|
+Artikolu 8 Repożitorju Ċentrali Ewropew ---+Article 8 1. ---+Article 8 2. ---+Article 8 3. ---+Article 8 4. |
Artikolu 8 Repożitorju Ċentrali EwropewArtikolu 8 Repożitorju Ċentrali Ewropew 1. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-ġestjoni ta' Repożitorju Ċentrali Ewropew biex jaħżen ir-rapporti kollha ta' okkorrenza miġbura fl-Unjoni. 2. Kull Stat Membru, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jaġġorna r-Repożitorju Ċentrali Ewropew permezz tat-trasferiment fih tal-informazzjoni kollha relatata mas-sikurezza maħżuna fil-bażijiet tad-data data nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6(6). 3. L-Aġenzija għandha tiftiehem mal-Kummissjoni dwar il-protokolli tekniċi għat-trasferiment fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-rapporti kollha dwar l-okkorrenzi miġbura mill-Aġenzija skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, b'mod partikolari għall-okkorrenzi maħżuna fis-Sistema Interna ta' Rrappurtar tal-Okkorrenzi (IORS), kif ukoll l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 4(9) u 5(5). 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti għall-ġestjoni tar-Repożitorju Ċentrali Ewropew kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2. Tali atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|