+Artikolu 10 Korp responsabbli għall-għoti ta’ kumpens
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
|
Artikolu 10 Korp responsabbli għall-għoti ta’ kumpens
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp bil-kompitu li jipprovdi kumpens, mill-inqas sal-limiti tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal ħsara lill-proprjetà jew danni persunali kkawżati minn vettura li ma tkunx identifikata jew vettura li għaliha l-obbligu ta’ assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt. L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jikkunsidraw kumpens mill-korp bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju u d-dritt li jipprevedu s-saldu ta’ pretensjonijiet bejn il-korp u l-persuna jew persuni responsabbli li kkawżaw l-inċident u assiguraturi jew korpi tas-sigurtà soċjali oħra li jeħtiġilhom jikkumpensaw il-parti li tkun sofriet ħsara fir-rigward tal-istess inċident. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jippermettu li l-korp jagħmel il-ħlas ta’ kumpens soġġett għall-fatt li l-parti li tkun sofriet ħsara tistabbilixxi, b’xi mod, li l-persuna responsabbli ma tkunx tista’ jew tirrifjuta li tħallas.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Il-parti li tkun sofriet ħsara tista’ fi kwalunkwe każ tapplika direttament lill-korp li, abbażi ta’ informazzjoni pprovduta fuq talba tiegħu mill-parti li tkun sofriet ħsara, għandu jkun obbligat jagħtiha tweġiba motivata rigward il-ħlas ta’ xi kumpens. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-ħlas ta’ kumpens minn dak il-korp fir-rigward ta’ persuni li jkunu daħlu volontarjament fil-vettura li tkun ikkawżat it-telf jew il-korriment meta l-korp jkun jista’ jġib provi li kienu jafu li l-vettura ma kinitx assigurata.
|
|
Artikolu 10 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu l-ħlas ta’ kumpens mill-korp fil-każ ta’ ħsara lil proprjetà kkawżata minn vettura li ma tkunx identifikata. Madankollu, meta l-korp ikun ħallas kumpens għal korriment personali sinifikanti lil kwalunkwe parti li tkun sofriet ħsara b’riżultat tal-istess inċident li fih il-ħsara lill-proprjetà ġiet ikkawżata minn vettura mhux identifikata, l-Istati Membri ma jistgħux jeskludu l-ħlas ta’ kumpens għal ħsara lill-proprjetà fuq il-bażi li l-vettura ma tkunx identifikata. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li eċċess ta’ mhux aktar minn EUR 500 jitħallas mill-parti li tkun sofriet ħsara li ġġarrab tali ħsara lill-proprjetà. Il-kondizzjonijiet li fihom danni personali għandhom jiġu kkunsidrati sinifikanti għandhom jiġu stabbiliti skont il-leġislazzjoni nazzjonali jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, inter alia, jekk id-dannu kienx jeħtieġ kura fi sptar.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Kull Stat Membru għandu japplika l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tiegħu għall-ħlas ta’ kumpens mill-korp, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe prattika oħra li tkun iktar favorevoli għall-parti li tkun sofriet ħsara.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|