|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.Mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet l-oħrajn ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil kumpanija tal-maniġment sakemm ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-kumpanija tal-maniġment ikollha kapital inizjali ta’ mill-inqas EUR 125 000 , meta jitqies li ġej:
(i)
meta l-valur tal-portafolji tal-kumpaniji tal-maniġment, jeċċedi l-EUR 250 000 000 , il-kumpanija tal-maniġment għandha tiġi rikjesta li tipprovdi ammont addizzjonali ta’ fondi proprji li jkun ugwali għal 0,02 % tal-ammont li bih il-valur tal-portafolji tal-kumpanija tal-maniġment jeċċedi l-EUR 250 000 000 , madanakollu t-total meħtieġ tal-kapital inizjali u l-ammont addizzjonali ma jistax jeċċedi l-EUR 10 000 000 ;
(ii)
għall- finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-portafolji li ġejjin jitqiesu bħala l-portafolji tal-kumpaniji tal-maniġment:
—
fondi komuni amministrati mill-kumpanija tal-maniġment inklużi portafolji li għalihom tkun iddelegat il-funzjoni tal- maniġment imma esklużi portafolji li qed timmaniġġja taħt delegazzjoni,
—
kumpaniji ta’ investiment li għalihom il-kumpanija tal-maniġment hija l-kumpanija tal-maniġment maħtura,
—
impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv immaniġġjati mill-kumpanija tal-maniġment inklużi portafolji li għalihom tkun delegat il-funzjoni maniġerjali imma esklużi portafolji li qed timmaniġġja taħt delegazzjoni;
(iii)
irrispettivament mill-ammont ta' dawk ir-rekwiżiti, il-fondi proprji tal-kumpanija tal-maniġment ma għandhom qatt ikunu inqas mill-ammont preskritt fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).
(b)
il-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tal-kumpanija tal-maniġment ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkunu esperjenzati biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ UCITS immaniġġata mill-kumpanija tal-maniġment, l-ismijiet ta’ dawk il-persuni u ta’ kull persuna li tieħu posthom warajhom fil-kariga jkunu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti u t-twettiq tan-negozju ta’ kumpanija tal-maniġment ikun deċiż minn mill-inqas żewġ persuni fiżiċi li jkunu jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li jew ikunu impjegati full-time minn dik il-kumpanija tal-maniġment jew ikunu membri eżekuttivi jew membri tal-korp tal-maniġment tal-kumpanija tal-maniġment impenjati full-time biex iwettqu n-negozju ta’ dik il-kumpanija tal-maniġment u li jkunu domiċiljati fl-Unjoni;
(c)
l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tkun akkumpanjata minn programm ta’ attività li jistabbilixxi, tal-anqas, l-istruttura organizzazzjonali tal-kumpanija tal-maniġment u jispeċifika r-riżorsi umani u tekniċi li jkunu se jintużaw biex jitwettaq in-negozju tal-kumpanija tal-maniġment u l-informazzjoni dwar il-persuni li effettivament iwettqu n-negozju ta’ dik il-kumpanija tal-maniġment, inkluż:
(i)
deskrizzjoni tar-rwol, it-titolu u l-livell ta’ superjorità ta’ dawk il-persuni;
(ii)
deskrizzjoni tal-linji tar-rapportar u tar-responsabbiltajiet ta’ dawk il-persuni ġewwa u barra l-kumpanija tal-maniġment;
(iii)
ħarsa ġenerali tal-ammont ta’ ħin li kull waħda minn dawk il-persuni talloka għal kull responsabbiltà tagħhom;
(iv)
informazzjoni dwar kif il-kumpanija tal-maniġment biħsiebha tikkonforma mal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, u mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 6(1), il-punt (a), u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), u deskrizzjoni dettaljata tar-riżorsi umani u tekniċi xierqa li se jintużaw mill-kumpanija tal-maniġment għal dak il-għan.
(d)
kemm l-uffiċċju prinċipali kif ukoll l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija tal-maniġment ikunu jinstabu fl-istess Stat Membru;
(e)
l-informazzjoni tiġi pprovduta mill-kumpanija tal-maniġment dwar l-arranġamenti magħmula għad-delega u għas-sottodelega lil partijiet terzi ta’ funzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 13, li tal-anqas ikollha dawn li ġejjin:
(i)
l-isem ġuridiku u l-identifikatur rilevanti tal-kumpanija tal-maniġment;
(ii)
għal kull delegat:
—
l-isem ġuridiku u l-identifikatur rilevanti tiegħu,
—
il-ġuriżdizzjoni tal-istabbiliment tagħha, u
—
fejn rilevanti, l-awtorità superviżorja tagħha;
(iii)
deskrizzjoni dettaljata tar-riżorsi umani u tekniċi użati mill-kumpanija tal-maniġment:
—
għat-twettiq tal-kompiti tal-ġestjoni tar-riskju jew tal-immaniġġar tal-portafoll ta’ kuljum fi ħdan il-kumpanija tal-maniġment, u
—
għall-monitoraġġ tal-attività delegata;
(iv)
fir-rigward ta’ kull waħda mill-UCITS li timmaniġġa jew li għandha l-ħsieb li timmaniġġa:
—
deskrizzjoni qasira tal-funzjoni iddelegata tal-immaniġġar tal-portafoll, inkluż jekk tali delega bħal din tirriżultax bħala delega parzjali jew sħiħa, u
—
deskrizzjoni qasira tal-funzjoni iddelegata tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż jekk tali delega bħal din tirriżultax bħala delega parzjali jew sħiħa;
(v)
deskrizzjoni tal-miżuri perjodiċi ta’ diliġenza dovuta li għandhom jitwettqu mill-kumpanija tal-maniġment għall-monitoraġġ tal-attività delegata. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-punt (a), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil kumpaniji tal-maniġment biex ma jipprovdux sa 50 % tal-ammont addizzjonali tal-fondi proprji msemmija fil-punt (i) jekk jibbenefikaw minn garanzija tal-istess ammont mogħtija minn istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża ta’ assigurazzjoni; l-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-impriża ta’ assigurazzjoni għandu jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz sakemm tkun suġġetta għal regoli prudenzjali kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala mhux ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi Komunitarja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|