+Artikolu 7 Miżuri għall-indirizzar ta' nuqqas ta' saldu
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 7 8.
---+Artikolu 7 9.
---+Artikolu 7 10.
|
Artikolu 7 Miżuri għall-indirizzar ta' nuqqas ta' saldu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Għal kull sistema ta' saldu tat-titoli li jopera, CSD għandu jistabbilixxi sistema li timmonitorja nuqqas ta' saldu ta' tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1). Is-CSD għandu jipprovdi rapporti regolari lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet rilevanti fir-rigward tal-għadd u d-dettalji tan-nuqqasijiet ta' saldu u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, inkluż il-miżuri previsti mis-CSD u l-parteċipanti tiegħu sabiex itejbu l-effiċjenza tas-saldu. Dawk ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi mis-CSD f'forma aggregata u anonimizzata fuq bażi annwali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkondividu mal-ESMA kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar nuqqas ta' saldu.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Għal kull sistema ta' saldu tat-titoli li jopera, CSD għandu jistabbilixxi proċeduri li jiffaċilitaw is-saldu ta' tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) li mhumiex saldati fid-data prevista tas-saldu. Dawn il-proċeduri għandhom jipprevedu mekkaniżmu ta' penali li għandu jservi bħala deterrent effettiv għall-parteċipanti li jikkawżaw nuqqas ta' saldu. Qabel ma jistabbilixxi l-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu, CSD għandu jikkonsulta liċ-ċentri ta' negozjar u lis-CCPs rilevanti li jipprovdilhom servizzi ta' saldu. Il-mekkaniżmu ta' penali msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi penali fi flus kontanti għall-parteċipanti li jikkawżaw nuqqas ta' saldu ('parteċipanti inadempjenti'). Il-penali fi flus kontanti għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi ta' kuljum għal kull jum ta' xogħol li tranżazzjoni tonqos milli tiġi saldata mid-data prevista tas-saldu sakemm it-tranżazzjoni jew tiġi saldata jew ikkanċellata b'mod bilaterali. Il-penali fi flus kontanti ma għandhomx jiġu kkonfigurati bħala sors ta' dħul għas-CSD.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Il-penali fi flus kontanti msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal:
(a)
nuqqas ta' saldu li l-kawża sottostanti tiegħu mhijiex attribwibbli għall-parteċipanti fit-tranżazzjoni;
(b)
operazzjonijiet li ma jitqisux bħala negozjar;
(c)
tranżazzjonijiet fejn il-parteċipant inadempjenti huwa CCP, ħlief għal tranżazzjonijiet konklużi minn CCP meta din ma tindaħalx bejn il-kontropartijiet; jew
(d)
tranżazzjonijiet fejn jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza kontra l-parteċipant inadempjenti.
|
|
Artikolu 7 4.
|
CCP tista' tistabbilixxi fir-regoli tagħha mekkaniżmu biex tkopri t-telf li tista' ġġarrab minħabba l-applikazzjoni tal-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu.
|
|
Artikolu 7 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 67 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi jispeċifikaw il-parametri għall-kalkolu ta' deterrent u livell proporzjonat tal-penali fi flus kontanti msemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu ta' dan l-Artikolu abbażi ta' dawn kollha li ġejjin:
(b)
likwidità tal-istrument finanzjarju;
(d)
it-tul ta' żmien tan-nuqqas ta' saldu.
Meta tispeċifika l-parametri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-livell ta' nuqqas ta' saldu għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji u l-effett li rati tal-imgħax baxxi jew negattivi jista' jkollhom fuq l-inċentivi tal-kontropartijiet u fuq in-nuqqasijiet ta’ saldu. Il-parametri użati għall-kalkolu tal-penali fi flus kontanti għandhom jiżguraw grad għoli ta' dixxiplina fir-rigward tas-saldu u l-funzjonament bla xkiel u ordnat tas-swieq finanzjarji kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-parametri għall-kalkolu tal-livell tal-penali fi flus kontanti fuq bażi regolari u mill-inqas kull erba' snin sabiex tivvaluta mill-ġdid l-adegwatezza u l-effettività tal-penali fi flus kontanti fil-kisba ta' livell ta' nuqqas ta' saldu fl-Unjoni meqjus aċċettabbli filwaqt li jitqies l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 7 6.
|
Sas-17 ta’ Jannar 2026, l-ESMA għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq is-sit web tagħha lista tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) li huma ammessi għan-negozjar jew innegozjati f'ċentru ta' negozjar jew ikklerjati minn CCP.
|
|
Artikolu 7 7.
|
Is-CSDs, is-CCPs u ċ-ċentri ta' negozjar għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettulhom jissospendu, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom, kwalunkwe parteċipant li jonqos b'mod konsistenti u sistematiku milli jikkonsenja l-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) fid-data prevista tas-saldu u jiddivulgaw lill-pubbliku l-identità tiegħu biss wara li l-parteċipant jingħata l-opportunità jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u dment li l-awtoritajiet kompetenti tas-CSDs, is-CCPs u ċ-ċentri ta' negozjar, u dawk ta' dak il-parteċipant kienu debitament informati. Minbarra li jikkonsultaw qabel kwalunkwe sospensjoni, is-CSDs, is-CCPs u ċ-ċentri ta' negozjar għandhom jinnotifikaw, mingħajr ebda dewmien, is-sospensjoni ta' parteċipant lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi. L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet rilevanti dwar is-sospensjoni ta' parteċipant. Id-divulgazzjoni pubblika ta' sospensjonijiet ma għandhiex tinkludi data personali kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
).. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal parteċipanti inadempjenti li huma CCPs jew f'każijiet fejn jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza kontra l-parteċipant inadempjenti.
|
|
Artikolu 7 8.
|
Dan l-Artikolu ma għandux japplika fejn iċ-ċentru prinċipali għan-negozjar tal-ishma jkun jinsab f'pajjiż terz. Il-post fejn ikun jinsab iċ-ċentru prinċipali għan-negozjar tal-ishma għandu jiġi ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012.
|
|
Artikolu 7 9.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 67 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika:
(a)
il-kawżi sottostanti ta' nuqqas ta' saldu li jitqiesu bħala mhux attribwibbli għall-parteċipanti fit-tranżazzjoni skont il-paragrafu 3, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu; u
(b)
iċ-ċirkostanzi li fihom l-operazzjonijiet ma jitqisux bħala negozjar skont il-paragrafu 3, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 7 10.
|
L-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:
(a)
id-dettalji tas-sistema li timmonitorja nuqqas ta' saldu u r-rapporti dwar nuqqas ta' saldu msemmija fil-paragrafu 1;
(b)
il-proċessi għall-ġbir u d-distribuzzjoni mill-ġdid tal-penali fi flus kontanti u kwalunkwe rikavat ieħor possibbli minn tali penali f'konformità mal-paragrafu 2;
(c)
il-kundizzjonijiet li skonthom parteċipant jitqies li jonqos b'mod konsistenti u sistematiku, milli jikkonsenja l-istrumenti finanzjarji kif imsemmi fil-paragrafu 7.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|