+Artikolu 30 Kondiviżjoni ta' data li tinvolvi testijiet
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
|
Artikolu 30 Kondiviżjoni ta' data li tinvolvi testijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
Qabel ma jsir l-ittestjar sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' informazzjoni għall-finijiet tar-reġistrazzjoni, parteċipant ta' SIEF għandu jara jekk huwiex disponibbli studju relevanti billi jikkomunika fis-SIEF tiegħu. Jekk ikun hemm disponibbli fis-SIEF studju relevanti li jinvolvi l-annimali vertebrati, parteċipant ta' dak is-SIEF għandu jitlob dak l-istudju. Jekk ikun hemm disponibbli fis-SIEF studju relevanti li ma jinvolvix l-annimali vertebrati, parteċipant tas-SIEF jista' jitlob dak l-istudju. Fi żmien xahar mit-talba, il-proprjetarju ta' l-istudju għandu jagħti prova ta' l-ispiża tiegħu lill-parteċipant jew parteċipanti li jitolbuha. Il-parteċipant jew parteċipanti u l-proprjetarju għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jiżguraw li l-ispejjeż tal-kondiviżjoni ta' l-informazzjoni jiġu determinati b'mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju. Dan jista' jiġi faċilitat billi tiġi segwita gwida dwar il-qsim ta' spejjeż ibbażata fuq dawk il-prinċipji u li tiġi adottata mill-Aġenzija skond l-Artikolu 77(2)(g). Jekk ma jistgħux jilħqu tali ftehim, l-ispiża għandha tinqasam b'mod ugwali. Il-proprjetarju għandu jagħti permess sabiex ikun jista' jsir riferiment għar-rapport sħiħ ta' l-istudju għall-iskop tar-reġistrazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievi l-ħlas. Ir-reġistranti huma meħtieġa biss li jaqsmu l-ispejjeż ta' l-informazzjoni li huma meħtieġa jippreżentaw sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' reġistrazzjoni.
|
|
Artikolu 30 2.
|
Jekk studju relevanti li jinvolvi testijiet ma jkunx disponibbli fi ħdan is-SIEF, għandu jsir biss studju wieħed għal kull rekwiżit ta' informazzjoni fi ħdan kull SIEF minn wieħed mill-parteċipanti li jaġixxi għan-nom ta' l-oħrajn. Huma għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex jilħqu ftehim f'terminu perentorju stabbilit mill-Aġenzija dwar min għandu jmexxi t-test għan-nom tal-parteċipanti l-oħrajn u jippreżenta sommarju ta' studju jew sommarju robust ta' studju lill-Aġenzija. Jekk ma jintlaħaq ebda ftehim, l-Aġenzija għandha tispeċifika liema reġistrant jew utent “downstream” għandu jwettaq it-test. Il-parteċipanti kollha tas-SIEF li jitolbu studju għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' l-elaborazzjoni ta' l-istudju b'sehem li jikkorrispondi għan-numru ta' reġistranti potenzjali li jipparteċipaw. Dawk il-parteċipanti li ma jwettqux l-istudju huma stess għandhom ikollhom id-dritt li jirċievu r-rapport sħiħ ta' l-istudju fi żmien ġimagħtejn wara li jsir il-ħlas lill-parteċipant li wettaq l-istudju.
|
|
Artikolu 30 3.
|
Jekk sid ta' studju kif imsemmi fil-paragrafu 1 li jinvolvi ttestjar fuq annimali vertebrati jirrifjuta li jipprovdi lill-parteċipant jew parteċipanti oħrajn il-prova ta' l-ispiża ta' dak l-istudju jew l-istudju nnifsu, huwa għandu jkun prekluż milli jipproċedi bir-reġistrazzjoni sakemm jipprovdi l-informazzjoni lill-parteċipant jew parteċipanti oħrajn. Il-parteċipant jew parteċipanti oħrajn għandhom jipproċedu bir-reġistrazzjoni mingħajr ma jissodisfaw ir-rekwiżit relevanti ta' l-informazzjoni, filwaqt li jispjegaw ir-raġuni għal dan fid-dossier ta' reġistrazzjoni. L-istudju ma għandux jiġi ripetut sakemm fi żmien 12-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni tal-parteċipant jew parteċipanti oħrajn, il-proprjetarju ta' din l-informazzjoni ma jkunx tahulhom u l-Aġenzija tiddeċiedi li t-test għandu jiġi ripetut minnhom. Madankollu, jekk reġistrazzjoni li fiha din l-informazzjoni tkun diġà ġiet preżentata minn reġistrant ieħor, l-Aġenzija għandha tagħti lill-parteċipant jew parteċipanti oħrajn il-permess sabiex jirriferu għall-informazzjoni fid-dossier jew dossiers tar-reġistrazzjoni tiegħu. Ir-reġistrant l-ieħor għandu jkollu dritt jeżiġi mill-parteċipant jew parteċipanti oħrajn sehem ugwali fl-ispejjeż, sakemm jagħmel ir-rapport sħiħ ta' studju disponibbli lill-parteċipant jew parteċipanti oħrajn, li għandu jkun infurzabbli fil-qrati nazzjonali.
|
|
Artikolu 30 4.
|
Jekk il-proprjetarju ta' studju kif imsemmi fil-paragrafu 1 li ma jinvolvix ittestjar fuq annimali vertebrati jirrifjuta li jipprovdi l-prova ta' l-ispiża ta' dak l-istudju jew l-istudju nnifsu lil parteċipant jew parteċipanti oħrajn, il-parteċipanti oħrajn tas-SIEF għandhom jipproċedu bir-reġistrazzjoni bħallikieku ma kien disponibbli ebda studju relevanti fis-SIEF.
|
|
Artikolu 30 5.
|
Jista' jitressaq appell, skond l-Artikoli 91, 92 u 93, mid-deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija skond il-paragrafi 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 30 6.
|
Il-proprjetarju ta' l-istudju li jkun irrifjuta li jipprovdi prova ta' l-ispiża jew l-istudju nniffsu, kif imsemmi fil-paragrafu 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu, għandu jiġi penalizzat skond l-Artikolu 126.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|