Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament dawn id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) “iż-Żona tal-Konvenzjoni”: tfisser iż-żona ta' l-applikazzjoni tal-Konvenżjoni kif definita fl-Artikolu 1 tagħha;
(b) “il-konverġenza Antartiku”: tfisser linja li tgħaqqad dawn il-punti li ġejjin matul il-parallelli tal-latitudini u l-meridjani tal-lonġitudini: 50 oS, 0o - 50 oS, 30 oE - 45 oS, 30 oE - 45 oS, 80 oE - 55 oS, 80 oE - 55 oS, 150 oE - 60 oS, 150 oE - 60 oS, 50 oW - 50 oS, 50 oW - 50 oS, 0o;
(ċ) “dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità”: tfisser dgħajjsa li ttajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u li hija rreġistrata fil-Komunità li tiġbor u li iżżomm abbord organiżmi marittini mir-riżorsi marittimi ħajjin fiż-żona tal-Konvenzjoni;
(d) “sistema VMS”: tfisser sistema ibażata fuq satellita għal monitoraġġ ta' dgħajjes li tkun installata abbord id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità bi qbil ma l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93;
(e) “sajd ġdid”: ifisser sajd għal speċje bl-użu ta' metodu partikolari tas-sajd fi sub-żona ta' l-istatisika FAO ta' l-Antartiku, li dwarha:
(i) informazzjoni dwar id-distrubuzzjoni, abbundanza, il-popolazzjoni, il-potenzal tal-qabda u l-identità tal-ħażniet minn riċerka/stħarriġ komprensiv jew sajd esploratorju qatt ma tkun ġiet ippreżentata lill-CCAMLR; jew
(ii)
data tal-qabda u ta' l-isforz qatt ma tkun ġiet ippreżentata lill-CCAMLR; jew
(iii)
data tal-qabda jew ta' l-isforz miż-żewġ staġuni l-aktar reċenti li fihom ikun seħħ is-sajd qatt ma tkun ġiet ippreżantata lill-CCAMLR;
(f) “sajd esploratorju”: ifisser sajd li preċedentament kien klassifikat bħala “sajd ġdid” kif definit fil-paragrafu (e). Sajd esploratorju għandu jibqa jkun klassifikat bħala tali sakemm informazzjoni suffiċċjenti tkun disponibbli:
(i) għall-evalwazzjoni tad-distribuzzjoni, l-abbundanza u l-popolazzjoni ta' l-ispeċje immirati, li jwasslu għal estimi tal-qabda potenzali tas-sajd;
(ii) għal reviżjoni ta' l-impatti potenzali tas-sajd fuq speċje dipendenti u relatata, u
(iii) li tippermetti lill-Kumitat Xjentifiku CCAMLR li jifformula u jipprovdi parir dwar il-livelli tal-qabda xierqa, kif ukoll dwar il-livelli ta' l-isforz u l-apparat tas-sajd, meta xieraq;
(g) “spettur CCAMLR”: spetturi inkarigat minn Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni sabiex jimplementaw is-sistema ta' kontroll referuta fl-Artikolu 1(1);
(h) “sistema ta' l-ispezzjoni CCAMLR”: tfisser id-dokument li jkun iġib dak l-isem; adottat mill-CCAMLR, li jikkonċerna il-kontroll u l-ispezzjoni fuq il-baħar ta' dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni;
(i) “dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti”: tfisser dgħajjsa tas-sajd li ittajjar il-bandiera ta' Parti mhux-Kontraenti mal-Konvenzjoni u li tkun instabet involuta fl-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni;
(j) “Parti Kontraenti”: tfisser parti kontraenti mal-Konvenzjoni;
(k) “dgħajjsa ta' Parti Kontraenti”: tfisser dgħajjsa tas-sajd li ittajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni;
(l) “sejbien (deħra)”: tfisser kwalunkwe sejbien ta' dgħajjsa li ittajjar il-bandiera ta' Parti mhux-Kontraenti mal-Konvenzjoni minn dgħajjsa li ittajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni u li topera fiż-żona tal-Konvenzjoni, jew minn ajruplan irreġistrat f'Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni, li jkun itir fuq iż-żona tal-Konvenzjoni, jew min spettur tal-CCAMLR;
(m) “attivitajiet IUU” tfisser l-attivitajiet illegali, mhux regolati u mhux rapportati tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni;
(n) “dgħajjsa IUU”: tfisser dgħajjsa involuta fl-attivitajiet illegali, mhux regolati u mhux rapportati tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni.