|
+ANNESS I |
ANNESS I
ANNESS I Metodu biex jiġu stabbiliti rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn (imsemmija fl-artikolu 15) Ir-rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn jimmiraw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti, li jiffukaw fuq aspetti ambjentali sinifikanti tagħhom mingħajr ma jistabbilixxu valuri ta’ limitu. Il-metodu msemmi f’dan l-Anness għandu jiġi applikat meta ma jkunx xieraq li jiġi stabbiliti valuri ta’ limitu għall-grupp tal-prodotti li jkunu qed jiġu eżaminati. Il-Kummissjoni għandha tidentifika aspetti ambjentali sinifikanti matul il-preparazzjoni tal-abbozz tal-miżura implimentattiva li għandha tkun preżentata lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) li għandha tkun speċifikata fil-miżura implimentattiva. Meta jkunu qed jiġu ppreparati l-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu r-rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn skont l-Artikolu 15 il-Kummissjoni għandha tidentifika, kif inhu xieraq għall- prodott kopert mill-miżura implimentattiva, il-paramentri relevanti għall-ekodisinn fost dawk elenkati fil-Parti 1, ir-rekwiżiti għall-provvista ta’ informazzjoni fost dawk li huma stabbiliti fil-Parti 2 u r-rekwiżiti għall-fabbrikant elenkati fil-Parti 3. Parti 1. Parametri tal-ekodisinn għall-prodotti 1.1. Safejn għandhom x’jaqsmu mad-disinn tal-prodott, l-aspetti ambjentali sinifikanti huma identifikati b’referenza għall-fażijiet li ġejjin taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott:
(a)
l-għażla u l-użu tal-materja prima;
(b)
il-manifaturra;
(c)
l-imballaġġ, it-trasport u d-distribuzzjoni;
(d)
l-installazzjoni u l-manutenzjoni;
(e)
l-użu; u
(f)
it-tmiem tal-ħajja, jiġifieri l-istat tal-prodott meta jkun wasal fit-tmiem tal-ewwel użu tiegħu sakemm jintrema għall-aħħar darba. 1.2. Għal kull fażi, għandha ssir stima ta’ dawn l-aspetti ambjentali li ġejjin fejn ikun relevanti:
(a)
il-konsum mistenni ta’ materjali, enerġija u riżorsi oħra bħall-ilma frisk;
(b)
l-emissjonijiet antiċipati fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija;
(c)
it-tniġġis antiċipat minħabba effetti fiżiċi bħal storbju, vibrazzjoni, radjazzjoni u oqsma elettromanjetiċi;
(d)
il-produzzjoni mistennija ta’ materjal ta’ skart; u
(e)
il-possibiltajiet ta’ użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru ta’ materjali u/jew ta’ enerġija, fid-dawl tad-Direttiva 2002/96/KE. 1.3. B’mod partikolari, għandhom jintużaw dawn il-parametri li ġejjin, u jkunu miżjuda ma’ oħrajn, fejn hu meħtieġ, biex ikun valutat il-potenzjal għal titjib fl-aspetti ambjentali msemmija fil-punt 1.2:
(a)
il-piż u l-volum tal-prodott;
(b)
l-użu ta’ materjal li jirriżulta minn attivitajiet ta’ riċiklaġġ;
(c)
il-konsum ta’ enerġija, ilma u riżorsi oħra tul iċ-ċiklu tal-ħajja;
(d)
l-użu ta’ sustanzi klassifikati bħala perikolużi għas-saħħa u/jew għall-ambjent skont id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikketjar ta’ sustanzi perikolużi ( 25 ), u tenut kont tal-leġiżlazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ sustanzi speċifiċi, bħad-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi ( 26 ) jew id-Direttiva 2002/95/KE;
(e)
il-kwantità u n-natura ta’ oġġetti tal-konsum li huma meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni kif suppost;
(f)
faċilità ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ kif espress minn: in-numru ta’ materjali u komponenti wżati, l-użu ta’ komponenti standard, iż-żmien meħtieġ għaż-żarmar, il-komplessità ta’ għodod meħtieġa għaż-żarmar, l-użu ta’ standards, kodiċi ta’ komponenti u materjal għall-identifikazzjoni ta’ komponenti u materjali tajbin għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ (li jinkludu mmarkar ta’ partijiet tal-plastik skont l-istandards tal-ISO), l-użu ta’ materjali li jistgħu jkunu riċiklati faċilment, aċċess faċli għall-komponenti jew materjali ta’ valur jew oħrajn li jistgħu jkunu riċiklati; aċċess faċli għall-komponenti u materjali li jkun fihom sustanzi perikolużi;
(g)
inkorporazzjoni ta’ komponenti wżati;
(h)
evitar ta’ soluzzjonijiet tekniċi li huma ta’ ħsara għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta’ komponenti jew appliances sħaħ;
(i)
estensjoni tat-tul tal-ħajja kif espress minn: l-inqas tul ta’ ħajja ggarantita, l-inqas żmien għad-disponibiltà ta’ spare parts, modularità, tibdil għall-aħjar, possibbiltà ta’ tiswija;
(j)
ammonti ta’ skart iġġenerat u ammonti ta’ skart perikoluż iġġenerat;
(k)
emissjonijiet fl-arja (gassijiet serra, aġenti aċidifikanti, komposti organiċii li jevaporaw, sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, metalli tqal) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fuq il-miżuri kontra l-emissjoni ta’ tniġġis fil-forma gassuża u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f’makkinarju ambulanti li mhux tat-triq ( 27 );
(l)
emissjonijiet fl-ilma (metalli tqal, sustanzi b’effett ħażin fuq il-bilanċ ta’ ossiġnu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu); u
(m)
emissjonijiet fil-ħamrija (speċjalment ħruġ aċċidentali u tixrid ta’ sustanzi perikolużi waqt il-fażi ta’ użu tal-prodotti, u l-potenzjal li jgħaddi minn ġol-ħamrija meta jintrema bħala skart). Parti 2. Rekwiżiti relatati mal-għoti ta’ informazzjoni Il-miżuri implimentattivi jistgħu jirrikjedu l-għoti ta’ informazzjoni mill-fabbrikant li tista’ tinfluwenza l-mod kif il-prodott jiġi mmaniġġat, użat u riċiklat minn partijiet minbarra l-fabbrikant. Din l-informazzjoni tista’ tinkludi, fejn applikabbli:
(a)
informazzjoni mid-disinnjatur f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess ta’ manifattura;
(b)
informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-karatteristiċi ambjentali sinifikanti u l-prestazzjoni ta’ prodott, li takkompanja l-prodott meta jitqiegħed fis-suq biex tħalli lill-konsumatur iqabbel dawn l-aspetti tal-prodotti;
(c)
informazzjoni għall-konsumaturi dwar kif jinstallaw, jużaw u jagħmlu manutenzjoni tal-prodott sabiex inaqqsu l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u jassiguraw li jibqa’ tajjeb għal użu itwal, kif ukoll dwar kif jirritornaw il-prodott fit-tmiem tal-ħajja tiegħu, u fejn hu xieraq, informazzjoni dwar il-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ spare parts u l-possibiltajiet li prodott jinbidel għall-aħjar; u
(d)
informazzjoni dwar il-faċilitajiet ta’ trattament li jikkonċernaw iż-żarmar, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja tiegħu. L-informazzjoni għandha tingħata fuq il-prodott innifsu fejn ikun possibbli. Din l-informazzjoni għandha tikkunsidra l-obbligazzjonijiet skont leġiżlazzjoni Komunitarji oħra, bħad-Direttiva 2002/96/KE. Parti 3. Rekwiżiti għall-fabbrikant 1. Meta jindirizzaw l-aspetti ambjentali identifikati fil-miżura implimentattiva bħala li huma kapaċi li jiġu influwenzati b’mod sostanzjali mid-disinn tal-prodott, il-fabbrikanti tal-prodotti għandhom jagħmlu stima tal-mudell tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, abbażi ta’ ipoteżi realistika dwar il-kondizzjonijiet normali u l-finijiet tal-użu. Aspetti ambjentali oħra jistgħu jiġu valutati fuq bażi volontarja. Fuq il-bażi ta’ din l-istima, il-fabbrikanti għandhom jistabbilixxu l-profil ekoloġiku tal-prodott. Dan għandu jkun ibbażat fuq il-karatteristiċi tal-prodott li huma relevanti għall-ambjent u l-inputs/outputs matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott espressa fi kwantitajiet fiżiċi li jistgħu jitkejlu. 2. Il-fabbrikant għandu jagħmel użu minn din l-istima biex jevalwa s-soluzzjonijiet ta’ disinni alternattivi u l-prestazzjoni ambjentali miksuba tal-prodott mal-punti ta’ referenza. Il-punti ta’ referenza għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni fil-miżura implimentattiva abbażi l-informazzjoni li tkun inġabret fil-preparazzjoni tal-miżura. L-għażla ta’ soluzzjoni speċifika ta’ disinn għandha tikseb bilanċ raġonevoli bejn id-diversi aspetti ambjentali u bejn aspetti ambjentali u konsiderazzjonijiet relevanti oħra, bħas-sigurtà u s-saħħa, rekwiżiti tekniċi għall-funzjonalità, il-kwalità, u l-prestazzjoni, u aspetti ekonomiċi, li jinkudu l-ispejjeż tal-manifattura u tal-possibiltà li l-prodott jitqiegħed fis-suq, filwaqt li tikkonforma mal-leġiżlazzjoni relevanti kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|