+Artikolu 74 1

Artikolu 74 1

1.   Awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp li tiddeċiedi li impriża omm apikali li għaliha hija responsabbli tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) għandha tinnotifika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) lis-superviżur tal-grupp u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni mingħajr dewmien.

L-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri ta' insolvenza msemmijin fl-Artikolu 73(2), il-punt (c), jistgħu jinkludu l-implimentazzjoni ta' skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp imfassla f'konformità mal-Artikolu 73(7) fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri fil-livell tal-kumpanija omm innotifikati f'konformità mal-Artikolu 73(2), il-punt (c), jagħmluha probabbli li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) jiġu ssodisfati b’rabta mal-entità fi grupp fi Stat Membru ieħor;

(b)

l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-kumpanija omm biss ma jkunux biżżejjed sabiex tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni jew ma jkunx probabbli li jipprovdu l-aħjar eżitu possibbli;

(c)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu ddeterminaw li waħda jew aktar mill-impriżi sussidjarji li għalihom ikunu responsabbli jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3);

(d)

l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-grupp ser ikunu ta' benefiċċju għall-impriżi sussidjarji tal-grupp b'mod li skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp titqies xierqa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.