+Artikolu 31 Proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.

Artikolu 31 Proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri effettivi u trasparenti għat-trattament f’waqtu, ġust u konsistenti tal-ilmenti riċevuti mingħand id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u partijiet oħra kkonċernati, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi li jirrappreżentaw detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, u għandhom jippubblikaw deskrizzjonijiet ta’ dawk il-proċeduri. Meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jiġu distribwiti, totalment jew parzjalment, minn entitajiet terzi kif imsemmi fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu proċeduri sabiex jiffaċilitaw ukoll it-trattament ta’ tali lmenti bejn detenturi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u tali entitajiet terzi.
Artikolu 31 2.
Id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom ikunu jistgħu jressqu lmenti bla ħlas lill-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi tagħhom jew, meta applikabbli, lill-entitajiet terzi kif imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 31 3.
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u, meta applikabbli, l-entitajiet terzi kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jiżviluppaw u jagħmlu disponibbli għad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi mudell għat-tressiq tal-ilmenti u għandhom iżommu rekord tal-ilmenti kollha riċevuti u ta’ kwalunkwe miżura meħuda b’reazzjoni għalihom.
Artikolu 31 4.
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jinvestigaw l-ilmenti kollha b’mod puntwali u ġust u jikkomunikaw l-eżitu ta’ tali investigazzjonijiet lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi tagħhom f’perjodu raġonevoli.
Artikolu 31 5.
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti, il-mudelli u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.