|
+Artikolu 10 Informazzjoni li għandha tiġi preżentata għall-finijiet ġenerali ta' reġistrazzjoni |
Artikolu 10 Informazzjoni li għandha tiġi preżentata għall-finijiet ġenerali ta' reġistrazzjoniArtikolu 10 Informazzjoni li għandha tiġi preżentata għall-finijiet ġenerali ta' reġistrazzjoni Reġistrazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 6 jew mill-Artikolu 7(1) jew (5) għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:
(a)
dossier tekniku li jinkludi:
(i)
l-identità tal-manifattur(i) jew importatur(i) kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' l-Anness IV;
(ii)
l-identità tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness IV;
(iii)
informazzjoni dwar il-manifattura u l-użu(i) tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 3 ta' l-Anness VI; din l-informazzjoni għandha tirrapreżenta l-użu jew użi identifikati kollha mir-reġistrant. Din l-informazzjoni tista' tinkludi, jekk ir-reġistrant iqis dan ikun xieraq, il-kategoriji relevanti ta' użu u espożizzjoni;
(iv)
il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 4 ta' l-Anness VI;
(v)
gwida dwar l-użu sikur tas-sustanza kif speċifikat fit-Taqsima 5 ta' l-Anness VI;
(vi)
sommarji ta' studju ta' l-informazzjoni derivata mill-applikazzjoni ta' l-Annessi V sa XI;
(vii)
sommarji robusti ta' studju ta' l-informazzjoni derivata mill-applikazzjoni ta' l-Annessi V sa XI, jekk meħtieġa taħt l-Anness I;
(viii)
indikazzjoni ta' liema informazzjoni preżentata taħt (iii), (iv), (vi), (vii) jew taħt is-subparagrafu (b) ġiet riveduta minn assessur magħżul mill-manifattur jew l-importatur u li jkollu l-esperjenza adegwata;
(ix)
proposti għall-ittestjar fejn elenkati fl-Annessi IX u X;
(x)
għal sustanzi fi kwantitajiet ta' minn 1 sa 10 tunnellati metriċi, informazzjoni dwar l-espożizzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 6 ta' l-Anness IV;
(xi)
talba dwar liema informazzjoni fl-Artikolu 119(2) il-manifattur jew l-importatur iqis li ma għandhiex tkun disponibbli fuq l-Internet skond l-Artikolu 77(2)(e), inkluża ġustifikazzjoni dwar ir-raġuni għaliex il-pubblikazzjoni tista' tkun ta' ħsara għall-interessi kummerċjali tiegħu jew ta' kwalunkwe parti oħra konċernata. Ħlief fil-każijiet koperti mill-Artikolu 25(3), mill-Artikolu 27(6) jew mill-Artikolu 30(3), ir-reġistrant għandu jkollu pussess leġittimu ta' jew ikollu permess sabiex jirriferi għar-rappori sħiħ ta' l-istudju, imqassar taħt (vi) u (vii) għall-iskop ta' reġistrazzjoni.
(b)
rapport ta' sigurtà kimika meta meħtieġ taħt l-Artikolu 14, fil-format speċifikat fl-Anness I. It-Taqsimiet relevanti ta' dan ir-rapport jistgħu jinkludu, jekk meqjus xieraq mir-reġistrant, il-kategoriji relevanti ta' użu u espożizzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|