolu 321(e) u (f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk ibiddlu l-loġika u l-metodoloġiji użati għal validazzjoni jew l-analiżi interna tal-qafas tal-AMA.

4. Bidliet fil-kalkolu tal-imposta fuq il-kapital tar-riskju operazzjonali li jbiddlu waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-istruttura u l-karatteristiċi tas-sett ta' dejta użat għall-kalkolu tar-rekwiżit tal-kapital tar-riskju operazzjonali (is-sett ta' dejta ta' kalkolu), inkluż kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i) 

id-definizzjoni ta' ammont ta' telf gross li għandu jintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

id-data ta' referenza ta' eventi ta' telf li għandha tintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii) 

il-metodu użat biex jiddetermina t-tul tas-serje ta' żmien tad-dejta tat-telf li għandha tintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv) 

il-kriterji għat-telf ta' gruppi kkawżat minn avveniment ta' riskju operazzjonali komuni jew minn avvenimenti relatati fuq perjodu ta' żmien skont l-Artikolu 322(3)(b) u (3)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(v) 

l-għadd jew it-tip ta' klassijiet ta' riskju, jew ekwivalenti, li jiġi kkalkulat fuqhom ir-rekwiżit tal-kapital ta' riskju operazzjonali;

(vi) 

il-metodu biex jiġi stabbilit il-limitu massimu għal-livell ta' telf li 'l fuq minnu l-mudell huwa adattat għad-dejta skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(vii) 

fejn applikabbli, il-metodu biex jiġi stabbilit il-limitu massimu għad-differenzjar bejn il-korp tad-dejta u d-dejta tat-truf meta stipulati b'metodi differenti skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(viii) 

il-proċessi u l-kriterji għall-ivvalutar tar-relevanza, għall-iskalar jew biex isiru aġġustamenti oħra lid-dejta tar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 322(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ix) 

bidla fis-sorsi ta' dejta esterni li jridu jintużaw fis-sistema ta' kejl skont l-Artikolu 322(4) u 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm ma tkunx digà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness.

(b) 

il-kriterji għall-għażla, l-aġġornament u l-analiżi ta' distribuzzjonijiet użati u l-metodi għall-istima tal-parametri tagħhom skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

il-kriterji u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti d-distribuzzjonijiet tat-telf aggregat u għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju operazzjonali rilevanti bil-livell ta' kunfidenza regolatorju skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) 

il-metodoloġija għad-determinazzjoni ta' telf mistenni u l-konsiderazzjoni tiegħu fil-prattiki tal-operat interni skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e) 

il-metodoloġija dwar kif il-korrelazzjonijiet fit-telf mir-riskji operazzjonali fl-istimi tar-riskji operazzjonali individwali huma rikonoxxuti skont l-Artikolu 322(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5. Bidliet fl-istandards relatati mad-dejta interna, l-analiżi tax-xenarji u l-ambjent operattiv u l-fatturi ta' kontroll intern jekk huma:

(a) 

jbiddlu l-proċessi interni u l-kriterji għall-ġbir ta' dejta interna dwar it-telf skont l-Artikolu 322(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

żieda fil-limitu għall-ġbir ta' dejta interna dwar it-telf skont l-Artikolu 322(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

metodi jew kriterji għall-esklużjoni ta' attivitajiet jew skoperturi mill-ambitu ta' ġbir ta' data interna skont l-Artikolu 322(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(b) 

bidla tal-proċessi interni u l-kriterji għal wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-analiżi tax-xenarji ta' prestazzjoni skont l-Artikolu 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

id-determinazzjoni tal-ambjent operattiv u l-fatturi ta' kontroll interni skont l-Artikolu 322(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

6. Bidliet fl-istandards li għandhom x'jaqsmu mal-assigurazzjoni u mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju skont l-Artikolu 323 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

dawn jikkawżaw tibdil rilevanti tal-livell ta' kopertura previst;

(b) 

ibiddlu l-proċessi u l-kriterji għall-kalkolu tat-telf impost fl-ammont tar-rikonoxximent tal-assigurazzjoni, introdotti sabiex jinqabdu l-inċertezza tal-ħlas, id-diskrepanzi fil-kopertura u t-termini residwi u ta' kanċellazzjoni tal-politika, fejn inqas minn sena skont l-Artikolu 323(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

7. Bidliet rilevanti fis-sistemi tal-IT użati biex jipproċessaw l-AMA, inkluż il-ġbir tad-dejta u l-amministrazzjoni tagħha, il-proċeduri ta' rappurtar u s-sistema ta' kejl għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-istandards ġenerali tal-immaniġjar tar-riskji stabbiliti fl-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE, li jnaqqsu l-integrità u d-disponibbiltà tad-dejta jew is-sistemi tal-IT.

▼M1

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.07.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0529
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.