2. Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tar-rekwiżiti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jiġu pprojbiti milli jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali riċevuta matul l-attivitajiet professjonali tagħhom, jew riċevuta mingħand awtorità superviżorja jew awtorità ta' riżoluzzjoni b'rabta mal-funzjonijiet ta' dik l-awtorità, lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-iżvelar isir fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva;
|
|
(b)
|
l-iżvelar isir f'forma fil-qosor jew kollettiva b'tali mod li l-entitajiet individwali msemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ma jkunux jistgħu jiġu identifikati;
|
|
(c)
|
l-iżvelar isir bil-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li pprovdiet l-informazzjoni.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jivvalutaw l-effetti possibbli tal-iżvelar tal-informazzjoni fuq l-interess pubbliku b'rabta mal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, fuq l-interessi kummerċjali ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, fuq il-finijiet tal-ispezzjonijiet, fuq l-investigazzjonijiet u fuq l-awditi.
Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-effetti msemmijin fit-tieni subparagrafu għandha tinkludi valutazzjoni speċifika tal-effetti ta' kwalunkwe żvelar tal-kontenuti u tad-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv u tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikoli 5, 7, 9, 10 u 12 u tar-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 6, 8 u 13.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 tkun soġġetta għal responsabbiltà ċivili fil-każ ta' ksur ta' dan l-Artikolu.