+Artikolu 4 Il-ħolqien tal-RIS
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.
---+Artikolu 4 9.
|
Artikolu 4 Il-ħolqien tal-RIS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw l-RIS fil-passaġġi fuq l-ilma interni u l-portijiet interni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-RIS b’tali mod li l-applikazzjoni tal-RIS tkun effiċjenti, espandibbli u interoperabbli biex tinteraġixxi ma’ applikazzjonijiet oħra tal-RIS u ma’ sistemi għal mezzi oħra tat-trasport, filwaqt li tipprovdi wkoll interfaċċi għas-sistemi tal-ġestjoni tat-trasport u għall-attivitajiet kummerċjali.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Sabiex jinħolqu l-RIS, l-Istati Membri għandhom:
(a)
jiżguraw li d-data rilevanti kollha għan-navigazzjoni u għall-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi fuq l-ilma interni tiġi pprovduta lill-utenti tar-RIS; dik id-data tan-network, kif stabbilit fl-Anness I, għandha tkun aġġornata u tingħata mill-inqas b’format elettroniku komuni aċċessibbli skont l-Anness III;
(b)
jiżguraw li għall-passaġġi fuq l-ilma interni u l-portijiet interni kollha tagħhom tat-TEN-T, apparti d-data msemmija fil-punt (a), l-utenti tal-RIS ikollhom disponibbli għalihom mapep elettroniċi tan-navigazzjoni adattati għal finijiet ta’ navigazzjoni;
(c)
jippermettu li, sa fejn ir-rapportar tal-bastimenti jkun meħtieġ skont regolamenti nazzjonali jew internazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jirċievu rapporti elettroniċi tal-bastimenti tad-data kollha meħtieġa mill-bastimenti; fit-trasport transkonfinali, dik id-data għandha tkun disponibbli kollha kemm hi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ġar qabel il-wasla tal-bastimenti fil-fruntiera;
(d)
jiżguraw li l-avviżi lill-kaptani, inkluż dwar il-livell tal-ilma jew l-għoli massimu permess, u rapporti dwar is-silġ tal-passaġġi fuq l-ilma interni tagħhom jingħataw bħala messaġġi standardizzati, kodifikati u li jistgħu jitniżżlu; il-messaġġ standardizzat għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa għan-navigazzjoni sikura u l-avviżi lill-kaptani għandhom jinżammu aġġornati u jiġu pprovduti mill-inqas f’format elettroniku komuni aċċessibbli f’konformità mal-Anness III;
(e)
jiżguraw li d-data tan-network fl-Ambjent Ewropew tal-RIS tinżamm aġġornata billi tingħata d-data kollha meħtieġa tan-network f’konformità mal-Annessi I u III mingħajr dewmien;
(f)
jiżguraw li, meta disponibbli, mill-inqas l-informazzjoni relatata mat-traffiku ssir disponibbli permezz ta’ interfaċċi skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati f’konformità mal-punt 7 tal-Anness II, fejn applikabbli, għal ambjenti ta’ skambju elettroniku tal-informazzjoni stabbiliti mil-liġijiet tal-Unjoni u użati f’mezzi oħra ta’ trasport;
(g)
jiżguraw li interfaċċi standardizzati skont l-Annessi II u III ta’ din id-Direttiva jkunu disponibbli għas-sistemi komunitarji tal-port tal-portijiet interni, inkluż, meta disponibbli, informazzjoni aġġornata dwar id-disponibbiltà tal-irmiġġi u ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, u b’mod partikolari l-installazzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
);
(h)
jiżguraw li interfaċċi standardizzati skont l-Annessi II u III jkunu disponibbli għal sistemi intelliġenti oħra tal-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni għall-fini tal-ġestjoni tat-traffiku fil-passaġġi fuq l-ilma interni.
L-obbligi msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu mħarsa f’konformità mar-rekwiżiti u l-prinċipji stipulati fl-Annessi I u II.
|
|
Artikolu 4 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċentri tal-RIS skont il-ħtiġijiet reġjonali.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-Istati Membri għandhom b’mod konġunt joħolqu, jirregolaw, joperaw, jużaw u jżommu Ambjent Ewropew tal-RIS li jipprovdi servizzi relatati mal-kanali navigabbli, l-infrastruttura, it-traffiku u t-trasport u għandu jipprovdi d-data meħtieġa. L-Ambjent Ewropew tal-RIS għandu jkun aċċessibbli għall-utenti kollha tal-RIS u għandu jkun il-pjattaforma ewlenija għall-iskambju tal-informazzjoni relatata mal-RIS. Għandu jkun fiha interfaċċi għal konnessjonijiet mas-sistemi ta’ mezzi oħra tat-trasport u portijiet interni. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għat-tħaddim tal-Ambjent Ewropew tal-RIS. L-Ambjent Ewropew tal-RIS għandu jippermetti l-possibbiltà ta’ kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi li l-passaġġi fuq l-ilma tagħhom huma konnessi man-network Ewropew tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li huma lesti li jikkooperaw u jipprovdu d-data tan-network tagħhom, dment li d-data tkun ta’ kwalità u format identiċi għal dawk tal-Istati Membri u li jaderixxu mal-istess livell ta’ ċibersigurtà u protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-karatteristiċi tat-tħaddim, ir-rwoli u l-proċeduri għall-Ambjent Ewropew tal-RIS u li jidentifikaw l-entità operattiva tiegħu, abbażi tal-prinċipji għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-RIS stabbiliti fil-punt 6 tal-Anness II, biex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi tagħhom madwar l-Unjoni kollha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
|
|
Artikolu 4 7.
|
Għall-użu tas-sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika (“AIS”), għandu japplika l-Arranġament Reġjonali dwar is-Servizz Radjukomunikazzjoni fil-Passaġġi fuq l-Ilma Interni (RAINWAT), konkluż f’Bucharest fit-12 ta’ April 2012, fil-qafas tar-regolamenti tar-radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT).
|
|
Artikolu 4 8.
|
L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Unjoni, fejn xieraq, għandhom jinkoraġġixxu lill-kaptani, lill-operaturi, lill-aġenti jew lis-sidien tal-bastimenti li jinnavigaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni tagħhom u lit-trasportaturi jew lis-sidien tal-merkanzija li tinġarr abbord tali bastimenti biex japprofittaw bis-sħiħ mis-servizzi li jsiru disponibbli skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 4 9.
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tivverifika l-interoperabbiltà, l-affidabbiltà, id-disponibbiltà u s-sikurezza tal-RIS.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005L0044
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|