+ANNESS I Kategoriji ta’ attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 10
|
ANNESS I Kategoriji ta’ attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 10
ANNESS I
Kategoriji ta’ attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 10
Il-valuri tal-limiti minimi mogħtija hawn taħt ġeneralment jirriferu għall-kapaċitajiet jew ir-rendiment tal-produzzjoni. Meta diversi attivitajiet li jidħlu taħt l-istess deskrizzjoni tal-attività li fiha limitu minimu jitħaddmu fl-istess installazzjoni, il-kapaċitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jiġu miżjuda flimkien. Għall-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-iskart, dan il-kalkolu għandu japplika fil-livell tal-attivitajiet 5.1, 5.3(a) u 5.3(b).
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi gwida dwar:
(a)
ir-relazzjoni bejn l-attivitajiet tal-ġestjoni tal-iskart deskritti f’dan l-Anness u dawk deskritti fl-Annessi I u II għad-Direttiva 2008/98/KE; u
(b)
l-interpretazzjoni tat-terminu “skala industrijali” fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-industrija tas-sustanzi kimiċi deskritti f’dan l-Anness.
1. L-industriji tal-enerġija
|
1.1.
|
Kombustjoni ta’ karburanti f’installazzjonijiet b’kapaċità termali totali ta’ 50 MW jew aktar
|
|
1.2.
|
Raffinar taż-żejt minerali u l-gass
|
|
1.3.
|
Produzzjoni tal-faħam
|
▼M1
|
1.4.
|
Gassifikazzjoni, likwefazzjoni jew pirolisi ta’:
(b)
karburanti oħra f’installazzjonijiet b’input termali kklassifikat totali ta’ 20 MW jew aktar.
|
▼B
2. Il-produzzjoni u l-ipproċessar tal-metalli
|
2.1.
|
Xiwi jew tagħqid bis-sħana tal-minerali tal-metall (inkluż il-mineral tas-sulfid)
|
|
2.2.
|
Produzzjoni ta’ ħadid mill-forġa jew azzar (fużjoni primarja jew sekondarja) inkluż l-ikkastjar kontinwu, b’kapaċità li teċċedi t-2,5 tunellati fis-siegħa
|
▼M1
|
2.3.
|
Ipproċessar tal-metalli tal-ħadid:
(a)
it-tħaddim ta’ mtieħen ta’ laminazzjoni fis-sħana b’kapaċità li taqbeż l-20 tunnellata ta’ azzar mhux maħdum fis-siegħa;
(aa)
it-tħaddim ta’ mtieħen ta’ laminazzjoni fil-kesħa b’kapaċità li taqbeż l-10 tunnellati ta’ azzar mhux maħdum fis-siegħa;
(b)
it-tħaddim ta’ ferreriji bl-imrietel li l-enerġija tagħhom taqbeż il-50 kilojoule għal kull martell;
(ba)
it-tħaddim ta’ ferreriji bi preses tal-forġa li l-forza tagħhom taqbeż it-30 mega-newtons (MN) għal kull pressa;
(c)
l-applikazzjoni ta’ kisjiet protettivi bil-metall fuż b’input li jaqbeż iż-żewġ (2) tunnellati ta’ azzar mhux maħdum fis-siegħa.
|
▼B
|
2.4.
|
It-tħaddim ta’ funderiji ta’ metall tal-ħadid b’kapaċità ta’ produzzjoni li teċċedi l-20 tunnellata metrika kull jum
|
|
2.5.
|
Ipproċessar tal-metalli mhux tal-ħadid:
(a)
produzzjoni ta’ metalli mhux tal-ħadid mis-sors ta’ metall mhux maħdum, konċentrati jew materja mhux maħduma sekondarja bi proċessi metallurġiċi, kimiċi jew elettrolitiċi;
(b)
tidwib, inkluż it-taħlit ma’ metalli oħra, ta’ metalli mhux tal-ħadid, inklużi prodotti rkuprati u t-tħaddim ta’ funderiji ta’ metall li mhux ħadid b’kapaċità ta’ tidwib li teċċedi l-4 tunnellati metriċi kull jum għal ċomb u kadmju jew 20 tunnellata metrika kull jum għall-metalli l-oħra kollha.
|
|
2.6.
|
Trattament tal-wiċċ ta’ metalli jew materjali tal-plastik bl-użu ta’ proċess elettrolitiku jew kimiku fejn il-volum tal-btieti tat-trattament jeċċedi t-30 m3
|
▼M1
|
2.7.
|
Il-manifattura ta’ batteriji, ħlief l-assemblaġġ b’mod esklussiv, b’kapaċità tal-produzzjoni ta’ 15 000 tunnellata ta’ ċelloli tal-batteriji (katodu, anodu, elettrolit, separatur, kapsula) jew aktar fis-sena.
|
▼B
3. L-industrija minerarja
|
3.1.
|
Produzzjoni ta’ siment, ġir u ossidu tal-manjesju:
(a)
produzzjoni ta’ gagazza tas-siment fi fran li jduru b’kapaċità ta’ produzzjoni li teċċedi l-500 tunnellata metrika kull jum jew fran oħra b’kapaċità ta’ produzzjoni li teċċedi l-50 tunnellata metrika kull jum;
(b)
produzzjoni ta’ ġir fi fran b’kapaċità li teċċedi l-50 tunnellata metrika kull jum;
(c)
produzzjoni ta’ ossidu tal-manjesju fi fran b’kapaċità ta’ produzzjoni li teċċedi l-50 tunnellata metrika kull jum.
|
|
3.2.
|
Produzzjoni tal-asbestos jew l-manifattura ta’ prodotti bażati fuq l-asbestos
|
|
3.3.
|
Manifattura tal-ħġieġ inkluża fibra tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ tidwib li teċċedi l-20 tunnellata metrika kull jum
|
|
3.4.
|
Tidwib ta’ sustanzi minerali inkluża l-produzzjoni ta’ fibra minerali b’kapaċità ta’ tidwib li teċċedi l-20 tunnellata metrika kull jum
|
▼M1
|
3.5.
|
Il-manifattura bin-nar ta’ prodotti taċ-ċeramika, b’mod partikolari tegoli tas-soqfa, bricks, bricks refrattorji, madum, xogħol tal-ġebel jew porċellana b:
(a)
kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż il-75 tunnellata kuljum; u/jew
(b)
kapaċità tal-fran li taqbeż l-4 m3 u densità ta’ ssettjar għal kull forn li taqbeż it-300 kg/m3.
|
▼M1
|
3.6.
|
L-estrazzjoni inklużi operazzjonijiet ta’ trattament fuq il-post, bħat-tifrik, il-kontroll tad-daqs, il-benefiċjazzjoni u t-titjib, tal-minerali fuq skala industrijali li ġejjin:
il-boksajt, il-kromu, il-kobalt, ir-ram, id-deheb, il-ħadid, iċ-ċomb, il-litju, il-manganiż, in-nikil, il-palladju, il-platinu, il-landa, it-tungstenu u ż-żingu.
|
▼B
4. L-industrija tal-kimika
Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, produzzjoni skont it-tifsira tal-kategoriji ta’ attivitajiet li jinsabu f’din it-taqsima tfisser il-produzzjoni fuq skala industrijali permezz ta’ pproċessar kimiku jew bijoloġiku tas-sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi elenkati punti 4.1 sa 4.6
|
4.1.
|
Produzzjoni ta’ kimiki organiċi, bħal:
(a)
idrokarburi sempliċi (lineari jew ċikliċi, saturati jew mhux saturati, alifatiċi jew aromatiċi);
(b)
idrokarburi li jkun fihom l-ossiġnu bħal alkoħol, aldeidi, ketoni, aċidi karbosiliċi, esteri u taħlitiet ta’ esteri, aċetati, eteri, perossidi u reżini epossidiċi;
(d)
idrokarburi tan-nitroġenu bħal amini, amidi, komposti nitrużi, komposti nitro jew komposti tan-nitrati, nitrili, ċjanati, isoċjanati;
(e)
idrokarburi li jkun fihom il-fosfru;
(g)
komposti organometalliċi;
(h)
materjali tal-plastik (polimeri, fibri sintetiċi u fibri b’bażi taċ-ċellulojde);
(j)
koloranti (żebgħat) u pigmenti;
(k)
aġenti attivi tal-wiċċ u surfattanti.
|
|
4.2.
|
Produzzjoni ta’ kimiċi inorganiċi, bħal:
▼M1
(a)
gassijiet, bħall-ammonja, il-klorin jew il-klorur tal-idroġenu, il-fluworin jew il-fluworidu tal-idroġenu, l-ossidi tal-karbonju, il-komposti tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, l-idroġenu ħlief meta prodott mill-elettroliżi tal-ilma, id-diossidu tal-kubrit, il-klorur tal-karbonil;
▼B
(b)
aċidi, bħal aċidu kromiku, aċidu idrofluworiku, aċidu fosforiku, aċidu nitriku, aċidu idrokloriku, aċidu tal-kubrit, oleu, aċidi bil-kubrit;
(c)
bażijiet bħal idrossidu tal-ammonju, idrossidu tal-potassju, idrossidu tas-sodju;
(d)
melħ, bħal klorut tal-ammonju, klorat tal-potassju, karbonat tal-potassju, karbonat tas-sodju, perborat, nitrat tal-fidda;
(e)
in-non-metalli, ossidi tal-metall jew komposti inorganiċi oħra bħal karbur tal-kalċju, silikon, karbur tas-silikon.
|
|
4.3.
|
Produzzjoni ta’ fertilizzanti bażati fuq il-fosfru, in-nitroġenu jew il-potassju (fertilizzanti sempliċi jew komposti)
|
|
4.4.
|
Produzzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew bijoċidi
|
|
4.5.
|
Produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi inkluż intermedji
|
|
4.6.
|
Produzzjoni ta’ splussivi
|
5. L-immaniġġjar tal-iskart
|
5.1.
|
Rimi jew ġbir lura ta’ skart perikoluż b’kapaċità li teċċedi l-10 tunnellati metriċi kull jum li jinvolvi wieħed jew iżjed mill-attivitajiet li ġejjin:
(c)
taħlit jew taħwid qabel ma ssir kwalunkwe attività oħra elenkata fil-punti 5.1 u 5.2;
(d)
ripakkettar qabel ma ssir kwalunkwe attività oħra elenkata fil-punti 5.1 u 5.2;
(e)
riklamazzjoni/riġenerazzjoni ta’ solventi;
(f)
riċiklaġġ/riklamazzjoni ta’ materjali inorganiċi barra l-metalli jew komposti tal-metall;
(g)
riġenerazzjoni ta’ aċidi jew bażijiet;
(h)
irkupru tal-komponenti użati fit-taffija tat-tniġġis;
(i)
irkupru ta’ komponenti mill-katalizzaturi;
(j)
raffinar mill-ġdid taż-żjut jew użi oħra mill-ġdid taż-żjut;
|
|
5.2.
|
Rimi jew irkupru ta’ skart f’impjanti għall-inċinerazzjoni tal-iskart jew f’impjanti ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart:
(a)
għall-iskart mhux perikoluż b’kapaċità li teċċedi t-3 tunnellati metriċi fis-siegħa;
(b)
għall-iskart perikoluż b’kapaċità li teċċedi l-10 tunnellati metriċi kull jum.
|
▼M1
|
5.3.
|
(a)
Ir-rimi ta’ skart mhux perikoluż b’kapaċità li taqbeż il-50 tunnellata kuljum li jinvolvi waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin, u li jeskludi l-attivitajiet koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (
23
):
(i)
it-trattament bijoloġiku, bħad-diġestjoni anaerobika jew il-kodiġestjoni;
(ii)
it-trattament fiżikokimiku;
(iii)
it-trattament minn qabel tal-iskart għall-inċinerazzjoni jew għall-koinċinerazzjoni;
(iv)
it-trattament ta’ gagazzi u rmied;
(v)
it-trattament fi shredders tal-iskart tal-metall, inkluż tagħmir tal-iskart tal-elettriku u elettroniku u vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-komponenti tagħhom.
(b)
L-irkupru, jew taħlita ta’ rkupru u rimi, ta’ skart mhux perikoluż b’kapaċità li taqbeż il-75 tunnellata kuljum li jinvolvi waħda mill-attivitajiet li ġejjin jew aktar, u li jeskludi l-attivitajiet koperti mid-Direttiva 91/271/KEE:
(i)
it-trattament bijoloġiku, bħad-diġestjoni anaerobika;
(ii)
it-trattament minn qabel tal-iskart għall-inċinerazzjoni jew għall-koinċinerazzjoni;
(iii)
it-trattament ta’ gagazzi u rmied;
(iv)
it-trattament fi shredders tal-iskart tal-metall, inkluż tagħmir tal-iskart tal-elettriku u elettroniku u vetturi li ma għadhomx jintużaw u l-komponenti tagħhom.
Meta l-unika attività ta’ trattament tal-iskart li titwettaq tkun id-diġestjoni anaerobika, il-livell limitu tal-kapaċità għal din l-attività għandu jkun ta’ 100 tunnellata kuljum.
|
▼B
|
5.4.
|
Postijiet ta’ radam, kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (
24
), li jirċievu aktar minn 10 tunnellati metriċi ta’ skart kull jum b’kapaċità totali li teċċedi l-25 000 tunnellata metrika, esklużi postijiet ta’ radam għal skart inerti
|
|
5.5.
|
Ħżin temporanju ta’ skart perikoluż mhux kopert taħt punt 5.4 sakemm issir kwalunkwe attività elenkata fil-punti 5.1, 5.2, 5.4 u 5.6 f’kapaċità totali li teċċedi l-50 tunnellata metriċi, eskluż il-ħżin temporanju, sakemm isir il-ġbir, fuq il-post fejn l-iskart jiġi ġġenerat
|
|
5.6.
|
Ħżin taħt l-art għal skart perikoluż b’kapaċità totali li teċċedi l-50 tunnellata metrika
|
6. Attivitajiet oħra
|
6.1.
|
Produzzjoni f’installazzjonijiet industrijali ta’:
(a)
polpa minn injam jew materjali fibrużi oħra;
(b)
karta jew kartun b’kapaċità ta’ produzzjoni li teċċedi l-20 tunnellata metrika kull jum;
(c)
wieħed jew aktar mill- panewijiet tal-injam li ġejjin: kartun mibrum flimkien, kartun tal-partikola jew kartun tal-fibra b’kapaċità ta’ produzzjoni li teċċedi l-600 m3 kull jum.
|
▼M1
|
6.2.
|
It-trattament minn qabel (operazzjonijiet bħal ħasil, ibbliċjar, merċerizzazzjoni), tiżbigħ jew finitura ta’ fibri tat-tessuti jew ta’ tessuti meta l-kapaċità tat-trattament taqbeż l-10 tunnellati kuljum.
|
▼B
|
6.3.
|
Ikkunzar tal-ġlud fejn il-kapaċità tat-trattament teċċedi t-12-il tunnellata metrika ta’ prodotti lesti kull jum
|
|
6.4.
|
(a)
Tħaddim ta’ biċċeriji b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ karkassi ta’ aktar minn 50 tunnellata metrika kull jum
(b)
Trattament u proċessar, barra l-imballaġġ esklussiv, tal-materja prima li ġejja, kemm jekk ġiet proċessata qabel jew le, maħsuba għall-produzzjoni ta’ ikel jew għalf minn:
(i)
materja prima tal-annimali biss (barra minn esklussivament ħalib) b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ prodotti lesti akbar minn 75 tunnellata metrika kull jum;
(ii)
materja prima veġetali biss b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ prodotti lesti akbar minn 300 tunellata metrika kull jum jew 600 tunnellata kull jum fejn l-installazzjoni topera għal perijodu ta’ mhux aktar minn 90 jum konsekuttiv fi kwalunkwe sena;
(iii)
materja prima tal-annimali u veġetali, kemm fi prodotti kombinati kif ukoll fi prodotti separati, b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ prodotti lesti f’tunnellati metriċi kull jum akbar minn:
—
75 jekk A jkun daqs jew aktar minn 10; jew
—
[300- (22.5 x A)] fi kwalunkwe każ ieħor
fejn “A” hija porzjon ta’ materjal mill-annimali (f’perċentwal ta’ piż) mill-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ prodotti lesti.
L-imballaġġ m’għandux jiġi inkluż fil-piż finali tal-prodott.
Din is-subtaqsima m’għandhiex tapplika fejn il-materja prima tkun ħalib biss.
(c)
Trattament u pproċessar ta’ ħalib biss, fejn il-kwantità ta’ ħalib riċevut tkun aktar minn 200 tunnellata metrika kull jum (valur medju fuq bażi annwali).
|
▼M1
|
6.5.
|
Ir-rimi jew ir-riċiklaġġ ta’ karkassi tal-annimali jew prodotti sekondarji tal-annimali b’kapaċità ta’ trattament li taqbeż l-10 tunnellati kuljum.
|
|
6.6.
|
L-elettroliżi tal-ilma għall-produzzjoni tal-idroġenu meta l-kapaċità tal-produzzjoni taqbeż il-50 tunnellata kuljum.
|
▼B
|
6.7.
|
Trattament fil-wiċċ ta’ sustanzi, oġġetti jew prodotti bl-użu ta’ solventi orġaniċi, b’mod partikolari għat-tiżjin, stampar, kisi, tneħħija tal-grass, waterproofing, sizing, tiżbigħ, tindif jew mili, b’kapaċità ta’ konsum ta’ solvent organiku aktar minn 150 kg fis-siegħa jew aktar minn 200 tunellata metrika fis-sena
|
|
6.8.
|
Produzzjoni ta’ faħam (faħam hard-burnt) jew elettrografit permezz ta’ ħruq jew grafitizzazzjoni
|
|
6.9.
|
Qbid ta’ nixxigħat tas-CO2 minn installazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku skont id-Direttiva 2009/31/KE
|
|
6.10.
|
Preservazzjoni ta’ injam u prodotti tal-injam b’kimiċi b’kapaċità ta’ produzzjoni li teċċedi l-75 m3 kull jum minbarra dawk li b’mod esklussiv jittrattaw kontra s-sapstain
|
|
6.11.
|
Trattament tad-dranaġġ imħaddem indipendentement mhux kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE u r-rimi minn installazzjoni koperta mill-Kapitolu II
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|