+KAPITOLU III STRATEĠIJI MARINI: PROGRAMMI TA’ MIŻURI
---+Artikolu 13 Programmi ta’ miżuri
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
------+Article 13 3.
------+Article 13 4.
------+Article 13 5.
------+Article 13 6.
------+Article 13 7.
------+Article 13 8.
------+Article 13 9.
------+Article 13 10.
---+Artikolu 14 Eċċezzjonijiet
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
------+Article 14 3.
------+Article 14 4.
---+Artikolu 15 Rakkomandazzjonijiet għal azzjoni Komunitarja
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
---+Artikolu 16 Notifiki u evalwazzjoni tal-Kummissjoni

KAPITOLU III STRATEĠIJI MARINI: PROGRAMMI TA’ MIŻURI

KAPITOLU III STRATEĠIJI MARINI: PROGRAMMI TA’ MIŻURI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 Programmi ta’ miżuri

Artikolu 13

Programmi ta’ miżuri

1.  L-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat, jidentifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb, kif determinat skond l-Artikolu 9(1), fl-ilmijiet marini tagħhom.

Dawk il-miżuri għandhom jitfasslu abbażi tal-valutazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8(1) u b’referenza għall-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 10(1), u b’konsiderazzjoni tat-tipi ta’ miżuri elenkati fl-Anness VI.

2.  L-Istati Membri għandhom jintegraw il-miżuri mfassla skond il-paragrafu 1 fi programm ta’ miżuri, b’kont meħud tal-miżuri rilevanti meħtieġa skond il-leġislazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari d-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi ( 1 ), id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġar ta’ l-ilma għall-għawm ( 2 ) kif ukoll leġiżlazzjoni ulterjuri futuradwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma jew ftehim internazzjonali.

3.  Fit-tfassil tal-programm ta’ miżuri skond il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni dovuta lill-iżvilupp sostenibbli u, b’mod partikolari, lill-impatti soċjali u ekonomiċi tal-miżuri previsti. Sabiex jassistu lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7 lejn l-objettivi tagħhom b’mod integrat, l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw jew jistabbilixxu oqsfa amministrattivi bil-għan li jibbenefikaw minn tali interazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ikunu effikaċi fir-rigward ta’ l-ispiża u li jkunu teknikament fattibbli, u għandhom iwettqu stimi ta’ impatt, inklużi analiżi dettaljati tal-benefiċċji fir-rigward ta’ l-ispiża, qabel l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe miżura ġdida.

4.  Il-programmi ta’ miżuri stabbiliti skond dan l-Artikolu għandhom, fuq bażi esortatorja, jinkludu miżuri ta’ protezzjoni ta’ spazji, b’mod li jikkontribwixxu għal networks koerenti u rappreżentattivi ta’ żoni marini protetti, li jkopru b’mod adegwat id-diversità ta’ l-ekosistemi kostitwenti, bħal żoni speċjali ta’ konservazzjoni skond id-Direttiva, ta’ żoni ta’ protezzjoni speċjali skond id-Direttiva, u ta’ żoni marini protetti kif miftiehma mill-Komunità jew mill-Istati Membri konċernati fil-qafas ta’ ftehim internazzjonali jew reġjonali li għalihom ikunu partijiet.

5.  Fejn l-Istati Membri jqisu li l-ġestjoni ta’ attività umana fil-livell Komunitarju jew internazzjonali x’aktarx li jkollha impatt sinifikanti fuq l-ambjent marin, partikolarment fiż-żoni indirizzati fil-paragrafu 4, huma għandhom, individwalment jew b’mod konġunt, jindirizzaw lill-awtorità kompetenti jew lill-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata sabiex jiġu kkunsidrati u possibilment adottati miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, sabiex ikunu jistgħu jinżammu jew, skond il-każ, ristawrati, l-integrità, l-istruttura u l-funzjonament ta’ l-ekosistemi.

6.  Sa mhux aktar tard mill-2013, l-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli, fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, informazzjoni rilevanti dwar iż-żoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5.

7.  L-Istati Membri għandhom jindikaw fil-programmi ta’ miżuri tagħhom kif il-miżuri għandhom jiġu implimentati u kif sejrin jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 10(1).

8.  L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-implikazzjonijiet tal-programmi ta’ miżuri tagħhom fir-rigward ta’ ilmijiet lil hinn mill-ilmijiet marini tagħhom, bil-għan li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ ħsara f’dawk l-ilmijiet u, jekk ikun possibbli, ikollhom impatt pożittiv fuqhom.

9.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor konċernat bil-programmi ta’ miżuri tagħhom, sa tliet xhur minn meta jiġu stabbiliti.

10.  Suġġett għall-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi jsiru operattivi sa sena minn meta jiġu stabbiliti.

Artikolu 14 Eċċezzjonijiet

Artikolu 14

Eċċezzjonijiet

1.  Stat Membru jista’ jidentifika każijiet fi ħdan l-ilmijiet marini tiegħu fejn, għal kwalunkwe raġuni elenkata taħt il-punti (a) sa (d), il-miri ambjentali jew l-istatus ambjentali tajjeb ma jistgħux jintlaħqu f’kull aspett permezz ta’ miżuri meħuda minn dak l-Istat Membru, jew, għal raġunijiet imsemmija taħt il-punt (e), dawn ma jistgħux jintlaħqu fl-iskeda ta’ żmien konċernata:

(a) azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni li għalihom l-Istat Membru konċernat ma jkunx responsabbli;

(b) kawżi naturali;

(ċ)  force majeure;

(d) modifiki jew alterazzjonijiet fil-karatteristiċi fiżiċi ta’ l-ilmijiet marini kkawżati minn azzjonijiet meħuda minħabba raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti li jissuperaw l-impatt negattiv fuq l-ambjent, inkluż kwalunkwe impatt transkonfinali;

(e) kondizzjonijiet naturali li ma jippermettux titjib f’ħin opportun fl-istatus ta’ l-ilmijiet marini konċernati.

L-Istat Membru konċernat għandu jidentifika każijiet bħal dawn b’mod ċar fil-programm tiegħu ta’ miżuri u għandu jissostanzja l-veduti tiegħu lill-Kummissjoni. Fl-identifikazzjoni ta’ każijiet, Stat Membru għandu jikkunsidra l-konsegwenzi għall-Istati Membri fir-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat.

Madankollu, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu miżuri ad hoc adegwati bl-għan li jkompli jfittex jilħaq il-miri ambjentali, sabiex jipprevjeni deterjorament ulterjuri fl-istatus ta’ l-ilmijiet marini milqutin għal raġunijiet identifikati taħt il-punti (b), (ċ) jew (d) u sabiex itaffi l-impatt ħażin fil-livell tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat jew fl-ilmijiet marini ta’ Stati Membri oħra.

2.  Fis-sitwazzjoni koperta mill-punt (d) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-modifiki jew l-alterazzjonijiet ma jeskludux jew ma jikkompromettux b’mod permanenti l-kisba ta’ status ambjentali tajjeb fil-livell tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat. jew fl-ilmijiet marini ta’ Stati Membri oħra.

3.  Il-miżuri ad hoc imsemmijin fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu integrati sa fejn ikun prattikabbli fil-programmi ta’ miżuri.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw l-elementi kollha ta’ l-Istrateġiji Marini msemmija fl-Artikolu 5(2), iżda m’għandhomx ikunu meħtieġa, ħlief fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni inizjali deskritta fl-Artikolu 8, jieħdu passi speċifiċi fejn ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti għall-ambjent marin, jew fejn l-ispejjeż ikunu sproporzjonati b’kont meħud tar-riskji għall-ambjent marin, u dan sakemm ma jkunx hemm aktar deterjorament.

Fejn, għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet, Stat Membru ma jieħu ebda pass, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bil-ġustifikazzjoni meħtieġa sabiex jissostanzja d-deċiżjoni tiegħu, filwaqt li jevita li jiġi permanentement kompromess il-ksib ta’ status ambjentali tajjeb.

Artikolu 15 Rakkomandazzjonijiet għal azzjoni Komunitarja

Artikolu 15

Rakkomandazzjonijiet għal azzjoni Komunitarja

1.  Fejn Stat Membru jidentifika kwistjoni li jkollha impatt fuq l-istatus ambjentali ta’ l-ilmijiet marini tiegħu u li ma tistax tiġi trattata b’miżuri adottati fil-livell nazzjonali, jew li tkun marbuta ma’ xi politika Komunitarja oħra jew ma’ ftehim internazzjonali ieħor, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni skond il-każ u jipprovdi ġustifikazzjoni sabiex jissostanzja l-fehma tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha twieġeb fi żmien sitt xhur.

2.  Fejn tkun meħtieġa azzjoni mill-istituzzjonijiet Komunitarji, l-Istati Membri għandhom jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni u lill-Kunsill għal miżuri fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti, il-Kummissjoni għandha twieġeb għal kwalunkwe rakkomandazzjoni bħal din fi żmien sitt xhur u, skond il-każ, tirrifletti r-rakkomandazzjonijiet meta tippreżenta proposti relatati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 16 Notifiki u evalwazzjoni tal-Kummissjoni

Artikolu 16

Notifiki u evalwazzjoni tal-Kummissjoni

Abbażi tan-notifiki ta’ programmi ta’ miżuri skond l-Artikolu 13(9), il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fil-każ ta’ kull Stat Membru, il-programmi notifikati jikkostitwixxux qafas adegwat sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun disponibbli u meħtieġa.

Fit-tfassil ta’ dawk il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-koerenza tal-programmi ta’ miżuri fir-Reġjuni jew Sub-Reġjuni Marini differenti u mal-Komunità.

Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi dawk in-notifiki kollha, il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar jekk, fl-opinjoni tagħha, il-programmi ta’ miżuri notifikati humiex konsistenti ma’ din id-Direttiva, u tipprovdi gwida dwar kwalunkwe modifika li tqis meħtieġa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2017 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.