|
+Artikolu 4 Kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tal-ambjent fir-rigward tal-liċenzji ---+Article 4 1. ---+Article 4 2. ---+Article 4 3. ---+Article 4 4. ---+Article 4 5. ---+Article 4 6. |
Artikolu 4 Kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tal-ambjent fir-rigward tal-liċenzjiArtikolu 4 Kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tal-ambjent fir-rigward tal-liċenzji 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar l-għoti jew it-trasferiment ta' liċenzji għat-twettiq ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore għandhom jieħdu kont tal-kapaċità tal-applikant għal tali liċenzja li jilħaq ir-rekwiżiti għal operazzjonijiet fil-qafas tal-liċenzja kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari din id-Direttiva. 2. B'mod partikolari, fil-valutazzjoni tal-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikant għal liċenzja, għandu jittieħed kont debitu ta' dan li ġej:
(a)
ir-riskju, il-perikli u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relata aż-żona liċenzjata kkonċernata inkluż, fejn adatt, l-ispiża tad-degradazzjoni ta’ l-ambjent marin imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE;
(b)
l-istadju partikolari tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore;
(c)
il-kapaċitajiet finanzjarji tal-applikant, inklużi kwalunkwe garanzija, li jkopru r-responsabbiltajiet li potenzjalment jirriżultaw minn operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore inkwistjoni inkluż ir-responsabbiltà għal danni ekonomiċi potenzjali fejn responsabbiltà ta' dan it-tip hija prevista mid-dritt nazzjonali;
(d)
l-informazzjoni disponibbli rigward il-prestazzjoni ta' sikurezza u dik ambjentali tal-applikant, inkluż fir-rigward ta' aċċidenti kbar, skont kif ikun adatt għall-operazzjonijiet li għalihom intalbet il-liċenzja. Qabel ma tingħata jew tiġi trasferita liċenzja għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tikkonsulta, fejn adatt, mal-awtorità kompetenti. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji ma tagħtix liċenzja jekk ma tkunx sodisfatta li l-applikant ikun ta prova ta’ miżuri adegwati li l-applikant ħa jew ser jieħu, abbażi ta' arranġamenti li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri, biex ikopru responsabbiltajiet li potenzjalment joriġinaw mill-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore tal-applikant. Tali provvediment għandu jkun validu u effettiv minn meta jinbdew l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. L-Istat Membru għandu jitlob lill-applikanti biex jagħtu prova, b’mod adatt, tal-kapaċità teknika u finanzjarja u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relatata maż-żona koperta mil-liċenzja u l-istadju partikolari tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu sabiex jiġi stabbilit li l-applikant għandu riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-bidu immedjat u l-kontinwazzjoni mingħajr interruzzjonijiet tal-miżuri kollha neċessarji għal rispons ta' emerġenza effettiv u rijabilitazzjoni sussegwenti. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji sostenibbli u arranġamenti oħrajn biex jassistu dawk li qed japplikaw għal liċenzji juru l-kapaċità finanzjarja tagħhom skont l-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri għandhom, bħala minimu, jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw il-ġestjoni fil-pront u adegwata tat-talbiet għall-kumpens inkluż fir-rigward ta' pagamenti ta' kumpens għal inċidenti transkonfinali. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-detenturi tal-liċenzja li jżomm kapaċità suffiċjenti biex jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom li jirriżultaw mir-responsabbiltajiet għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass. 4. L-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji jew id-detentur tal-liċenzja għandu jaħtar lill-operatur. Meta l-operatur għandu jinħatar mid-detentur tal-liċenzja, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji għandha tiġi notifikata bil-ħatra minn qabel. F'tali każijiet, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji, jekk ikun meħtieġ f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, tista’ toġġezzjona l-ħatra tal-operatur. Meta titqajjem tali oġġezzjoni, l-Istati Membri għandhom jitolbu lid-detentur tal-liċenzja jaħtar operatur alternattiv xieraq jew jieħu r-responsabbiltajiet tal-operatur skont din id-Direttiva. 5. Il-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore relatati ma' żona liċenzjata partikolari għandhom ikunu organizzati b'tali mod li l-informazzjoni miġbura bħala riżultat ta' attività ta' esplorazzjoni tista' tiġi meqjusa mill-Istat Membru qabel ma tibda l-produzzjoni. 6. Fil-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji ta' applikant għal liċenzja, għandha tingħata attenzjoni speċjali għal kwalunkwe ambjent tal-baħar u kostali li huwa ambjentalment sensittiv, b'mod partikolari l-ekosistemi li għandhom rwol importanti fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fl-adattament għalih, bħal-bwar salmastri u l-mergħat tal-ħaxix tal-baħar; u żoni protetti tal-baħar, bħal żoni speċjali ta' konservazzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjenti naturali tal-fawna u l-flora selvaġġi ( 3 ), żoni ta' protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi ( 4 ), u żoni protetti tal-baħar li dwarhom hemm qbil fl-Unjoni jew fl-Istati Membri kkonċernati fil-qafas ta' ftehimiet internazzjonali jew reġjonali li għalihom huma parti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|