+448. Il-komunikazzjoni tal-eżitu tal-valutazzjoni tal-SREP lill-istituzzjonijiet, u, fejn …

448. Il-komunikazzjoni tal-eżitu tal-valutazzjoni tal-SREP lill-istituzzjonijiet, u, fejn …

Il-komunikazzjoni tal-eżitu tal-valutazzjoni tal-SREP lill-istituzzjonijiet, u, fejn rilevanti, lil awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni oħrajn, għandha mill-inqas tinkludi l-elementi li ġejjin:

  • a. il-livell rilevanti ta’ applikazzjoni, id-data u d-data tal-applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-SREP, kif ukoll id-dati ta’ referenza tal-informazzjoni użata fil-preparazzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2014;
  • b. deskrizzjoni tal-eżitu tal-SREP, inkluż sommarju tal-valutazzjoni, is-sejbiet superviżorji
materjali, u l-punteġġ globali tal-SREP. Meta tkunmeħtieġa azzjoni ta’ rimedju mill-

istituzzjoni għal elementi jew sottoelementi speċifiċi tal-SREP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-inklużjoni ta’ perjodu ta’ żmien xieraq għar-rimedju u l-kondiviżjoni tal-punteġġ għal dawn l-elementi u sottoelementi, fejn xieraq;

  • c. il-livell u l-kwalità meħtieġa tal-P2R, f’konformità mal-proċess u l-kriterji speċifikati fit-Titolu 7, inkluża l-ġustifikazzjoni speċifika għall-istituzzjoni għall-istabbiliment tar-rekwiżiti, separatament għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv u għal tipi oħra ta’ riskji. Il-ġustifikazzjoni għandha tipprovdi indikazzjoni ċara tal-motivaturi tar-riskju materjali li jikkontribwixxu għall-P2R. F’każ ta’ bidliet rilevanti fil-qafas regolatorju għad-determinazzjoni tal-P1R applikabbli għal istituzzjoni, il-komunikazzjoni għandha tinkludi l-eżitu tal-valutazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 294 tat-Titolu 7. Fil-ġustifikazzjoni tal-P2R, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
  • i. jirreferu, sa fejn ikun possibbli, għall-kategoriji u s-sottokategoriji/għall-elementi tar-riskju kif deskritti fit-Titolu 6 u fit-taqsimiet 7.2 u 7.3, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni d-definizzjonijiet eżistenti tat-tipi speċifiċi ta’ riskju fil-leġiżlazzjoni applikabbli, bil-għan li tiġi żgurata l-komparabbiltà globali bejn l-istituzzjonijiet;
ii. jidentifikaw in-nuqqasijiet prinċipali li għandhom sakemm jiġu indirizzati f’konformità mal-paragrafujiġu koperti minn dawn ir-rekwiżiti 320.
d. fil-komunikazzjoni tal-livell meħtieġ ta’ kapital ukwalità tar-rekwiżiti tal-Pilastru 2

f’konformità mal-punt preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

  • i. jikkomunikaw it-TSCR tal-istituzzjoni bħala proporzjon tat-TREA, diżaggregat f’termini tal-kompożizzjoni tar-rekwiżit. It-TSCR għandu jiġi espress bl-użu tal-formula li ġejja:
𝑇𝑆𝐶𝑅 𝑝𝑟𝑜𝑝𝑜𝑟𝑧𝑗𝑜𝑛 =𝑇𝑆𝐶𝑅 𝑇𝑅𝐸𝐴
  • ii. jikkomunikaw it-TSLRR tal-istituzzjoni bħala proporzjon tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ (LRE), diżaggregat f’termini tal-kompożizzjoni tar-rekwiżit. It-TSLRR għandu jiġi espress bl-użu tal-formula li ġejja:
𝑇𝑆𝐿𝑅𝑅 𝑝𝑟𝑜𝑝𝑜𝑟𝑧𝑗𝑜𝑛 =𝑇𝑆𝐿𝑅𝑅 𝐿𝑅𝐸
  • iii. jikkomunikaw l-OCR tal-istituzzjoni u l-partijiet komponenti tiegħu – ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-Pilastru 1, il-P2R u r-rekwiżiti tal-bafer – bħala proporzjon tat-TREA, diżaggregat f’termini tal-kompożizzjoni tar-rekwiżit;
  • iv. jikkomunikaw l-OLRR tal-istituzzjoni u l-partijiet komponenti tiegħu – ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-proporzjon ta’ ingranaġġ, il-P2R-LR u r-rekwiżit tal-bafer tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-G-SII – bħala proporzjon tal-LRE, diżaggregat f’termini tal-kompożizzjoni tar-rekwiżit.
  • e. Il-livell u l-kwalità mistennija tal-P2G u tal-P2G-LR f’konformità mal-proċess u mal-kriterji speċifikati fit-taqsima 7.6, fejn id-determinazzjoni tagħhom tirriżulta f’valur pożittiv, inkluż:
  • i. il-proporzjonijiet tal-fondi proprji applikabbli kollha affettwati mill-P2G (CET1, T1 u fondi proprji totali) u r-rekwiżit tal-proporzjon ta’ ingranaġġ affettwat mill-P2G-LR u li l-fondi proprji miżmuma għall-finijiet tal-P2G ma jistgħux jintużaw biex jiġi ssodisfat kwalunkwe wieħed mill-elementi tal-OCR u li l-P2G-LR ma jistax jintuża biex jiġi ssodisfat kwalunkwe wieħed mill-elementi tal-OLRR;
  • ii. il-limiti ta’ żmien rilevanti għall-istabbiliment tiegħu;
  • iii. il-ġustifikazzjoni speċifika għall-istituzzjoni għall-istabbiliment tal-gwida u l-elementi prinċipali tal-metodoloġija użata;
  • iv. ir-reazzjoni superviżorja potenzjali għal sitwazzjonijiet fejn il-P2G u l-P2G-LR ma jintlaħqux.
  • f. dikjarazzjoni dwar il-likwidità miżmuma u kwalunkwe rekwiżit speċifiku ta’ likwidità stabbilit mill-awtorità kompetenti ħlief dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2015/61 u 428b(2) tar-Regolament (UE) 575/2013, inklużi r-raġunijiet speċifiċi għall-istituzzjoni għal dawn ir-rekwiżiti;
  • g. jekk applikabbli, dikjarazzjoni dwar miżuri superviżorji oħrajn, kemm jekk kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi, inkluż kwalunkwe miżura ta’ intervent bikri li l-awtorità kompetenti beħsiebha tieħu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.