|
+Artikolu 7 Aċċess għal sajd esploratorju ---+Article 7 1. ---+Article 7 2. ---+Article 7 3. ---+Article 7 4. ---+Article 7 5. ---+Article 7 6. ---+Article 7 7. ---+Article 7 8. |
Artikolu 7 Aċċess għal sajd esploratorjuArtikolu 7 Aċċess għal sajd esploratorju 1. Sajd esploratorju fiż-żona tal-Konvenzjoni għandu jkun ipprojbit apparti minn meta ikunu ġie awtorizzat bi qbil mal-paragrafi 2 sa 7. 2. Dawk id-dgħajjes biss li huma mgħammra u konfigurati hekk jistgħu ikunu konformi mal-miżuri kollha tal-konservazzjoni adottati mill-CCAMLR għandhom ikunu eliġibbli sabiex jipparteċipaw fis-sajd esploratorju. Dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU tal-CCAMLR referuta fl-Artikolu 29 m'għandhomx ikunu eliġibli li jipparteċipaw fis-sajd esploratorju. 3. Kull Stat Membru li jipparteċipa fis-sajd esploratorju jew li jkollu l-intenzjoni li jawtorizza dgħajjsa li tipparteċipa f'tali sajd, għandu jħejji pjan ta' l-operazzjonijiet tar-riċerka u tas-sajd li huwa għandu jitrasmetti direttament lill-CCAMLR qabel id-data stabbilita mill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni. Il-pjan għandu jkun fih kemm jista jkun mill-informazzjoni li ġejja bħal ma l-Istat Membru jkun kapaċi li jipprovdi: (a) deskrizzjoni ta' kif l-attivitajiet tal-Istat Membru ikunu konformi mal-pjan tal-ġbir tad-data żviluppata mill-Kumitat Xjentifiku tal-CCAMLR; (b) in-natura tas-sajd esploratorju, inklużi l-ispeċje immirati, il-metodi tas-sajd, ir-reġjun proponut u l-livelli massimi tal-qbid ipproponuti għall-istaġun li jkun imiss; (ċ) informazzjoni bioloġika minn kruċiera komprensiva ta' riċerka/stħarriġ, bħal ma hija d-distribuzzjoni, l-abundanza, il-popolazzjoni, id-data u l-informazzjoni dwar l-identità tal-ħażniet; (d) dettalji tal-ispeċje dipendenti u assoċċjati u l-probbabbilità li tali speċje jkunu affettwati bi kwalunkwe mod possibbli bis-sajd proponut; (e) informazzjoni minn sajd f'reġunji oħrajn jew sajd simili x'imkien ieħor li jista jgħin fl-evalwazzjoni tal-qabda potenzali. 4. Kull Stat Membru li jipparteċipa fis-sajd esploratorju għandu jippreżenta ta' kull sena lill-CCAMLR, b'kopja lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien mifthiem mal-CCAMLR id-data speċifikata fil-pjan tal-ġbir ta' data li jkun żvilippat mill-Kumitat Xjentifiki dwar is-sajd ikkonċernat. Meta d-data speċifikata fil-pjan tal-ġbir tad-data ma tkunx ġiet ippreżentata lill-CCAMLR dwar l-istaġun l-aktar reċenti li fiħ kien seħħ is-sajd, it-tkomplija tas-sajd esploratorju mill-Istat Membru li jkun naqas milli jippreżenta id-data tiegħu għandu jkun ipprojbit sakemm id-data relevanti tkun ġiet fornuta lill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, u il-Kumitat Xjentifiku CCAMLR ikun ingħata l-opportunità li jirrevedi d-data. 5. Qabel ma Stat Membru jawtorizza lid-dgħajjes tiegħu sabiex jipparteċipaw f'said esploratorju li diġa jkun iseħħ, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-CCAMLR mhux anqas min tlett xhur bil-quddiem tal-laqgħa annwali tal-CCAMLR. L-Istat Membru li jwettaq in-notifika m'għandux jawtorizza lid-dgħajjes tiegħu sabiex jipparteċipaw f'sajd esploratorju sakemm ikun hemm il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa. 6. L-isem, it-tip, id-daqs, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-call-sign tar-radju għal kull dgħajjsa li tipparteċipa fis-sajd esploratorju għandhom ikunu notifikati direttament mill-Istat Membru lejn is-Segretarjat tal-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, mill-anqas tlett xhur bil-quddiem tal-bidu ta' kull vjaġġ tas-sajd. 7. Il-kapaċità tas-sajd u l-isforz għandhom ikunu suġġetti għal-limitu stabbilit fl-livell li ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ sabiex tkun akkwistata l-informazzjoni speċifikata fil-pjan tal-ġbir tad-data u li jkun meħtieġ li jagħmel l-evalwazzjonijiet referuti fl-Artikolu 2(f). 8. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|