+Artikolu 65 Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 65 1
---+Artikolu 65 2
---+Artikolu 65 3
---+Artikolu 65 4

Artikolu 65 Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 65 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, malajr kemm ikun raġonevolment prattiku wara li jieħdu l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 65 2

2.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinnotifikaw lill-impriża taħt riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet li ġejjin, jekk ikunu differenti, bl-azzjoni ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

l-awtorità superviżorja għall-impriża taħt riżoluzzjoni;

(b)

l-awtorità superviżorja ta' kwalunkwe fergħa tal-impriża taħt riżoluzzjoni;

(c)

il-bank ċentrali tal-Istat Membru li fih hija stabbilita l-impriża taħt riżoluzzjoni;

(d)

fejn applikabbli, l-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni li magħha tkun affiljata l-impriża taħt riżoluzzjoni;

(e)

fejn applikabbli, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(f)

il-ministeru kompetenti;

(g)

fejn applikabbli, l-awtorità superviżorja tal-grupp;

(h)

il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali maħtura;

(i)

il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-EIOPA, l-ESMA u l-EBA;

(j)

fejn l-impriża taħt riżoluzzjoni tkun impriża kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (b), tad-Direttiva 98/26/KE, l-operaturi tas-sistemi li tipparteċipa fihom;

(k)

meta l-impriża f’riżoluzzjoni tkun parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti maħtura f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-awtorità kompetenti rilevanti skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 65 3

3.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tippubblika jew tiżgura l-pubblikazzjoni ta' kopja tal-ordni jew tal-istrument li bih tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, jew ta' avviż li jagħti sommarju tal-effetti tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni, inkluż l-effetti fuq id-detenturi ta' poloz u, fejn applikabbli, it-termini u l-perjodu ta' sospensjoni jew ta' restrizzjoni msemmijin fl-Artikoli 49, 50 u 51, bil-mezzi li ġejjin:

(a)

fuq is-sit web uffiċjali tagħha;

(b)

fuq is-sit web tal-awtorità superviżorja, jekk differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, u fuq is-sit web tal-EIOPA;

(c)

fuq is-sit web tal-impriża taħt riżoluzzjoni;

(d)

fejn l-ishma jew strumenti oħra ta' sjieda jew strumenti tad-dejn tal-impriża taħt riżoluzzjoni huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, il-mezzi użati għall-iżvelar ta' informazzjoni regolata dwar l-impriża taħt riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

Artikolu 65 4

4.   Meta l-ishma, l-istrumenti ta' sjieda jew l-istrumenti ta' dejn ma jkunux ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-istrumenti msemmijin fil-paragrafu 3 jintbagħtu lill-azzjonisti u lill-kredituri tal-impriża taħt riżoluzzjoni magħrufin mir-reġistri jew mill-bażijiet tad-data tal-impriża taħt riżoluzzjoni u li huma disponibbli għall-awtorità ta' riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.