|
+Artikolu 26 Kura ppjanata ---+Article 26 1. ---+Article 26 2. ---+Article 26 3. ---+Article 26 4. ---+Article 26 5. ---+Article 26 6. ---+Article 26 7. ---+Article 26 8. ---+Article 26 9. |
Artikolu 26 Kura ppjanataArtikolu 26 Kura ppjanata A) Proċedura ta’ awtorizzazzjoni (1) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser l-istituzzjoni li tħallas l-ispejjeż tal-kura ppjanata; fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(4) u 27(5) tar-Regolament bażiku, fejn il-benefiċċji in natura mogħtija fl-Istat Membru ta’ residenza jitħallsu lura abbażi ta’ ammonti fissi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser li hija l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza. (2) Jekk persuna assigurata ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti, hi għandha titlob l-awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, li għandha tgħaddiha lill-istituzzjoni kompetenti mingħajr dewmien. F’dak il-każ, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha tiċċertifika f’dikjarazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku humiex sodisfatti fl-Istat Membru ta’ residenza. L-istituzzjoni kompetenti tista’ tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni rikjesta biss jekk, abbażi tal-evalwazzjoni tal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku ma jkunux sodisfatti fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna assigurata, jew jekk l-istess kura tista’ tiġi pprovduta fl-Istat Membru kompetenti stess, f’limitu ta’ żmien li huwa medikament ġustifikabbli, b’kont meħud tal-istat attwali tas-saħħa u l-kors probabbli tal-marda tal-persuna kkonċernata. L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza bid-deċiżjoni tagħha. Fl-assenza ta’ tweġiba sal-iskadenzi stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali tagħha, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ngħatat mill-istituzzjoni kompetenti. (3) Jekk persuna assigurata li ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti teħtieġ kura meħtieġa urġenti u vitali u l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi miċħuda, taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza f’isem l-istituzzjoni kompetenti li għandha tiġi informata immedjatament mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza. L-istituzzjoni kompetenti għandha taċċetta l-konklużjonijiet u l-għażliet ta’ kura deċiżi mit-tobba approvati mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza li tagħti l-awtorizzazzjoni relatata mal-bżonn ta’ kura meħtieġa urġenti u vitali. (4) Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura tal-għoti tal-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li teżamina l-persuna assigurata permezz ta’ tabib tal-għażla tagħha stess fl-Istat Membru taż-żjara jew ta’ residenza. (5) L-istituzzjoni tal-post taż-żjara għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni rigward awtorizzazzjoni, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti jekk ikun jidher medikament xieraq li tiġi ssupplimentata il-kura koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti. B) Il-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura li jkunu saru mill-persuna assigurata. (6) Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, l-Artikolu 25(4) u (5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis. (7) Jekk il-persuna assigurata fil-fatt ħallset l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż għall-kura medika awtorizzata, hi nnifisha u l-ammont tal-ispejjeż li l-istituzzjoni kompetenti hija obbligata tħallas lura lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew lill-persuna assigurata taħt il-paragrafu 6 (spiża reali) huwa aktar baxx mill-ispejjeż li kien ikollha tħallas għall-istess kura fl-Istat Membru kompetenti (spiża nozzjonali), l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallasha lura, fuq talba tagħha, l-ispiża tal-kura mħallsa mill-persuna assigurata sal-ammont tad-differenza li biha l-ispiża nozzjonali taqbeż l-ispiża reali. Is-somma mħallsa lura ma tistax, madankollu, taqbeż l-ispejjeż fil-fatt imħallsa mill-persuna assigurata u jista’ jieħu kont tal-ammont li l-persuna assigurata kien ikollha tħallas li kieku l-kura ngħatat fl-Istat Membru kompetenti. C) Il-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ż-żjara bħala parti mill-kura ppjanata. (8) Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tal-istituzzjoni kompetenti tipprovdi għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ż-żjara li jkunu inseparabbli mill-kura tal-persuna assigurata, dawn l-ispejjeż għall-persuna kkonċernata u, jekk meħtieġ, għall-persuna li għandha takkumpanjaha, għandhom jitħallsu minn din l-istituzzjoni fejn tingħata awtorizzazzjoni fil-każ ta’ kura fi Stat Membru ieħor. D) Membri tal-familja (9) Il-paragrafi 1 sa 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|