|
+ANNESS II PRINĊIPJI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS |
ANNESS II PRINĊIPJI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS
ANNESS II PRINĊIPJI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS 1. Prinċipji ġenerali L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-RIS għandhom jirrispettaw il-prinċipji ġenerali li ġejjin:
(a)
l-indikazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operattiv tas-servizzi u s-sistemi relatati;
(b)
l-arkitettura u l-organizzazzjoni tal-RIS;
(c)
ir-rakkomandazzjonijiet għall-bastimenti biex jipparteċipaw fir-RIS, għal servizzi individwali u għall-iżvilupp gradwali tal-RIS. 2. Sistema Elettronika ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep u ta’ informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS interna) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jridu jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5 għal sistema elettronika ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep u ta’ informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS interna) għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
il-kompatibbiltà mas-sistema elettronika marittima ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep u ta’ informazzjoni (ECDIS marittima) biex ikun iffaċilitat it-traffiku tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’żoni tat-traffiku mħallat bi traffiku estwarju u traffiku bejn il-baħar u x-xmajjar;
(b)
l-ispeċifikazzjoni ta’ rekwiżiti minimi għat-tagħmir tal-ECDIS interna, u l-kontenut minimu tal-mapep elettroniċi tan-navigazzjoni, bil-għan tas-sikurezza fin-navigazzjoni, b’mod partikolari:
(i)
livell għoli ta’ affidabbiltà u aċċessibbiltà tat-tagħmir tal-ECDIS interna użat;
(ii)
ir-robustezza tat-tagħmir tal-ECDIS interna biex ikun jiflaħ għall-kundizzjonijiet ambjentali tipiċi abbord il-bastimenti, bla ma jitnaqqru l-kwalità jew l-affidabbiltà;
(iii)
il-mappa elettronika tan-navigazzjoni tkun tinkludi kull tip ta’ oġġetti ġeografiċi, pereżempju l-konfini tal-kanali navigabbli, il-binjiet mal-linji tal-kosta, u s-sinjali markaturi tant meħtieġa għal navigazzjoni sikura;
(iv)
il-monitoraġġ tal-mappa elettronika b’immaġni sovrapposta tar-radar meta tintuża għat-treġija tal-bastiment;
(c)
il-mappa elettronika tan-navigazzjoni tkun tinkludi informazzjoni aġġornata dwar il-fond tal-kanali navigabbli u tintwera tali informazzjoni b’rabta mal-livell tal-ilma predefinit jew attwali;
(d)
il-mappa elettronika tan-navigazzjoni tkun tinkludi ċertu informazzjoni addizzjonali, pereżempju dwar partijiet oħrajn li mhumiex l-awtoritajiet kompetenti u tintwera tali informazzjoni fl-ECDIS interna mingħajr ma tiġi affettwata l-informazzjoni meħtieġa għal navigazzjoni sikura;
(e)
il-mapep elettroniċi tan-navigazzjoni jkunu disponibbli għall-utenti tal-RIS;
(f)
id-data tal-mapep elettroniċi tan-navigazzjoni tkun disponibbli għall-manifatturi kollha tal-applikazzjonijiet, meta xieraq bi ħlas raġonevoli skont il-kost;
(g)
l-integrazzjoni ta’ informazzjoni aġġornata dwar il-ħinijiet tal-istennija fl-imgħalaq, fil-pontijiet u fil-portijiet interni u li tali informazzjoni tintwera fl-ECDIS interna mingħajr ma tiġi affettwata l-informazzjoni meħtieġa għal navigazzjoni sikura. 3. Ir-rapportar elettroniku tal-bastimenti L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rapportar elettroniku tal-bastimenti involuti fin-navigazzjoni interna f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-data elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bejn il-parteċipanti fin-navigazzjoni interna u marittima u fit-trasport multimodali li jinvolvi n-navigazzjoni interna;
(b)
l-użu ta’ sistema standardizzata tal-messaġġ ta’ notifika tat-trasport għall-messaġġi bejn il-bastimenti u l-awtoritajiet, bejn l-awtoritajiet u l-bastimenti, u bejn l-awtoritajiet biex tinkiseb il-kompatibbiltà man-navigazzjoni marittima;
(c)
l-użu ta’ listi ta’ kodiċijiet u klassifikazzjonijiet aċċettati internazzjonalment, possibbilment miżjuda biex ikunu jgħoddu għal ħtiġijiet addizzjonali tan-navigazzjoni interna;
(d)
l-użu ta’ numru tal-identifikazzjoni uniku għall-bastimenti Ewropej. 4. Avviżi lill-kaptani L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-avviżi lill-kaptani f’konformità mal-Artikolu 5, b’mod partikolari b’rabta mal-informazzjoni tal-kanali navigabbli, l-informazzjoni tat-traffiku u l-ġestjoni tat-traffiku, u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi fuq l-ilma interni għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
struttura standardizzata tad-data li tuża moduli predefiniti tat-test u kodifikati f’livell għoli biex tkun tista’ ssir it-traduzzjoni awtomatika tal-aktar kontenut importanti għal lingwi oħra u biex teħfief l-integrazzjoni tal-avviżi lill-kaptani fis-sistemi tal-ippjanar tal-vjaġġi;
(b)
kompatibbiltà tal-istruttura standardizzata tad-data mal-istruttura tad-data tal-ECDIS interna biex teħfief l-integrazzjoni tal-avviżi lill-kaptani fl-ECDIS interna;
(c)
allinjament mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għan-navigazzjoni u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi fuq l-ilma interni biex tkun żgurata l-koerenza tal-informazzjoni mogħtija. 5. Sistemi tat-trekkjar u tat-traċċar tal-bastimenti L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistemi tat-traċċar u r-rintraċċar tal-bastimenti f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sistemi u tal-messaġġi standard, u tal-proċeduri biex ikunu jistgħu jingħataw b’mod awtomatiku;
(b)
id-divrenzjar bejn is-sistemi adegwati għar-rekwiżiti tal-informazzjoni tattika tat-traffiku u s-sistemi adegwati għar-rekwiżiti tal-informazzjoni strateġika tat-traffiku, fir-rigward tal-akkuratezza fil-pożizzjonament u fir-rigward tar-rata tal-aġġornament meħtieġa;
(c)
id-deskrizzjoni tas-sistemi tekniċi rilevanti għat-traċċar u r-rintraċċar tal-bastimenti, bħall-AIS interna (sistema interna tal-identifikazzjoni awtomatika);
(d)
il-kompatibbiltà tal-formati tad-data mas-sistema marittima tal-AIS. 6. Prinċipji operazzjonali tal-Ambjent Ewropew tal-RIS L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Ambjent Ewropew tal-RIS f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
ikunu tieqa diġitali unika għan-navigazzjoni interna;
(b)
punt uniku u armonizzat tal-aċċess għal informazzjoni aġġornata u, jekk possibbli fil-ħin reali, dwar il-kundizzjonijiet fil-kanali navigabbli għal navigazzjoni, ippjanar tal-vjaġġi u operazzjonijiet portwarji sikuri u sostenibbli tul it-TEN-T;
(c)
jippermettu li jitħaddmu ktajjen tat-trasport multimodali, filwaqt li tilħaq livell xieraq tal-protezzjoni tad-data;
(d)
livell għoli ta’ akkuratezza tad-data għal skambju bla xkiel tad-data fost l-utenti rilevanti tal-RIS tul it-TEN-T (fl-Unjoni u barra minnha);
(e)
interfaċċa faċli għall-utenti b’funzjonalitajiet utli u prattiċi li jistgħu jittejbu bħall-possibbiltà li tissejvja u taħżen il-profili;
(f)
punt uniku u armonizzat tar-rapportar f’konformità mal-prinċipju ta’ “darba biss”, anki għal vjaġġi internazzjonali;
(g)
rabta ma’ sistemi oħra li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tal-pożizzjonament/lokalizzazzjoni biex jimmaniġġjaw l-infrastruttura, il-mobbiltà u t-traffiku fuq it-TEN-T b’mod effettiv u biex jingħataw servizzi tal-valur miżjud liċ-ċittadini u lill-operaturi, inkluż sistemi biex it-TEN-T jintuża b’mod sigur, mingħajr perikli, favur l-ambjent u b’effiċjenza tal-kapaċitajiet;
(h)
ikunu jiġbru u jirrapportaw data anonimizzata u aggregata dwar l-użu li tista’ tintuża għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RIS, inkluż imqar l-għadd ta’ utenti tal-RIS, id-disponibbiltà tad-data fl-Ambjent Ewropew tal-RIS, il-konnessjoni u l-għadd ta’ skambji ma’ sistemi jew pjattaformi diġitali oħra;
(i)
jiżguraw iċ-ċibersigurtà. 7. Disponibbiltà tad-data għal sistemi jew pjattaformi diġitali oħra L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju tad-data ma’ sistemi jew pjattaformi diġitali oħra, f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
jibnu fuq il-funzjonalitajiet mogħtija mill-Ambjent Ewropew tal-RIS;
(b)
jiffaċilitaw l-iskambju elettroniku tad-data bejn it-teknoloġiji tal-RIS u l-bażijiet tad-data u s-sistemi li jintużaw minn modi oħra tat-trasport, b’konnessjonijiet u interfaċċi xierqa tad-data;
(c)
l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti fir-rigward ta’ sistemi jew pjattaformi diġitali oħra fir-rigward tal-proċeduri għall-iskambju awtomatizzat tad-data;
(d)
l-iskambju tal-informazzjoni fil-ħin reali b’mod partikolari għad-data kritika fil-ħin;
(e)
jiġi żgurat l-iskambju sigur tal-informazzjoni f’konformità ma’ sistema komprensiva b’kontroll tal-aċċess ibbażat fuq id-drittijiet;
(f)
jantiċipaw sistema qafas ta’ skambju li jkunu jistgħu jsirulha żviluppi futuri u li tintrabat ma’ sistemi addizzjonali kif meħtieġ, inkluż skambji mal-Ispazju Ewropew futur tad-Data dwar il-Mobbiltà u ma’ kwalunkwe sistema oħra maħsuba biex tippromwovi l-innovazzjonijiet fit-trasport multimodali. 8. Data għan-navigazzjoni, u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi fuq l-ilma interni L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-data għan-navigazzjoni u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi tal-ilma interni f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
jagħtu informazzjoni aġġornata f’intervalli regolari u mill-inqas meta jsiru bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni fil-kanali navigabbli li jistgħu jimpattaw in-navigazzjoni;
(b)
ikopru mqar l-informazzjoni li ġejja:
(i)
il-ħinijiet tal-istennija previsti fl-imgħalaq, fil-pontijiet (mobbli) u fil-portijiet interni;
(ii)
data dwar in-network Ewropew tal-passaġġi fuq l-ilma meħtieġa għan-navigazzjoni u għall-ippjanar tal-vjaġġi f’passaġġi tal-ilma interni u li tkopri tal-inqas ir-rekwiżiti tad-data minimi stabbiliti fl-Anness I;
(iii)
il-livell tal-ilma, l-inqas fond imkejjel, il-fond ħieles, l-istat tal-milqgħa jekk tkun qed timblokka n-navigazzjoni, ir-reġim, il-livell previst tal-ilma, l-inqas fond imkejjel imbassar;
(iv)
is-sitwazzjoni tas-silġ u n-navigabbiltà relatata jew twissijiet estremi oħra tat-temp;
(v)
il-ħinijiet operatorji tal-imgħalaq, tal-pontijiet (mobbli) u tal-portijiet interni.
(c)
il-forniment ta’ informazzjoni permezz tal-ECDIS interna, avviżi lill-kaptani u l-Ambjent Ewropew tal-RIS kif xieraq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|