ANNESS VII
IL-LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI U PROĠETTI TA’ INTERESS REĊIPROKU (“LISTA TAL-UNJONI”)
(imsemmija fl-Artikolu 3(4))
A. IL-PRINĊIPJI APPLIKATI FIT-TFASSIL TAL-LISTA TAL-UNJONI
(1) Raggruppamenti ta’ proġetti ta’ interess komuni (PCIs, projects of common interest) u proġetti ta’ interess reċiproku (PMIs, projects of mutual interest)
Ċerti PCIs/PMIs jagħmlu parti minn raggruppament minħabba n-natura interdipendenti tagħhom, u minħabba li jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma’ xulxin. Tfasslu t-tipi li ġejjin ta’ raggruppamenti ta’ PCIs/PMIs:
a)
Raggruppament ta’ PCIs/PMIs interdipendenti huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inklużi l-PCIs/PMIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament huwa fformat biex jidentifika l-PCIs/PMIs li huma kollha meħtieġa biex jiġu indirizzati l-istess ostakli transfruntieri, u biex jinħolqu sinerġiji jekk il-proġetti jiġu implimentati flimkien. F’dan il-każ, il-PCIs/PMIs kollha għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu l-benefiċċji għall-Unjoni kollha;
b)
Raggruppament ta’ PCIs/PMIs li potenzjalment jikkompetu huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż PCI/PMI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:”. Tali raggruppament jirrifletti l-inċertezza dwar id-daqs tal-konġestjonijiet transfruntieri. F’dan il-każ, mhux il-PCIs/PMIs kollha inklużi fir-raggruppament għandhom jiġu implimentati. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina jekk PCI wieħed, diversi PCIs/PMIs jew il-PCIs/PMIs kollha jridux jiġu implimentati, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, tal-permessi u tal-ippjanar meħtieġa. Il-ħtieġa għall-PCIs/PMIs għandha tiġi vvalutata mill-ġdid — anke fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-kapaċità — fi proċess sussegwenti ta’ identifikazzjoni tal-PCIs/PMIs;
c)
Raggruppament ta’ PCIs/PMIs li jikkompetu huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż wieħed mill-PCIs/PMIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament jindirizza l-istess konġestjonijiet. Madankollu, id-daqs tal-konġestjonijiet huwa aktar ċert milli fil-każ ta’ raggruppament ta’ PCIs/PMIs li potenzjalment jikkompetu ma’ xulxin, u għalhekk ġie deċiż li għandu jiġi implimentat PCI/PMI wieħed biss. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina liema PCI/PMI jrid jiġi implimentat, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, tal-permessi u tal-ippjanar meħtieġa. Meta jkun meħtieġ, il-bżonn ta’ PCIs/PMIs għandu jiġi vvalutat mill-ġdid fi proċess sussegwenti ta’ identifikazzjoni tal-PCIs/PMIs.
Il-PCIs/PMIs kollha huma soġġetti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2022/869.
(2) Trattament tas-substazzjonijiet u tal-istazzjonijiet tal-kompressuri
Is-substazzjonijiet u l-istazzjonijiet tal-elettriku back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala partijiet ta’ PCIs/PMIs jekk ikunu jinsabu ġeografikament fuq il-linji tat-trażmissjoni jew ħdejn il-pipelines, skont il-każ. Is-substazzjonijiet, l-istazzjonijiet back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala PCIs awtonomi u jiġu elenkati b’mod espliċitu fil-lista tal-Unjoni jekk il-pożizzjoni ġeografika tagħhom tkun differenti mil-linji tat-trażmissjoni jew mill-pipelines, skont il-każ. Dawn huma soġġetti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/869.
(3) Proġetti li ma għadhomx meqjusa bħala PCIs jew PMIs, u proġetti li saru parti minn PCIs jew PMIs oħra
Diversi proġetti inklużi fl-ewwel lista tal-Unjoni ma għadhomx jitqiesu bħala PCIs jew PMIs għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
a)
il-proġett diġà ġie kkummissjonat jew se jiġi kkummissjonat sa Marzu tal-2026 u għalhekk ma jkunx jibbenefika mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/869;
b)
skont data ġdida, il-proġett ma jissodisfax il-kriterji ġenerali;
c)
il-proġett ma reġax ġie ppreżentat biex jintgħażel bħala PCI/PMI;
d)
Stat Membru li miegħu jkun relatat il-proġett ma jkunx ta l-approvazzjoni tiegħu; jew
e)
il-proġett ġie kklassifikat f’pożizzjoni aktar baxxa minn PCIs/PMIs kandidati oħrajn fil-proċess tal-għażla.
Dawk il-proġetti (bl-eċċezzjoni tal-proġetti kkummissjonati jew li se jiġu kkummissjonati sa Marzu 2026) jistgħu jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni li jmiss jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-Unjoni kurrenti ma jibqgħux japplikaw.
Tali proġetti ma humiex PCIs jew PMIs iżda, għal raġunijiet ta’ trasparenza u ċarezza, huma elenkati bin-numri oriġinali ta’ PCI jew PMI tagħhom fil-parti C ta’ dan l-Anness bħala “Proġetti li ma għadhomx meqjusa bħala PCIs jew PMIs”.
Xi proġetti inklużi fl-ewwel lista tal-Unjoni saru, matul il-proċess ta’ implimentazzjoni tagħhom, partijiet integrali minn (raggruppamenti ta’) PCIs jew PMIs oħra.
Tali proġetti ma għadhomx meqjusa bħala PCIs jew PMIs indipendenti iżda, għal raġunijiet ta’ trasparenza u ċarezza, huma elenkati bin-numri oriġinali ta’ PCI jew PMI tagħhom fil-parti C ta’ dan l-Anness bħala “Proġetti li issa huma partijiet integrali minn PCIs jew PMIs oħra”.
(4) Partijiet mhux eliġibbli tal-PCIs/PMIs
Xi PCIs/PMIs jinkludu investiment wieħed jew aktar mhux eliġibbli. Dawn l-investimenti li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala parti mil-lista tal-Unjoni:
a)
ir-rinforzi interni għall-proġett “MEDLINK” (parti mill-PMI 1.35), jiġifieri l-linja ta’ trażmissjoni AC bejn Annaba u Tougourt fl-Alġerija, u l-linja ta’ trażmissjoni AC bejn De Jebil u Marsa Dhib fit-Tuneżija;
b)
ir-rinforzi interni għall-Interkonnettur bejn Subotica (RS) u Sándorfalva (HU) (parti mill-PMI 2.12), jiġifieri l-linja fl-ajru bejn Novi Sad 3 sa Sombor 3, il-linja fl-ajru bejn Srbobran u Sremska Mitrovica 2, u r-rikostruzzjoni tas-substazzjon Subotica 3;
c)
ir-rinforzi interni għall-Interkonnessjoni bejn Wadi El Natroon (EG) u Mesogeia/St Stefanos (EL) [fil-preżent magħruf bħala l-“Interkonnettur GREGY”] (parti mill-PMI 2.13) – sezzjonijiet interni fl-EG;
d)
ir-rinforzi interni għall-interkonnessjoni bejn Bobov Dol (BG) u Leskovac 2 (RS) [fil-preżent magħruf bħala l-“Kuritur tal-Balkani Ċentrali”] (parti mill-PMI 2.26), jiġifieri l-immodernizzar tal-linja fl-ajru bejn Nis 2 u Krusevac 1, l-immodernizzar tas-substazzjon Krusevac 1, l-immodernizzar tal-linja fl-ajru Krusevac 1 u Kraljevo 3, l-immodernizzar tal-linja fl-ajru bejn Kraljevo u Pozega, is-substazzjon il-ġdid ta’ Pozega, il-linja l-ġdida fl-ajru bejn Jagodina u Pozarevac, l-immodernizzar tal-linja fl-ajru bejn Pozega u Vardiste, u s-substazzjon il-ġdid f’Pozarevac 3;
e)
is-sezzjonijiet interni tas-sinsla Spanjola (parti mill-PCI 9.1.3): Coruña – Zamora, Huelva – Algeciras, Castilla y León (bejn Zamora – Haro), Guitiriz – Zamora, u l-konnessjoni ta’ Castilla La Mancha u Madrid;
f)
is-sezzjoni interna ta’ Freiburg – Offenbach fil-Ġermanja (parti mill-PCI 9.2.1);
g)
is-sezzjoni taż-żona ta’ Limburg u l-konnessjoni tagħha mas-sinsla tat-Tramuntana għan-Nofsinhar fil-Lvant tan-NL (parti mill-PCI 9.6);
h)
is-sezzjoni interna fil-Ġermanja li tibda qrib Bremen u tmur lejn Hanover (parti mill-PCI 9.7.4);
i)
is-sezzjoni interna fi Franza minn Port-de-la-Nouvelle minn Barbaira (parti mill-PCI 9.27.2);
j)
is-sezzjoni interna fi Franza Bordeaux – Lussagnet (parti mill-PCI 9.27.3);
k)
is-sezzjoni interna fil-Ġermanja li tibda qrib Bremen u tmur lejn in-Nofsinhar (parti mill-PCI 9.28);
l)
is-sezzjoni interna fir-Renju Unit minn Bacton għan-network intern tal-idroġenu tar-Renju Unit (parti mill-PMI 9.35);
m)
is-sezzjonijiet interni fit-Tuneżija tal-Kuritur tal-Idroġenu tat-Tramuntana tal-Afrika (parti mill-PMI 10.12);
n)
is-sezzjoni interna fl-Iżvezja li tikkollega Kiruna ma’ Luleå tar-Rotta Nordika tal-Idroġenu – il-Bajja tal-Botnja (parti mill-PCI 11.1);
o)
is-sezzjonijiet interni fil-Finlandja (ir-referenzi ġeografiċi huma mogħtija bħala indikazzjonijiet): Mäntsälä, Imatra, Kouvola, Kotka; il-linja interna tal-Kuritur Nordiku-Baltiku tal-Idroġenu fil-LT li tikkollega ma’ Klaipėda (parti mill-PCI 11.2);
p)
is-sezzjoni tal-Iżvezja – il-Finlandja u l-konnessjoni tal-Kollettur tal-Idroġenu tal-Baħar Baltiku mal-gżira ta’ Gotland (parti mill-PCI 11.3).
(5) Numerazzjoni tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni
Il-proġetti li ġew inklużi fl-ewwel lista tal-Unjoni għandhom iżommu n-numru tal-PCI/PMI oriġinali tagħhom fil-lista kurrenti tal-Unjoni. Il-proġetti li jkunu għadhom kif ġew inklużi fil-lista kurrenti tal-Unjoni għandhom jiġu assenjati numru tal-PCI/PMI uniku ġdid.
B. IL-LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI U PROĠETTI TA’ INTERESS REĊIPROKU
(1) L-interkonnessjonijiet tal-elettriku mit-Tramuntana għan-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (NSI West Electricity)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
1.1
|
L-interkonnessjoni Portugall – Spanja bejn Beariz – Fontefría (ES), Fontefria (ES) – Ponte de Lima (PT) u Ponte de Lima – Vila Nova de Famalicão (PT), inklużi substazzjonijiet f’Beariz (ES), Fontefría (ES) u Ponte de Lima (PT)
|
|
1.2
|
L-interkonnessjoni bejn Gatica (ES) u Cubnezais (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Golf tal-Biskalja”]
|
|
1.3
|
L-interkonnessjoni bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [fil-preżent magħrufa bħala l-“Interkonnettur Ċeltiku”]
|
|
1.4
|
1.4.1 Il-linja interna minn Emden-East sa Osterath biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja lejn ir-Rheinland [fil-preżent magħrufa bħala “A-Nord”]
|
|
1.5
|
Il-linja interna fil-Ġermanja bejn Brunsbüttel/Wilster u Großgartach/Grafenrheinfeld biex tiżdied il-kapaċità fil-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar [fil-preżent magħrufa bħala “Suedlink”]
|
|
1.6
|
Il-linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent [fil-preżent magħrufa bħala “Ultranet”]
|
|
1.7
|
1.7.1 L-interkonnessjoni bejn Navarra (ES) u Landes (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Pyrenean crossing 1”]
1.7.2 L-interkonnessjoni bejn ir-reġjun ta’ Aragona (ES) u Marsillon (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Pyrenean crossing 2”]
|
|
1.8
|
L-interkonnessjoni bejn Lonny (FR) u Gramme (BE)
|
|
1.9
|
Il-linji interni fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Belġju bejn Zandvliet u Lillo-Liefkenshoek (BE), u bejn Liefkenshoek u Mercator, inkluż substazzjon f’Lillo (BE) [fil-preżent magħrufin bħala “BRABO II + III”]
|
|
1.10
|
L-interkonnessjoni bejn l-Italja kontinentali – Korsika (FR) u Sardenja (IT) [fil-preżent magħrufa bħala “SACOI 3”]
|
|
1.11
|
Il-Proġett ta’ Estensjoni tal-Ħżin ta’ Kaunertal (AT)
|
|
1.12
|
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata bil-Purifikazzjoni NAVALEO (ES)
|
|
1.13
|
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata ta’ Silvermines (IE)
|
|
1.14
|
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata RIEDL (DE)
|
|
1.16
|
Il-Ħżin tal-Enerġija tal-Arja Kkompressata tal-Green Hydrogen Hub Denmark (DK)
|
|
1.17
|
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata WSK PULS (DE)
|
|
1.18
|
Il-Ħżin tal-Enerġija Ppumpjata Idrawlika Riversibbli AGUAYO II (ES)
|
|
1.22
|
Il-linja interna bejn iż-żona ta’ Bordeaux u ż-żona ta’ Nantes (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “GiLA”]
|
|
1.23
|
Il-linja interna bejn Montalto u Avenza (IT) [fil-preżent magħrufa bħala “Kuritur HG tat-Tramuntana tat-Tirren”]
|
|
1.24
|
Il-linja interna bejn Ovelgönne/Rastede/Wiefelstede/Westerstede u Bürstadt u Marxheim (Taunus) (DE) [fil-preżent magħrufa bħala “Rhine-Main-Link”]
|
|
1.25
|
Il-Kontrollur tal-Grilja Online “PSKW-Rio” (DE)
|
|
1.26
|
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata CHR IRENE (ES)
|
|
1.27
|
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata PSP CONSO II (ES)
|
|
1.28
|
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata Villarosa (IT)
|
|
1.29
|
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata Taccu Sa Pruna (IT)
|
|
1.30
|
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata Favazzina (IT)
|
|
1.31
|
Il-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata Serra Del Corvo (IT)
|
|
1.32
|
Il-Ħżin tal-Enerġija tal-Arja Kkompressata “CAES Ahaus, il-Ġermanja” (DE)
|
Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
1.19
|
L-interkonnessjoni bejn Sqallija (IT) u n-nodu tat-Tuneżija (TN) [fil-preżent magħrufa bħala “ELMED”]
|
|
1.20
|
L-interkonnessjoni bejn iż-żona ta’ Zeebrugge (BE) u Kemsley, Kent (UK) [fil-preżent magħrufa bħala “Cronos”]
|
|
1.21
|
L-interkonnessjoni bejn iż-żoni ta’ Emden (DE) u Corringham, Essex (UK) [fil-preżent magħrufa bħala “Tarchon”]
|
|
1.33
|
L-interkonnessjoni bejn Woodland (IE) u Turleenan (UK) [fil-preżent magħrufa bħala “Interkonnettur bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar”] (Nru 2.13.1 fuq ir-raba’ lista ta’ PCIs)
|
|
1.34
|
L-interkonnessjoni bejn Maynooth (IE) u Bodelwyddan (UK) [fil-preżent magħrufa bħala “MaresConnect”]
|
|
1.35
|
L-interkonnessjoni bejn La Spezia (IT) u Annaba (DZ) u bejn Suvereto (IT) u Marsa Dhib (TN) [fil-preżent magħrufa bħala “Medlink”]
|
(2) L-interkonnessjonijiet tal-elettriku mit-Tramuntana għan-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (NSI East Electricity)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
2.1
|
Ir-raggruppament tal-Awstrija – il-Ġermanja, inklużi l-PCIs li ġejjin:
2.1.1 L-interkonnessjoni bejn Isar/Altheim/Ottenhofen (DE) – St.Peter (AT)
2.1.3 Il-linja interna bejn Westtirol – Zell/Ziller (AT)
2.1.4 L-interkonnettur bejn Pleinting (DE) – St.Peter (AT)
|
|
2.2
|
Il-linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u Isar [fil-preżent magħrufa bħala “SuedOstLink”]
|
|
2.3
|
Ir-raggruppament ta’ linji interni fiċ-Ċekja, inklużi l-PCIs li ġejjin:
2.3.2 Il-linja interna bejn Prestice u Kocin
2.3.3 Il-linja interna bejn Kocin u Mirovka
|
|
2.4
|
L-interkonnettur bejn Würmlach (AT) – Somplago (IT)
|
|
2.5
|
Ir-raggruppament tal-Ungerija – ir-Rumanija inklużi l-PCIs li ġejjin:
2.5.1 L-interkonnettur bejn Józsa (HU) u Oradea (RO)
2.5.2 Il-linja interna bejn Urechesti (RO) u Targu Jiu (RO)
2.5.3 Il-linja interna bejn Targu Jiu (RO) u Paroseni (RO)
2.5.4 Il-linja interna bejn Paroseni (RO) u Baru Mare (RO)
2.5.5 Il-linja interna bejn Baru Mare (RO) u Hasdat (RO)
2.5.6 L-immodernizzar tas-substazzjon Rosiori (RO)
2.5.7 L-interkonnettur bejn Nadab (RO) u Bekescsaba (HU)
|
|
2.6
|
Ir-raggruppament Iżrael – Ċipru – il-Greċja [fil-preżent magħruf bħala l-“Interkonnettur tal-Baħar l-Kbir”], inklużi l-PCIs li ġejjin:
2.6.1 L-interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY)
2.6.2 L-interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL)
|
|
2.7
|
L-interkonnettur bejn Otrokovice (CZ) – Ladce (SK)
|
|
2.8
|
L-interkonnettur bejn Lienz (AT) – ir-reġjun tal-Veneto (IT)
|
|
2.9
|
Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Amfilochia (EL)
|
|
2.10
|
Is-Sistema ta’ Ħżin tal-Enerġija tal-Batteriji ta’ Ptolemaida (EL)
|
|
2.11
|
Il-modernizzazzjoni tal-Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata f’Čierny Váh (SK) [fil-preżent magħrufa bħala “Integratur SE”]
|
|
2.14
|
Il-linja interna bejn Villanova u Fano (IT) [fil-preżent magħrufa bħala “Konnessjoni HVDC tal-Adrijatiku”]
|
|
2.15
|
Il-linja interna bejn Lienz, Malta u Obersielach (AT) (Nru 3.28 fil-ħames lista ta’ PCIs)
|
|
2.16
|
L-interkonnessjoni bejn Hradec (CZ) u Röhrsdorf (DE)
|
|
2.17
|
L-interkonnessjoni bejn Galatina (IT) u Thesprotia (EL) [fil-preżent magħrufa bħala “GRITA 2”]
|
|
2.18
|
Il-linja interna bejn St. Peter u Dürnrohr (AT)
|
|
2.19
|
Il-linja interna bejn Foggia u Forli (IT) [fil-preżent magħrufa bħala “Kuritur HG tal-Adrijatiku”]
|
|
2.20
|
L-interkonnessjoni bejn Sajóivánka (HU) u Rimavská Sobota (SK) (Nru 3.17 fir-raba’ lista ta’ PCIs)
|
|
2.21
|
Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Yadenitsa (BG) (Nru 3.23 fir-raba’ lista ta’ PCIs)
|
|
2.22
|
Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Kozjak (SI)
|
|
2.23
|
Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Batak (BG)
|
|
2.24
|
Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Dospat (BG)
|
Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
2.12
|
L-interkonnettur bejn Subotica (RS) u Sándorfalva (HU) [fil-preżent magħruf bħala “Kuritur Pannonjan”]
|
|
2.13
|
L-interkonnessjoni bejn Sidi Barrani shore (EG) u Mesogeia / St Stefanos (EL) [fil-preżent magħrufa bħala “Interkonnettur GREGY”]
|
|
2.25
|
It-tieni interkonnessjoni bejn Villanova (IT) u Lastva (ME)
|
|
2.26
|
L-interkonnessjoni bejn Bobov Dol (BG) u Leskovac 2 (RS) [fil-preżent magħrufa bħala l-“Kuritur tal-Balkani Ċentrali”]
|
|
2.27
|
L-interkonnessjoni bejn Anaklia (GE) u Constanta Sud (RO) [fil-preżent magħrufa bħala l-“kejbil ta’ interkonnessjoni tal-Baħar l-Iswed”]
|
|
2.28
|
L-interkonnessjoni bejn Mukacheve (UA) u Veľké Kapušany (SK)
|
|
2.29
|
L-interkonnessjoni bejn Artsyz (UA) u Isaccea (RO)
|
(3) Il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP Electricity)
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
3.2
|
Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fl-Estonja
|
|
3.3
|
L-integrazzjoni u s-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Istati Baltiċi man-networks Ewropej, inkluż il-PCIs li ġejjin:
3.3.3 Il-linja interna bejn Paide u Sindi (EE)
3.3.5 Aktar aspetti ta’ infrastruttura relatati mal-implimentazzjoni tas-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-Istati Baltiċi man-network Ewropew kontinentali
3.3.6 L-interkonnessjoni bejn il-Litwanja u l-Polonja [fil-preżent magħrufa bħala “Harmony Link”]
3.3.11 Il-linja interna bejn Dunowo u Żydowo Kierzkowo (PL)
3.3.12 Il-linja interna bejn Piła Krzewina u Żydowo Kierzkowo (PL)
3.3.13 Il-linja interna bejn Morzyczyn-Dunowco-Słupsk-Żarnowiec (PL)
3.3.14 Il-linja interna bejn Żarnowiec-Gdańsk/Gdańsk Przyjaźń-Gdańsk Błonia (PL)
|
|
3.5
|
Ir-raba’ interkonnessjoni bejn il-Finlandja u l-Iżvezja [fil-preżent magħrufa bħala “Aurora line 2”]
|
|
3.6
|
L-interkonnessjoni bejn il-Finlandja u l-Estonja [fil-preżent magħrufa bħala “Estlink 3”]
|
|
3.7
|
L-interkonnessjoni bejn il-Finlandja u l-Iżvezja [fil-preżent magħrufa bħala “Fenno-Skan 3”]
|
|
3.8
|
L-interkonnessjoni bejn l-Iżvezja u d-Danimarka [fil-preżent magħrufa bħala l-“Immodernizzar ta’ Konti-Skan”]
|
|
3.9
|
Il-proġett ta’ tisħiħ transfruntier tal-Latvja u l-Litwanja
|
|
3.10
|
Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fil-Finlandja [fil-preżent magħruf bħala “Kemijoki PSP”]
|
(4) Il-grilji lil hinn mill-kosta tal-Ibħra tat-Tramuntana (NSOG):
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
4.2
|
L-interkonnettur ibridu lil hinn mill-kosta bejn il-Belġju u d-Danimarka [fil-preżent magħruf bħala “Triton Link”]
|
|
4.3
|
Is-substazzjon u konnessjoni ta’ vultaġġ għoli lil hinn mill-kosta ma’ Menuel (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Offshore Wind connection Centre Manche 1”]
|
|
4.4
|
Is-substazzjon u konnessjoni ta’ vultaġġ għoli lil hinn mill-kosta ma’ Tourbe (FR) [fil-preżent magħrufa bħala “Offshore Wind connection Centre Manche 2”]
|
|
4.7
|
Il-Konnessjoni Eolika lil hinn mill-kosta Fécamp-Grand Large 1 (FR)
|
|
4.8
|
Il-Konnessjoni Eolika lil hinn mill-kosta Fécamp-Grand Large 2 (FR)
|
|
4.9
|
L-Interkonnettur ibridu lil hinn mill-kosta bejn il-Ġermanja u n-Netherlands
|
Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
4.5
|
L-interkonnettur ibridu bejn il-Gżira tal-Prinċipessa Eliżabetta (BE) u Kent (ir-Renju Unit) [fil-preżent magħruf bħala “Nautilus”]
|
|
4.6
|
L-interkonnessjoni ibrida HVDC bejn il-Gran Brittanja u n-Netherlands [fil-preżent magħrufa bħala “LionLink”]
|
|
4.10
|
L-interkonnettur ibridu lil hinn mill-kosta bejn ir-Renju Unit u l-Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala “HansaLink – Fażi 1”]
|
(5) Il-grilji lil hinn mill-kosta tal-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija (BEMIP offshore):
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
5.1
|
L-interkonnettur ibridu lil hinn mill-kosta fil-Latvja u fl-Estonja [fil-preżent magħruf bħala “Elwind”]
|
|
5.2
|
L-interkonnettur Ibridu lil hinn mill-kosta tal-Gżira tal-Enerġija Bornholm (BEI) bejn id-Danimarka u l-Ġermanja
|
(6) Il-grilji lil hinn mill-kosta fin-Nofsinhar u l-Punent (SW offshore):
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
6.1
|
Il-Konnessjoni Eolika lil Hinn mill-Kosta Occitanie (FR)
|
|
6.2
|
Il-Konnessjoni Eolika lil Hinn mill-Kosta PACA (FR)
|
|
6.3
|
Il-Konnessjoni Eolika lil Hinn mill-Kosta Golfe de Lion Centre (FR)
|
(7) Il-grilji lil hinn mill-kosta fin-Nofsinhar u l-Lvant (SE offshore):
Ma tressaq l-ebda proġett għal dan il-kuritur.
(8) Il-grilji lil hinn mill-kosta fl-Atlantiku:
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
8.1
|
Il-Konnessjoni Eolika lil Hinn mill-Kosta tan-Nofsinhar tal-Bretanja (FR)
|
|
8.2
|
Il-Konnessjoni Eeolika lil Hinn mill-Kosta fin-Nofsinhar tal-Atlantiku Oléron 1 (FR)
|
|
8.3
|
Il-Konnessjoni Eeolika lil Hinn mill-Kosta fin-Nofsinhar tal-Atlantiku Oléron 2 (FR)
|
|
8.4
|
Il-Konnessjoni Eolika lil Hinn mill-Kosta Golfe de Gascogne Sud (FR)
|
|
8.5
|
Il-Konnessjoni Eeolika lil Hinn mill-Kosta Bretagne Nord-Ouest (FR)
|
(9) L-interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Punent tal-Ewropa (HI West):
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
9.1
|
Il-Kuritur bejn il-Portugall – Spanja – Franza – il-Ġermanja:
9.1.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Portugall
9.1.2 L-interkonnettur tal-idroġenu bejn il-Portugall – Spanja
9.1.3 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fi Spanja
9.1.4 L-interkonnettur tal-idroġenu bejn Spanja – Franza [fil-preżent magħruf bħala “BarMar”]
9.1.5 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fi Franza konnessa mal-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala “HyFen”]
9.1.6 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja konnessa ma’ Franza [fil-preżent magħrufa bħala “H2Hercules South-West”]
|
|
9.2
|
Il-widien tal-idroġenu transfruntieri bejn Franza – il-Ġermanja:
9.2.1 Il-wied tal-idroġenu fil-Ġermanja mal-fruntiera Franċiża [fil-preżent magħruf bħala “RHYn”]
9.2.2 Il-wied tal-idroġenu fi Franza mal-fruntiera Ġermaniża [fil-preżent magħruf bħala “Mosahyc”]
|
|
9.3
|
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fi Franza sal-fruntiera Belġjana [fil-preżent magħrufa bħala l-“kuritur tal-H2 Franċiż-Belġjan”]
|
|
9.4
|
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala “H2ercules West”]
|
|
9.5
|
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Belġju [fil-preżent magħrufa bħala “Sinsla Belġjana tal-Idroġenu”]
|
|
9.6
|
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fin-Netherlands [fil-preżent magħrufa bħala “Sinsla Nazzjonali tal-Idroġenu”]
|
|
9.7
|
L-interkonnetturi tal-idroġenu bejn is-Sinsla Nazzjonali tal-Idroġenu (NL) – il-Ġermanja
Parti Ġermaniża:
9.7.1 L-interkonnettur tal-idroġenu mis-sinsla bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant sa Oude (NL) [fil-preżent magħruf bħala “H2ercules North”]
9.7.2 L-interkonnettur tal-idroġenu mis-sinsla bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant sa Vlieghuis (NL) – Vlieghuis – Ochtrup (DE)
9.7.3 L-interkonnettur tal-idroġenu min-Netherlands għall-Ġermanja (fil-preżent magħruf bħala “Kuritur tal-H2 tad-Delta tar-Renu”)
9.7.4 L-interkonnettur tal-idroġenu bejn il-Ġermanja – in-Netherlands 2 [fil-preżent magħruf bħala “Hyperlink”]
9.7.5 L-interkonnettur tal-idroġenu mis-sinsla bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar f’Winterswijk/Vreden għall-Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala “H2ercules North-West”]
|
|
9.8
|
Il-pipeline tal-idroġenu lil hinn mill-kosta tal-Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala “AquaDuctus”]
|
|
9.9
|
L-interkonnettur tal-idroġenu bejn id-Danimarka – il-Ġermanja:
9.9.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala “HyperLink III”]
9.9.2 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fid-Danimarka [fil-preżent magħrufa bħala “DK Hydrogen Pipeline West”]
|
|
9.10
|
Il-faċilitajiet ta’ lqugħ tal-ammonijaka fil-Belġju:
9.10.1 Il-faċilità ta’ lqugħ tal-ammonijaka ta’ Antwerp
9.10.2 Il-faċilità ta’ lqugħ tal-ammonijaka ta’ Amplifhy Antwerp
9.10.3 Il-faċilità ta’ lqugħ tal-ammonijaka tal-iżvilupp ta’ Zeebrugge New Molecules
9.10.4 Il-faċilità ta’ lqugħ tal-ammonijaka ta’ Antwerp VEPA
|
|
9.11
|
Il-faċilitajiet ta’ lqugħ tal-ammonijaka fil-Ġermanja:
9.11.1 It-terminal tal-faċilità ta’ lqugħ tal-ammonijaka Brunsbüttel
9.11.3 Il-faċilità ta’ lqugħ tal-ammonijaka Wilhelmshaven (Uniper)
|
|
9.12
|
9.12.2 Il-faċilità ta’ lqugħ tal-ammonijaka Amplifhy Rotterdam
|
|
9.13
|
Il-faċilità ta’ lqugħ tal-ammonijaka Dunkerque (FR)
|
|
9.15
|
Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fi Spanja:
9.15.4 L-elettrolizzatur Valle andaluz del hidrógeno verde – Huelva
9.15.5 L-elettrolizzatur tal-wied tal-H2 tal-Asturias
9.15.6 L-elettrolizzatur ta’ Valdo Eume
9.15.7 L-elettrolizzatur ta’ Catalina
9.15.8 L-elettrolizzatur ErasmoPower2X
|
|
9.16
|
Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fi Franza:
9.16.6 L-elettrolizzatur GHYga H2
9.16.7 L-elettrolizzatur H2V 59
|
|
9.17
|
9.17.4 L-elettrolizzatur ScheldeH2 (NL)
|
|
9.18
|
Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fil-Ġermanja:
9.18.3 L-elettrolizzatur ta’ Rheinfelden
9.18.4 L-elettrolizzatur GreenRoot
|
|
9.20
|
Il-Ħżin tal-Idroġenu Daniż (DK)
|
|
9.21
|
Il-Ħżin tal-H2 ta’ Hystock Opslag (NL)
|
|
9.22
|
Il-Ħżin tal-idroġenu fil-Ġermanja:
9.22.1 Il-Ħżin tal-idroġenu Salthy Harsefeld
9.22.3 Il-Ħżin tal-idroġenu Salthy Harsefeld II A+B
9.22.4 Il-Ħżin tal-Idroġenu ta’ EWE f’Huntorf
9.22.5 Il-Ħżin tal-Idroġenu ta’ UST fi Krummhörn
9.22.6 Il-Ħżin tal-H2 ta’ NWKG
9.22.7 Il-Ħżin tal-Idroġenu ta’ EWE f’Jemgum
9.22.8 Gasunie SpHyGER Etzel
9.22.9 L-espansjoni tal-Ħżin tal-H2 ta’ RWE fi Gronau-Epe (Nru 9.22.2 fl-ewwel lista tal-Unjoni)
9.22.10 Il-Ħżin tal-H2 ta’ RWE H2 fi Gronau-Epe – it-tieni espansjoni
9.22.11 Il-Ħżin tal-Idroġenu ta’ UST f’Epe
|
|
9.24
|
Il-Ħżin tal-idroġenu fi Spanja:
9.24.1 Il-ħżin tal-H2 North – 1
9.24.2 Il-ħżin tal-H2 North – 2
|
|
9.26
|
L-interkonnetturi tal-idroġenu bejn Franza – il-Lussemburgu – il-Belġju:
9.26.1 L-interkonnettur tal-idroġenu bejn Franza – il-Lussemburgu [fil-preżent magħruf bħala “Hy4link (FR)”]
9.26.2 Il-pipeline intern tal-idroġenu fil-Lussemburgu sal-fruntiera tal-Belġju [fil-preżent magħruf bħala “Hy4link (LU)”]
|
|
9.27
|
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fi Franza minn Bordeaux sal-kosta tal-Mediterran:
9.27.1 MidHY
9.27.2 HySoW Mediterranan
9.27.3 HySoW Atlantiku
|
|
9.28
|
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala “Hyperlink 4-5”]
|
|
9.29
|
Il-kuritur tal-idroġenu bejn l-Italja – l-Iżvizzera – il-Ġermanja:
9.29.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Italja minn Poggio Renatico sal-fruntiera Żvizzera
9.29.2 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala “Alpine HyWay”]
|
|
9.30
|
Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fid-Danimarka:
9.30.1 L-elettrolizzatur HØST PtX Esbjerg (li qabel kien Jyske Banke Nord PtX) (Nru 9.19 fl-ewwel lista tal-Unjoni)
9.30.2 L-elettrolizzatur ta’ Hela
9.30.3 L-elettrolizzatur ta’ Vidar
9.30.4 L-elettrolizzatur Plug Idomlund
9.30.5 L-elettrolizzatur ta’ Esbjerg
|
|
9.31
|
H2Austria&Bavaria+Store electrolyser (AT)
|
|
9.32
|
L-elettrolizzatur CHYMIA (BE)
|
|
9.33
|
Il-Ħżin tal-idroġenu fi Franza:
9.33.1 Il-Ħżin GeoH2 (Nru 9.23 fl-ewwel lista tal-Unjoni)
9.33.2 Il-Ħżin HyPSTER_3
9.33.3 Il-Ħżin HySoW
|
Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
9.34
|
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Iżvizzera (parti mill-kuritur tal-idroġenu bejn l-Italja – l-Iżvizzera – il-Ġermanja) [fil-preżent magħruf bħala l-“kuritur tal-H2 fl-Alpi”])
|
|
9.35
|
L-interkonnettur tal-idroġenu bejn il-Belġju – ir-Renju Unit
|
(10) L-interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (HI East):
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
10.1
|
Il-kuritur SoutH2 bejn it-Tuneżija – l-Italja – l-Awstrija – il-Ġermanja:
10.1.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Italja [fil-preżent magħrufa bħala “Sinsla Taljana tal-H2”]
10.1.2 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Awstrija [fil-preżent magħrufa bħala “Prontezza tal-H2 tas-sistema tal-pipeline TAG”]
10.1.3 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Awstrija [fil-preżent magħrufa bħala “Sinsla tal-H2 WAG u Penta West”]
10.1.4 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala “HyPipe Bavaria – The Hydrogen Hub”]
|
|
10.2
|
L-Interkonnessjoni Ċeka – Ġermaniża tal-Idroġenu:
10.2.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fiċ-Ċekja lejn il-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala “Sinsla Ċeka tal-H2 tal-Punent”]
10.2.2 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala “FLOW East – Making Hydrogen Happen”]
10.2.3 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Ġermanja [fil-preżent magħrufa bħala “H2ercules Network South-East”]
|
|
10.3
|
L-interkonnessjoni tal-idroġenu bejn il-Greċja – il-Bulgarija:
10.3.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Greċja lejn il-fruntiera Bulgara [fil-preżent magħrufa bħala l-“pipeline H2DRIA”]
10.3.2 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Bulgarija lejn il-fruntiera tal-Greċja
|
|
10.5
|
Il-Kuritur tal-Idroġenu tal-Ewropa Ċentrali bejn l-Ukrajna – is-Slovakkja – iċ-Ċekja – il-Ġermanja:
10.5.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fis-Slovakkja [fil-preżent magħrufa bħala “Sinsla Slovakka tal-Idroġenu”]
10.5.2 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fiċ-Ċekja [fil-preżent magħrufa bħala “Sinsla Ċeka tal-Idroġenu tat-Tramuntana”]
|
|
10.6
|
L-interkonnessjoni tal-idroġenu bejn is-Slovakkja – l-Ungerija:
10.6.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fis-Slovakkja [fil-preżent magħrufa bħala “kuritur tal-H2 SK-HU”]
10.6.2 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Ungerija [fil-preżent magħrufa bħala “kuritur tal-idroġenu HU/SK”]
|
|
10.7
|
Il-kuritur tal-idroġenu bejn il-Greċja – l-Italja:
10.7.1 L-infrastruttura interna tal-idroġenu fil-Greċja [fil-preżent magħrufa bħala “pipeline Komnina – Florovouni”]
10.7.2 Il-pipeline tal-idroġenu lil hinn mill-kosta bejn il-Greċja u l-Italja [fil-preżent magħruf bħala “pipeline tal-H2 Poseidon”]
|
|
10.8
|
Il-faċilità ta’ lqugħ tal-ammonijaka Ionian Energy Terminal (GR)
|
|
10.9
|
Il-faċilità tal-elettrolizzatur Thalis 1 (GR)
|
|
10.10
|
Il-Ħżin tal-Idroġenu EWE f’Ruedersdorf (DE)
|
|
10.11
|
Il-Ħżin tal-Idroġenu taħt l-art ta’ Fiume Treste Livello (IT)
|
Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
10.12
|
Il-pipeline tal-idroġenu lil hinn mill-kosta bejn it-Tuneżija u l-Italja [fil-preżent magħruf bħala “Kuritur tal-Idroġenu tat-Tramuntana tal-Afrika”] (parti mill-kuritur SoutH2)
|
|
10.13
|
L-infrastruttura interna tal-idroġenu fl-Ukrajna [fil-preżent magħrufa bħala “Kuritur tal-Idroġenu tal-Ewropa Ċentrali (parti UKR)”]
|
(11) Il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-idroġenu (BEMIP Hydrogen):
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fir-reġjun:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
11.1
|
L-interkonnettur tal-idroġenu bejn l-Iżvezja u l-Finlandja [fil-preżent magħruf bħala r-Rotta Nordika tal-Idroġenu – il-Bajja tal-Botnja]
|
|
11.2
|
L-interkonnettur tal-idroġenu bejn il-Finlandja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala l-“Kuritur Nordiku-Baltiku tal-Idroġenu”]
|
|
11.3
|
L-interkonnettur tal-idroġenu bejn il-Finlandja u l-Ġermanja [fil-preżent magħruf bħala l-“Kollettur tal-Idroġenu tal-Baħar Baltiku”]
|
|
11.4
|
L-interkonnessjonijiet tal-H2 bejn il-Ġermanja – il-Polonja [fil-preżent magħrufa bħala r-“raggruppament tal-Idroġenu Ekoloġiku Pomeranjan”]
|
|
11.5
|
Il-faċilitajiet tal-elettrolizzaturi fil-Finlandja:
11.5.1 Porvoo Fażi 2
11.5.2 Il-proġett FOX
11.5.3 Il-proġett Plug Power fi Kristinestad
|
(12) Il-Qasam Tematiku ta’ Prijorità Implimentazzjoni tal-grilji intelliġenti:
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fil-qasam tematiku:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
12.2
|
CARMEN (BG, RO), biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera u l-kondiviżjoni tad-data bejn l-operaturi ta’ sistemi tat-trażmissjoni (TSOs, transmission system operators), tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn t-TSOs u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni (DSOs, distribution system operators), tiġi appoġġata l-espansjoni tal-grilja, tiżdied il-kapaċità għall-integrazzjoni ta’ sorsi ġodda ta’ enerġija rinnovabbli u tittejjeb l-istabbiltà, is-sigurtà u l-flessibbiltà tal-grilja
|
|
12.3
|
Danube InGrid (HU, SK), biex jiġu integrati b’mod effiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha tas-suq konnessi man-networks tal-elettriku fl-Ungerija u fis-Slovakkja
|
|
12.4
|
Gabreta Smart Grids (CZ, DE), biex tiżdied il-kapaċità ta’ hosting tal-grilja, ikunu possibbli l-monitoraġġ u kontroll mill-bogħod tal-grilji tal-MV u jittejbu l-osservabbiltà tal-grilja u l-ippjanar tan-network
|
|
12.5
|
GreenSwitch (AT, HR, SI), biex tiżdied il-kapaċità ta’ hosting għal sorsi rinnovabbli distribwiti u l-integrazzjoni effiċjenti ta’ tagħbijiet ġodda, tittejjeb l-osservabbiltà tan-network ta’ distribuzzjoni u tiżdied il-kapaċità transfruntiera
|
|
12.6
|
Selena (CZ, HU, SK), biex jittejbu s-sigurtà, l-effiċjenza u r-reżiljenza tal-enerġija fir-Repubblika Ċeka, fl-Ungerija u fis-Slovakkja billi jiġu modernizzati u integrati in-networks tad-distribuzzjoni tal-elettriku tagħhom
|
|
12.7
|
Tune (HU, SI, SK), biex tiżdied il-kontrollabbiltà u jissaħħu n-networks tal-enerġija fis-Slovenja, fis-Slovakkja. u fl-Ungerija
|
(13) Il-Qasam Tematiku ta’ Prijorità Network transfruntier tad-diossidu tal-karbonju:
Proġetti ta’ interess komuni żviluppati fil-qasam tematiku:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
13.1
|
CO2 TransPorts se jistabbilixxi infrastruttura li tiffaċilita l-ġbir, it-trasport u l-ħżin fuq skala kbira tas-CO2 miż-żoni tal-port ta’ Rotterdam, ta’ Antwerp u tal-Baħar tat-Tramuntana
|
|
13.2
|
Aramis – proġett transfruntier tat-trasport u tal-ħżin tas-CO2, it-teħid mill-emittenti fiż-żona interna taż-żona tal-port ta’ Rotterdam, it-trasport bil-pajpijiet sal-ħżin fuq il-blata kontinentali Netherlandiża
|
|
13.4
|
Bifrost – proġett ta’ trasport u ħżin, bi ħżin lil hinn mill-kosta fid-DK minn emittenti mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mill-Polonja
|
|
13.5
|
Callisto – l-iżvilupp ta’ ċentri multimodali tas-CO2 fil-Mediterran li jaħżnu l-emissjonijiet tas-CO2 minn Franza u mill-Italja f’siti ta’ ħżin lil hinn mill-kosta ta’ Ravenna
|
|
13.6
|
Il-Konsorzju Baltiku CCS – it-trasport transfruntier tas-CO2 permezz ta’ pipelines u ferroviji/trakkijiet bejn il-Latvja u l-Litwanja b’terminal tal-LCO2 multimodali bbażat f’Klaipeda
|
|
13.7
|
Il-Kuritur tad-Delta tar-Renu – proġett għat-trasport tas-CO2 permezz ta’ pipelines minn emittenti fiż-żona tar-Ruhr fil-Ġermanja u fiż-żona ta’ Rotterdam fin-Netherlands għall-ħżin lil hinn mill-kosta Netherlandiża
|
|
13.8
|
EU2NSEA – network transfruntier tas-CO2 żviluppat bejn il-Belġju, il-Ġermanja u n-Norveġja biex jiġbor ukoll is-CO2 mid-DK, FR, LV, NL, PL u SE, bil-ħżin fuq il-blata kontinentali Norveġiża
|
|
13.10
|
Norne – infrastruttura tat-trasport fid-Danimarka bi ħżin fuq l-art u possibbilment lil hinn mill-kosta, b’emittenti primarjament mid-DK, SE, BE u UK jittrasportaw lejn id-DK permezz tal-vapuri
|
|
13.11
|
Prinos – Apollo CO2 – Ħżin lil hinn mill-kosta fil-bir ta’ Prinos għall-emissjonijiet mill-EL, permezz ta’ pipeline, u mill-BG, HR, CY, EL, IT u SI permezz tal-vapuri
|
|
13.12
|
Pycasso – it-trasport u l-ħżin tas-CO2 fis-sit tal-ħżin fuq l-art fil-Lbiċ ta’ FR, emittenti industrijali minn FR u ES
|
|
13.15
|
BaltiCO2Net – il-proġett jinkludi 17-il inizjattiva ta’ qbid f’siti ta’ emissjonijiet industrijali f’ħames Stati Membri tal-UE (DK, DE, LV, PL, SE) bil-ħżin previst fuq l-art fid-Danimarka
|
|
13.16
|
ECO2CEE – it-terminal tal-LCO2 fi Gdansk li jirċievi s-CO2 mill-industrija fil-Polonja permezz ta’ pipeline u t-terminal ta’ Klaipeda li jirċievi s-CO2 mill-impjant Litwan permezz ta’ pajpijiet/ferroviji/trakkijiet (Nru 13.3 fl-ewwel lista tal-Unjoni)
|
Proġetti ta’ interess reċiproku żviluppati fil-qasam tematiku:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
13.13
|
Northern Lights – proġett ta’ konnessjoni transfruntiera tas-CO2 bejn diversi inizjattivi Ewropej għall-qbid (fost l-oħrajn il-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, l-Iżvezja), trasport permezz tal-vapuri lejn il-ħżin fuq il-blata kontinentali Norveġiża
|
|
13.14
|
Nautilus CCS – emissjonijiet miż-żoni ta’ Le Havre, Dunkirk, Duisburg u Rogaland li jridu jinqabdu u jiġu ttrasportati permezz tal-vapuri lejn diversi bjar fil-Baħar tat-Tramuntana (estensjoni tan-Nru 12.8 fil-ħames lista ta’ PCIs)
|
|
13.17
|
Atlas – il-ħżin fis-sit lil hinn mill-kosta ta’ Atlas (NO) u t-trasport permezz ta’ laneċ ġejjin u sejrin tas-CO2 b’kapaċità ta’ ħatt dirett u unità ta’ Ġbir, Ħżin u Ħatt Galleġġanti (FCSO, Floating Collection, Storage and Offloading) bħala għażla għas-CO2 maqbud f’siti industrijali fl-UE
|
|
13.18
|
Carbon Connect – trunk pipeline transfruntier taħt il-baħar ta’ ~ 200 km għat-trasport u għall-ħżin tas-CO2 antropoġeniku minn Zeebrugge (il-Belġju), għas-settur tar-Renju Unit tan-Nofsinhar tal-Baħar tat-Tramuntana
|
|
13.19
|
Grilja Ġermaniża tat-Trasport tal-Karbonju – il-proġett għandu l-intenzjoni li jibni u jopera network estensiv ta’ pipelines tas-CO2 fil-Ġermanja, li jittrasportaw l-emissjonijiet lejn bjar tas-CO2 fit-Tramuntana tal-Ewropa u li jgħaqqad il-grilja ma’ diversi grilji nazzjonali
|
(14) Qasam Tematiku ta’ Prijorità Grilji tal-gass intelliġenti:
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
14.1
|
GREENCONNECT (Grid for Renewable gas Enabling Efficient Networks and Cross-border Operation for New Net-zero Energy interConnection and Transmission, Grilja għall-gas rinnovabbli li tiffaċilita networks effiċjenti u operazzjoni transfruntiera għal interkonnessjoni u trażmissjoni ġodda tal-enerġija żero netta)
|
|
14.2
|
Il-Proġett tal-Grilja tal-Gass Intelliġenti tal-Kroazja u s-Slovenja
|
|
14.3
|
Il-proġett SmartSwitch – Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass Griega u Bulgara eżistenti aktar intelliġenti għall-integrazzjoni tal-idroġenu u tal-gassijiet rinnovabbli fin-network
|
(15) Proġetti li jżommu l-istatus tagħhom ta’ proġett ta’ interess komuni (deroga mill-Artikolu 24):
|
Nru
|
Definizzjoni
|
|
15.1
|
Il-konnessjoni ta’ Malta man-network tal-gass Ewropew – interkonnessjoni tal-pipeline mal-Italja f’Gela
|
|
15.2
|
Il-pipeline mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran lejn il-Greċja kontinentali li jgħaddi minn Ċipru u minn Kreta [fil-preżent magħruf bħala “Pipeline EastMed”], bi stazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni f’Megalopoli
|
C. LISTI TAL-“PROĠETTI LI MA GĦADHOMX MEQJUSA BĦALA PCIS JEW PMIS” U TAL-“PROĠETTI LI ISSA HUMA PARTIJIET INTEGRALI MINN PCIS JEW PMIS OĦRA”
(1) L-interkonnessjonijiet tal-elettriku mit-Tramuntana għan-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (NSI West Electricity)
Numri tal-PCI/PMI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu bħala PCIs/PMIs
(2) L-interkonnessjonijiet tal-elettriku mit-Tramuntana għan-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (NSI East Electricity)
Numri tal-PCI/PMI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu bħala PCIs/PMIs
(3) Il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (BEMIP Electricity)
Numri tal-PCI/PMI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu bħala PCIs/PMIs
|
3.1
|
|
3.3.1
|
|
3.3.2
|
|
3.3.4
|
|
3.3.7
|
|
3.3.8
|
|
3.3.9
|
|
3.3.10
|
|
3.3.15
|
|
3.4.1
|
|
3.4.2
|
(4) Il-grilji lil hinn mill-kosta tal-Ibħra tat-Tramuntana (NSOG, Northern Seas offshore grids)
Numri tal-PCI/PMI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu bħala PCIs/PMIs
(9) L-interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Punent tal-Ewropa (HI West)
Numri tal-PCI/PMI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu bħala PCIs/PMIs
|
9.11.2
|
|
9.12.1
|
|
9.12.3
|
|
9.14
|
|
9.15.1
|
|
9.15.2
|
|
9.15.3
|
|
9.16.1
|
|
9.16.2
|
|
9.16.3
|
|
9.16.4
|
|
9.16.5
|
|
9.17.1
|
|
9.17.2
|
|
9.17.3
|
|
9.18.1
|
|
9.18.2
|
|
9.19
|
|
9.22.2
|
|
9.25
|
(10) L-interkonnessjonijiet tal-idroġenu fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (HI East, Hydrogen interconnections in Central Eastern and South Eastern Europe)
Proġetti li issa huma partijiet integrali minn PCIs/PMIs oħra
|
Numru tal-PCI/PMI oriġinali tal-proġett
|
Numru ta’ PCI/PMI li fih il-proġett issa ġie integrat
|
|
10.4
|
10.5 u 10.13
|
(12) Il-Qasam Tematiku ta’ Prijorità Implimentazzjoni tal-grilji intelliġenti
Numri tal-PCI/PMI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu bħala PCIs/PMIs
(13) Il-Qasam Tematiku ta’ Prijorità Network transfruntier tad-diossidu tal-karbonju
Numri tal-PCI/PMI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu bħala PCIs/PMIs