|
+Artikolu 1 Definizzjonijiet |
Artikolu 1 DefinizzjonijietArtikolu 1 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(1)
“vettura” tfisser:
(a)
kwalunkwe vettura bil-mutur li tinsaq esklussivament b’potenza mekkanika fuq l-art iżda li ma tinsaqx fuq binarji u li għandha:
(i)
veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 25 km/h; jew
(ii)
piż nett massimu ta’ aktar minn 25 kg u veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 14-il km/h;
(b)
kwalunkwe karru li għandu jintuża ma’ vettura msemmija fil-punt (a), kemm jekk agganċjat kif ukoll jekk mhux agganċjat. Mingħajr preġudizzju għall-punti (a) u (b), il-vetturi tas-siġġijiet tar-roti maħsuba esklussivament għall-użu minn persuni b’diżabilità fiżika ma jitqisux bħala vetturi msemmija f’din id-Direttiva;
(1a)
“użu ta’ vettura” tfisser kwalunkwe użu ta’ vettura li jkun konsistenti mal-funzjoni tal-vettura bħala mezz ta’ trasport fil-ħin li jseħħ l-inċident, irrispettivament mill-karatteristiċi tal-vettura u irrispettivament mill-karatteristiċi tat-terren li fuqu tintuża l-vettura bil-mutur u jekk tkunx stazzjonarja jew tkunx qiegħda tinsaq;
(2)
“il-parti li tkun sofriet ħsara” tfisser kwalunkwe persuna intitolata għal kumpens fir-rigward ta’ kwalunkwe telf jew korriment ikkawżat minn vetturi;
(3)
“l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi” tfisser organizzazzjoni professjonali li tkun kostitwita skont ir-Rakommandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar, 1949, mis-Sub-Kumitat għat-Trasport Stradali tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u li tiġbor flimkien impriżi tal-assigurazzjoni li, fi Stat, huma awtorizzati li jwettqu negozju fil-qasam tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur kontra r-responsabbiltà ċivili;
(4)
“territorju li fih il-vettura normalment tkun ibbażata” tfisser:
(a)
it-territorju tal-Istat li tiegħu l-vettura jkollha l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni, irrispettivament jekk il-pjanċa hijiex permanenti jew temporanja; jew
(b)
fil-każi meta l-ebda reġistrazzjoni ma tkun meħtieġa għal tip ta’ vettura imma l-vettura jkollha pjanċa tal-assigurazzjoni, jew sinjal li jiddistingwiha analogu għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni, it-territorju tal-Istat li fih il-pjanċa jew is-sinjal ikunu maħruġa; jew
(c)
fil-każi meta la l-pjanċa tar-reġistrazzjoni u lanqas is-sinjal li jiddistingwiha ma tkun meħtieġa għal ċerti tipi ta’ vetturi, it-territorju tal-Istat li fih id-detentur huwa domiċiljat; jew
(d)
f’każi fejn il-vettura m’għandhiex pjanċa ta’ reġistrazzjoni jew għandha pjanċa li ma tkunx tikkorrispondi mal-vettura u kienet involuta f’inċident, it-territorju tal-Istat fejn l-inċident ikun seħħ, sabiex titħallas il-pretensjoni kif previst fl-Artikolu 2(a) jew fl-Artikolu 10;
(5)
“karta ħadra” tfisser iċ-ċertifikat internazzjonali tal-assigurazzjoni maħruġ f’isem uffiċċju nazzjonali skont ir-Rakkomandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar 1949 mis-Sub-kumitat tat-Trasport Stradali tal-Kumitat għat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti;
(6)
“impriża ta’ assigurazzjoni” tfisser impriża li tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skont l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 73/239/KEE;
(7)
“stabbiliment” tfisser l-uffiċċju prinċipali, l-aġenzija jew il-fergħa ta’ impriża ta’ assigurazzjoni kif imfisser fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju, 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’assigurazzjoni diretta ta’ xort oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ( 1 );
(8)
“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser “Stat Membru tal-pajjiż” kif definit fl-Artikolu 13(8), punt (a), tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|