+Artikolu 74 Governanza interna u pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni
---+Artikolu 74 1.
---+Artikolu 74 2.
---+Artikolu 74 3.
|
Artikolu 74 Governanza interna u pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 74 1.
|
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu:
(a)
struttura organizzazzjonali ċara b’linji ta’ responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti;
(b)
proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar tar-riskji li huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom,,inkluż riskji tal-ESG fuq terminu qasir, medju u fit-tul;
(c)
mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern, inkluż proċeduri ta’ amministrazzjoni u kontabilistiċi sodi;
(d)
netwerks u sistemi tal-informazzjoni stabbiliti u ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554;
(e)
politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni li huma konsistenti ma’ u jippromwovu ġestjoni tar-riskji soda u effettiva, inkluż billi titqies il-predispożizzjoni għar-riskju tal-istituzzjoni f’termini ta’ riskji tal-ESG.
Il-politiki u l-prattiki dwar ir-remunerazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e), għandhom ikunu newtrali għall-ġeneru.
|
|
Artikolu 74 2.
|
L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u l-attivitajiet tal-istituzzjoni. Għandu jittieħed kont tal-kriterji tekniċi stabbiliti fl-Artikoli 76 sa 95.
|
|
Artikolu 74 3.
|
Jenħtieġ li l-ABE toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'kont meħud tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni għall-istituzzjonijiet. Fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-linji gwida msemmija fit-tieni subparagrafu u abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha toħroġ rapport dwar l-applikazzjoni ta' politiki ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi mill-istituzzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|