+ANNESS I IL-PROSPETT

ANNESS I IL-PROSPETT




ANNESS I

IL-PROSPETT

I.   Sommarju

II.   Għan, persuni responsabbli, informazzjoni minn partijiet terzi, rapporti tal-esperti u approvazzjoni tal-awtorità kompetenti

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-persuni li huma responsabbli għall-kontenut tal-prospett u li jiġi pprovdut serħan il-moħħ lill-investituri dwar l-akkuratezza tal-informazzjoni żvelata fil-prospett. Barra minn hekk, din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar l-interessi tal-persuni involuti fl-offerta, kif ukoll ir-raġunijiet għall-offerta, l-użu tar-rikavati u l-ispejjeż tal-offerta. Barra minn hekk, din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar il-bażi ġuridika tal-prospett u l-approvazzjoni tiegħu mill-awtorità kompetenti.

III.   Strateġija, prestazzjoni u ambjent tan-negozju

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tiġi żvelata informazzjoni dwar l-identità tal-emittent, in-negozju, l-istrateġija u l-objettivi tiegħu. L-investituri għandu jkollhom fehim ċar tal-attivitajiet tal-emittent u tat-tendenzi prinċipali li jaffettwaw il-prestazzjoni, l-istruttura organizzazzjonali u l-investimenti materjali tiegħu. Meta applikabbli, l-emittent għandu jiżvela f’din it-taqsima stimi jew tbassir tal-prestazzjoni tiegħu fil-futur.

IV.   Rapport ta’ ġestjoni, inkluż ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà (titoli ta’ ekwità biss)

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li jew tinkorpora b’referenza jew tinkludi l-informazzjoni stabbilita fir-rapporti ta’ ġestjoni u r-rapporti konsolidati dwar il-ġestjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE, meta applikabbli, u fil-Kapitoli 5 u 6 tad-Direttiva 2013/34/UE, għall-perjodi koperti mill-informazzjoni finanzjarja storika inkluż, meta applikabbli, ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

V.   Dikjarazzjoni tal-kapital operatorju (titoli ta’ ekwità biss)

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tipprovdi informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-kapital operatorju tal-emittent.

VI.   Fatturi ta’ riskju

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li jiġu deskritti r-riskji ewlenin li jiffaċċa l-emittent u l-impatt tagħhom fuq il-prestazzjoni futura tal-emittent, kif ukoll ir-riskji ewlenin li huma speċifiċi għat-titoli offruti lill-pubbliku jew li għandhom jiġu ammessi għan-negozjar f’suq regolat.

VII.   Termini u kundizzjonijiet tat-titoli

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tat-titoli u li tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-karatteristiċi tagħhom.

Fejn applikabbli, din l-informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2024/2810 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ).

VIII.   Dettalji tal-offerta/ammissjoni għan-negozjar

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tistabbilixxi l-informazzjoni speċifika dwar l-offerta tat-titoli, il-pjan għad-distribuzzjoni u għall-allokazzjoni tagħhom, indikazzjoni tal-ipprezzar tagħhom. Barra minn hekk, tirrappreżenta informazzjoni dwar il-pjazzament tat-titoli, kwalunkwe ftehim ta’ sottoskrizzjoni u arranġamenti relatati mal-ammissjoni għan-negozjar. Tistabbilixxi wkoll informazzjoni dwar il-persuni li jbigħu t-titoli u dilwizzjoni għall-azzjonisti eżistenti.

IX.   Informazzjoni relatata mal-ESG (titoli mingħajr ekwità biss, meta applikabbli)

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tistabbilixxi, meta applikabbli, informazzjoni relatata mal-ESG f’konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (g).

X.   Governanza korporattiva

Din it-taqsima għandha tispjega l-amministrazzjoni tal-emittent u r-rwol tal-persuni involuti fil-ġestjoni tal-kumpanija. Għat-titoli ta’ ekwità, barra minn hekk ser tipprovdi informazzjoni dwar l-isfond tal-maniġment superjuri, ir-remunerazzjoni tiegħu u r-rabta potenzjali tiegħu mal-prestazzjoni tal-emittent.

XI.   Informazzjoni finanzjarja

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li jiġi speċifikat liema rapporti finanzjarji jridu jiġu inklużi fid-dokument li jkopri l-aħħar sentejn finanzjarji (għal titoli ta’ ekwità) jew l-aħħar sena finanzjarja (għal titoli mingħajr ekwità) jew tali perjodu iqsar li matulu kien qed jopera fih l-emittent u informazzjoni oħra ta’ natura finanzjarja. Il-prinċipji kontabilistiċi u tal-awditjar li jridu jiġu aċċettati sabiex jintużaw fit-tħejjija u fl-awditjar tar-rapporti finanzjarji jiġu stabbiliti f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità u tal-awditjar.

A. 

Rapporti konsolidati u informazzjoni finanzjarja oħra.

B. 

Bidliet sinifikanti.

XII.   Informazzjoni dwar l-azzjonisti u d-detenturi tat-titoli

Din it-taqsima għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-azzjonisti maġġuri tal-emittent, l-eżistenza ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali bejn il-maniġment superjuri u l-emittent, il-kapital azzjonarju tal-emittent kif ukoll informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta’ partijiet relatati, proċedimenti ġudizzjarji u ta’ arbitraġġ u kuntratti materjali.

XIII.   Politika tad-dividendi (titoli ta’ ekwità biss)

Deskrizzjoni tal-politika tal-emittent dwar id-distribuzzjonijiet tad-dividendi u kwalunkwe restrizzjoni attwali fuqhom, kif ukoll dwar ir-riakkwisti ta’ ishma.

XIV.   Informazzjoni dwar il-garanti (titoli mingħajr ekwità biss, meta applikabbli)

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li, meta applikabbli, tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-garanti tat-titoli, inkluż informazzjoni essenzjali dwar il-garanti marbuta mat-titoli, il-fatturi ta’ riskju u informazzjoni finanzjarja speċifika għall-garanti.

XV.   Informazzjoni dwar it-titoli sottostanti u l-emittent tat-titoli sottostanti (meta applikabbli)

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tiġi pprovduta, meta applikabbli, informazzjoni dwar it-titoli sottostanti u, meta applikabbli, dwar l-emittent tat-titoli sottostanti.

XVI.   Informazzjoni dwar il-kunsens (meta applikabbli)

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kunsens meta l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil ta’ prospett tagħti l-kunsens għall-użu tiegħu f’konformità mal-Artikolu 5(1).

XVII.   Dokumenti disponibbli

L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar id-dokumenti li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-ispezzjoni u s-sit web fejn jistgħu jiġu spezzjonati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.