+L-Artikolu 3 Definizzjonijiet

L-Artikolu 3 Definizzjonijiet

L-Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“Servizzi ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS)” tfisser servizzi armonizzati t' informazzjoni sabiex jappoġġaw l-amministrazzjoni tat-traffiku u tat-trasport fin-navigazzjoni interna, inkluż fejn huwa teknikament possibbli, il-kollegamenti ma' modi oħra ta' trasport. L-RIS ma jirrigwardawx l-attivitajiet kummerċjali interni bejn il-kumpanniji involuti, iżda huma miftuħa għall-kollegament ma' attivitajiet kummerċjali. L-RIS jinkludu servizzi bħal informazzjoni dwar kanali navigabbli, informazzjoni dwar it-traffiku, amministrazzjoni tat-traffiku, għajnuna għat-trattament ta' diżastri, informazzjoni għall-amministrazzjoni tat-trasport, servizzi statistiċi u doganali u ħlasijiet għall-użu tal-passaġġi fuq l-ilma u tal-portijiet;

(b) 

“Informazzjoni dwar Kanali Navigabbli” tfisser informazzjoni ġeografika, idroloġika u amministrattiva fir-rigward tal-passaġġi interni (kanali navigabbli). L-informazzjoni dwar Kanali Navigabbli hija informazzjoni mogħtija f'direzzjoni waħda: mill-art għall-vapur jew mill-art għall-uffiċċju;

(ċ) 

“Informazzjoni Tattika tat-Traffiku” tfisser l-informazzjoni li taffettwa d-deċiżjonijiet immedjati navigazzjonali fis-sitwazzjoni attwali tat-traffiku u fiż-żoni ġeografiċi viċini;

(d) 

“Informazzjoni Strateġika tat-Traffiku” tfisser informazzjoni li taffettwa d-deċiżjonijiet fuq perjodu twil jew medju ta' l-utenti ta' l-RIS;

(e) 

“applikazzjoni ta' l-RIS” tfisser il-fornitura ta' servizzi ta' informazzjoni tax-xmajjar permezz ta' sistemi mfassla għal dan l-għan speċifiku;

(f) 

“Ċentru ta' l-RIS” tfisser il-post fejn is-servizzi jkunu amministrati mill-operaturi;

(g) 

“Utenti ta' l-RIS” tfisser il-gruppi kollha differenti ta' utenti inklużi l-kaptani tal-bastimenti, l-operaturi ta' l-RIS, l-operaturi tal-bibien ta' l-ilmijiet magħluqa u/jew ta' pontijiet, l-awtoritajiet tal-kanali, l-operaturi tal-portijiet u tat-terminal, l-operaturi f'ċentri ta' reazzjoni kontra d-diżastri stabbiliti fi ħdan servizzi ta' emerġenza, l-amministraturi tal-flotot, it-trasportaturi ta' merkanzija u s-sensara fin-negozju tas-servizzi tat-trasport;

(h) 

“Interoperabbiltà” tfisser l-armonizzazzjoni tas-servizzi, tal-kontenuti tad-data, tal-forom u l-frekwenzi ta' skambju ta' data b'tali mod li l-utenti ta' l-RIS ikollhom aċċess għall-istess servizzi u informazzjoni fuq livell Ewropew;

▼M3

(i) 

“network trans-Ewropew tat-trasport” jew “TEN-T” tfisser passaġġi fuq l-ilma interni kif speċifikat fil-mapep stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1679;

(j) 

“Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tad-Data ta’ Referenza” jew “ERDMS” tfisser repożitorju (librerija) b’punt tal-aċċess uniku ta’ data ta’ referenza u listi tal-kodiċijiet li jintużaw mill-applikazzjonijiet tal-IT fit-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni taħt l-awtorità tal-Kummissjoni; ma tinkludix id-data tan-network ipprovduta mill-Istat Membru f’konformità mal-Annessi I u III;

(k) 

“sistema komunitarja tal-port” tfisser pjattaforma elettronika għall-iskambju tal-informazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati biex tiżgura proċessi portwarji u loġistiċi bla skossi;

(l) 

“sistema intelliġenti tal-infrastruttura fil-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser pjattaforma elettronika li tappoġġa l-ġestjoni parzjalment u kompletament awtomatizzata tal-infrastruttura tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni fl-imgħalaq u l-pontijiet mobbli tat-TEN-T u hi mħaddma mill-awtoritajiet pubbliċi tal-ġestjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

(m) 

“Ambjent Ewropew tal-RIS” tfisser pjattaforma elettronika b’punt ta’ aċċess uniku bbażata fuq informazzjoni nazzjonali tal-RIS li tipprovdi servizzi tekniċi u operazzjonali għall-utenti tal-RIS u fiha links għar-rappurtar elettroniku skont il-prinċipju ta’ “darba biss”;

(n) 

“port intern” tfisser port tal-passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T jew tan-network komprensiv TEN-T, kif elenkat u kkategorizzat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/1679.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005L0044
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.