|
+ANNESS III |
ANNESS IIIANNESS III Prinċipji ġenerali tal-Ġestjoni Integrata ta’ Organiżmi ta’ Ħsara 1. Il-prevenzjoni u/jew it-trażżin ta’ organiżmi ta’ ħsara għandhom jinkisbu jew jiġu appoġġati fost għażliet oħra b’mod partikolari permezz ta’: — ir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, — l-użu ta’ tekniki ta’ kultivazzjoni adegwati (eż., it-teknika tal-użu ta’ ħammiela mhux friska, l-għażla ta’ żmien iż-żrigħ u tad-densitajiet, iż-żrigħ bil-ftit, it-tħaddim tal-ħamrija biex tiġi kkonservata, iż-żbir u ż-żrigħ dirett), — l-użu, fejn xieraq, ta’ cultivars reżistenti/tolleranti u żerriegħa u materjal ta’ taħwil standard/iċċertifikati, — l-użu ta’ prattika bbilanċjata ta’ fertilizzazzjoni, ta’ trattament bil-ġir u ta’ tisqija/skular tal-ilma, — il-prevenzjoni tal-firxa ta’ organiżmi ta’ ħsara b’miżuri ta’ iġjene (eż. permezz ta’ tindif regolari ta’ makkinarju u tagħmir), — il-protezzjoni u t-tisħiħ ta’ organiżmi ta’ benefiċċju importanti, eż. b’miżuri adegwati għall-protezzjoni tal-pjanti jew l-użu ta’ infrastrutturi ekoloġiċi ġo u barra mis-siti ta’ produzzjoni. 2. L-organiżmi ta’ ħsara għandhom jiġu mmonitorjati b’metodi u għodod adegwati, fejn disponibbli. Għodod adegwati bħal dawn għandhom jinkludu osservazzjonijiet fil-post kif ukoll sistemi ta’ twissija, previżjoni u dijanjosi bikrija li jkunu xjentifikament tajbin, fejn ikun vijabbli, kif ukoll l-użu ta’ parir minn konsulenti professjonali kkwalifikati. 3. L-utent professjonali għandu jiddeċiedi jekk għandux japplika l-miżuri għall-protezzjoni tal-pjanti u meta, abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ. Valuri ta’ limitu robusti u xjentifikament tajbin huma komponenti essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Għall-organiżmi ta’ ħsara għandhom jitqiesu l-livelli ta’ limitu definiti għar-reġjun, iż-żoni speċifiċi, l-uċuħ tar-raba u l-kondizzjonijiet klimatiċi partikolari qabel it-trattament, fejn vijabbli. 4. Metodi sostenibbli bijoloġiċi, fiżiċi u mhux kimiċi oħrajn għandhom ikunu ppreferuti fuq metodi kimiċi jekk huma jipprovdu kontroll sodisfaċenti tal-organiżmi ta’ ħsara. 5. Il-pestiċidi applikati għandhom ikunu speċifiċi kemm jista’ jkun għall-mira u għandu jkollhom l-inqas effetti sekondarji fuq is-saħħa tal-bniedem, l-organiżmi mhux fil-mira u l-ambjent. 6. L-utent professjonali għandu jżomm l-użu tal-pestiċidi u forom oħra ta’ intervent għal-livelli meħtieġa, eż. b’dożi mnaqqsin, frekwenza ta’ applikazzjoni mnaqqsa jew applikazzjonijiet parzjali, filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-livell ta’ riskju fil-veġetazzjoni huwa aċċettabbli u li huma ma jżidux ir-riskju għall-iżvilupp ta’ reżistenza fil-popolazzjonijiet tal-organiżmi ta’ ħsara. 7. Fejn ikun magħruf ir-riskju ta’ reżistenza kontra miżura għall-protezzjoni tal-pjanti u fejn il-livell tal-organiżmi ta’ ħsara jeħtieġ applikazzjoni ripetuta ta’ pestiċidi għall-uċuħ tar-raba’, għandhom jiġu applikati strateġiji disponibbli ta’ kontra r-reżistenza biex tinżamm l-effettività tal-prodotti. Dan jista’ jinkludi l-użu ta’ pestiċidi multipli b’modi ta’ azzjoni differenti. 8. L-utent professjonali għandu jivverifika s-suċċess tal-miżuri applikati għall-protezzjoni tal-pjanti abbażi tar-riżultati dwar l-użu tal-pestiċidi u dwar il-monitoraġġ tal-organiżmi ta’ ħsara. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|