+Artikolu 17 Deċiżjonijiet konġunti
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
---+Artikolu 17 6
---+Artikolu 17 7
---+Artikolu 17 8
---+Artikolu 17 9

Artikolu 17 Deċiżjonijiet konġunti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1

1.   Is-superviżuri tal-gruppi, l-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jilħqu d-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 11(4) u fl-Artikolu 16(4), kif applikabbli, fi żmien erba' xhur mid-data ta':

(a)

it-trażmissjoni mis-superviżur tal-grupp tal-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp f'konformità mal-Artikolu 7(6);

(b)

it-trażmissjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu;

(c)

il-preżentazzjoni ta' kwalunkwe osservazzjoni jew il-proposta ta' kwalunkwe miżura alternattiva mill-impriża omm apikali, jew l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 16(3), skont liema tiġi l-ewwel.

Fuq talba ta' awtorità superviżorja jew ta' awtorità ta' riżoluzzjoni, l-EIOPA tista' tassisti lis-superviżuri tal-gruppi, lill-awtoritajiet superviżorji, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 17 2

2.   Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, dwar kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet li ġejjin, is-superviżur tal-grupp jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, kif applikabbli, għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom stess dwarhom;

(a)

ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp;

(b)

kwalunkwe miżura li l-impriża omm apikali hija meħtieġa li tieħu f'konformità mal-Artikolu 6(4) u (5);

(c)

il-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp;

(d)

il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 16.

Id-deċiżjoni meħuda mis-superviżur tal-grupp jew mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, kif applikabbli, għandha tkun motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi ta' awtoritajiet superviżorji jew ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn, kif ikun applikabbli, espressi matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju. Id-deċiżjoni għandha tiġi pprovduta lill-impriża omm apikali u lill-awtoritajiet l-oħrajn ikkonċernati.

Artikolu 17 3

3.   Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, bejn l-awtoritajiet superviżorji jew l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni dwar kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet li ġejjin, kull awtorità superviżorja jew awtorità ta' riżoluzzjoni ta' impriża sussidjarja, kif ikun applikabbli, għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha stess dwarhom:

(a)

jekk għandux jitfassal pjan ta' rkupru preventiv fuq bażi individwali għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 8(2);

(b)

l-applikazzjoni fil-livell sussidjarju tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 6(4) u (5);

(c)

l-identifikazzjoni tal-impedimenti sostantivi, u fejn neċessarja, il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriża omm apikali u l-miżuri meħtieġa mill-awtoritajiet biex jindirizzaw jew ineħħu dawk l-impedimenti, kif imsemmi fl-Artikolu 16(1).

Artikolu 17 4

4.   Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni dwar l-adozzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp, kif imsemmi fl-Artikolu 11(4), fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, ta’ dan l-Artikolu, kull awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għal impriża sussidjarja għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha stess u għandha tfassal u żżomm aġġornat pjan ta' riżoluzzjoni għall-entitajiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha. Kull awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 17 5

5.   Kull waħda mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji jew ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-paragrafi 3 jew 4 għandha tkun motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn, tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, tas-superviżuri tal-grupp jew tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, kif ikun applikabbli.

Artikolu 17 6

6.   L-awtoritajiet superviżorji jew l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li ma jaqblux ma' deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 jistgħu jilħqu deċiżjoni konġunta dwar pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp jew pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp li jkopri l-entitajiet fi grupp taħt il-ġuriżdizzjonijiet tagħhom.

Artikolu 17 7

7.   Fejn, sa tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji jew mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kkonċernati tkun irreferiet kwistjoni lill-EIOPA f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, l-awtorità superviżorja jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata, kif ikun applikabbli, għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EIOPA tista' tieħu f'konformità mal-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u tieħu d-deċiżjoni tagħha f'konformità mad-deċiżjoni tal-EIOPA. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, ta’ dan l-Artikolu għandu jitqies bħala l-fażi ta' konċiljazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament. L-EIOPA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EIOPA wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju, jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-EIOPA fi żmien xahar wara li jkun sar ir-riferiment lill-EIOPA, għandha tapplika d-deċiżjoni tas-superviżur tal-grupp, tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, tal-awtorità superviżorja jew tal-awtorità ta' riżoluzzjoni għall-grupp jew għall-impriża sussidjarja f'livell individwali, kif applikabbli.

Artikolu 17 8

8.   Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 11(4), fl-Artikolu 16(4) u fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala konklużivi u għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet superviżorji jew mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 17 9

9.   Fejn jittieħdu deċiżjonijiet konġunti skont l-Artikolu 11(4) u, fir-rigward tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta li s-suġġett ta' nuqqas ta' qbil dwar il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp jaffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istat Membru tagħha, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tibda rivalutazzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni ta' grupp.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.