+ANNESS I

ANNESS I




ANNESS I

Metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra

A.   KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA (ARTIKOLU 9)

1.    Formuli għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formula li ġejja:

image

Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CO2 billi jżidu l-emissjonijiet tas-CO2 tal-fjuwils “i” kollha li jużaw, permezz tal-formula li ġejja:

image

Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CH4 billi jżidu l-emissjonijiet tas-CH4 li jirriżultaw mill-kombustjoni tal-fjuwils “i” kollha użati flimkien mal-emissjonijiet ikkawżati mit-telf tas-CH4, permezz tal-formula li ġejja:

image

Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-N2O billi jżidu l-emissjonijiet tal-N2O tal-fjuwils “i” kollha użati, permezz tal-formula li ġejja:

image

Il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkolat separatament għall-emissjonijiet minn vjaġġi bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, minn vjaġġi li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, minn vjaġġi lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, u għal emissjonijiet fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Il-konsum tal-fjuwil fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru waqt l-irmiġġ għandu jiġi kkalkolat separatament.



Terminu

Spjegazzjoni

GHGMRV

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont dan ir-Regolament, espressi f’tunnellati ekwivalenti ta’ CO2, fejn “ekwivalenti ta’ CO2” tfisser il-kejl metriku użat biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tas-CO2, CH4 u N2O abbażi tal-potenzjal ta’ tisħin globali tagħhom, bil-konverżjoni tal-ammonti ta’ CH4 u N2O għall-ammont ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju bl-istess potenzjal ta’ tisħin globali.

image

Total aggregat ta’ CO2 emess.

image

Total aggregat ta’ CH4 emess.

image

Total aggregat ta’ N2O emess.

image

Potenzjal ta’ tisħin globali tas-CH4 fuq 100 sena kif imsemmi fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1044( (1)).

image

Potenzjal ta’ tisħin globali tal-N2O fuq 100 sena kif imsemmi fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1044.

“i”

Indiċi li jikkorrispondi għall-fjuwils użati abbord il-bastiment fil-perjodu ta’ rapportar.

“j”

Indiċi li jikkorrispondi għas-sorsi tal-emissjonijiet abbord il-bastiment. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sorsi kkunsidrati jinkludu mill-inqas il-magni ewlenin, il-magni awżiljarji, it-turbini tal-gass, il-bojlers u l-ġeneraturi tal-gassijiet inerti.

Mi

Il-konsum tal-fjuwil, bħala l-massa totali tal-fjuwil “i” speċifiku użat (total għas-sorsi kollha tal-emissjonijiet).

Mi, j

Il-konsum tal-fjuwil, bħala massa tal-fjuwil i speċifiku użat fl-emittent j.

Cj

Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tal-fjuwil mitluf (koeffiċjent ta’ telf) bħala perċentwal tal-massa tal-fjuwil “i“użat mill-emittent “j” [%].

Cjtinkludi l-emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu. L-emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu huma emissjonijiet ikkawżati mill-ammont ta’ fjuwil li ma jilħaqx il-kompartiment tal-kombustjoni tal-emittent jew li ma jiġix ikkunsmat mill-emittent minħabba li jkun mhux maħruq, ivventjat jew imnixxi mis-sistema.

Mi,NC

Il-massa totali ta’ fjuwil “i” mhux maħruq iżda rilaxxat fl-atmosfera.

image

image

L-ammont ta’ CH4 mhux maħruq rilaxxat fl-atmosfera. Sabiex jiddeterminaw dan l-ammont, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formula li ġejja:

image

image

Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tas-CO2 bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti.

image

Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tas-CH4 bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti.

image

Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tal-N2O bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti.

(1)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1044 tat-8 ta’ Mejju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valuri għall-potenzjali ta’ tisħin globali u l-linji gwida tal-inventarju u fir-rigward tas-sistema tal-inventarju tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 (ĠU L 230, 17.7.2020, p. 1).

2.    Fatturi ta’ emissjoni prestabbiliti

Fit-tabella li ġejja:

— 
TBM tfisser “to be measured” (irid jitkejjel);
— 
N/A tfisser “not available” (mhux disponibbli);
— 
Is-sing ifisser “mhux applikabbli”.

Il-valuri prestabbiliti, kif jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt, għall-fatturi ta’ emissjoni għall-fjuwils u għall-emittenti użati abbord il-bastiment għandhom jiġu applikati għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Meta ċellola tindika jew TBM jew N/A, għandu jintuża l-ogħla valur prestabbilit tal-klassi tal-fjuwil fl-istess kolonna. Fejn, għal klassi partikolari ta’ fjuwil, iċ-ċelloli kollha fl-istess kolonna jindikaw jew TBM jew N/A, għandu jintuża valur prestabbilit tat-tip ta’ fjuwils fossils l-inqas favorevoli. Din ir-regola ma tapplikax għall-kolonna 6 fejn TBM jew N/A tirreferi għal valuri mhux disponibbli għall-emittent. Fil-każ ta’ ebda valur awtomatiku għas-Cj, għandu jintuża valur iċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 10(6) tar-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Il-kumpaniji jistgħu jiddevjaw mill-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ emissjoni elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt, wara, kif applikabbli, l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 10(5) u (6) tar-Regolament (UE) 2023/1805.

Għall-fjuwils mhux fossili mhux elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt, il-kumpanija għandha tiddetermina l-fatturi tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066**.

Fejn ikun hemm taħlita ta’ fjuwils, kull fjuwil għandu jitqies separatament.



1

2

3

4

5

6

Klassi tal-Fjuwil

Tip ta’ Fjuwil

image

image

image

image

image

image

Cj

Bħala % tal-massa tal-fjuwil użat mill-emittent

Fossili

HFO

Gradi tal-ISO 8217 RME għal RMK

3,114

0,00005

0,00018

—

LFO

Gradi tal-ISO 8217 RMA għal RMD

3,151

0,00005

0,00018

—

MDO

MGO

Gradi tal-ISO 8217 DMX għal DMB

3,206

0,00005

0,00018

—

LNG

2,750

0

0,00011

3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI)

LPG (Butan)

3,03

TBM

TBM

Mhux disponibbli

LPG (Propan)

3,00

TBM

TBM

Mhux disponibbli

H2 (fossili)

0

0

— għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil

—

TMM għal Magna b’Kombustjoni Interna (ICE)

NH3 (fossili)

0

Mhux disponibbli

TBM

Mhux disponibbli

Metanol (fossili)

1,375

TBM

TBM

—

Bijofjuwils

Etanol

1,913

TBM

TBM

—

Bijodiżil

2,834

TBM

TBM

—

Żejt Veġetali Idrotrattat (HVO)

3,115

0,00005

0,00018

—

Bijometan likwifikat bħala fjuwil tat-trasport (Bio-LNG)

2,750

0

0,00011

3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI)

Bijometanol

1,375

TBM

TBM

—

Oħra

3,115

0,00005

0,00018

—

Bio-H2

0

0

0 għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil

—

TBM għal ICE

Fjuwils Rinnovabbli ta’ Oriġini mhux Bijoloġika (RFNBO) –

e-Fjuwils

e-Diżil

3,206

0,00005

0,00018

—

e-Metanol

1,375

TBM

TBM

—

e-LNG

2,750

0

0,00011

3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil)

2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI)

e-H2

0

0

0 għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil

—

TBM għal ICE

e-NH3

0

Mhux disponibbli

TBM

Mhux disponibbli

e-LPG

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

e-DME

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

—

Il-kolonna 1 tidentifika l-klassi tal-fjuwils.

Il-kolonna 2 tidentifika l-isem tat-tipi rilevanti ta’ fjuwil għal kull klassi.

Il-kolonna 3 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għad-diossidu tal-karbonju f’gCO2/gfjuwil.

Il-kolonna 4 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għall-metan f’gCH4/gfuel.

Il-kolonna 5 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għall-ossidu nitruż f’[gN2O/gfuel].

Il-kolonna 6 tidentifika l-parti tal-fjuwil mitlufa bħala emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu (Cj) imkejla bħala % tal-massa tal-fjuwil użata mill-konvertitur tal-enerġija speċifiku. Għal fjuwils bħal-LNG li għalihom jeżistu emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu, l-ammont ta’ emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu kif ippreżentat fit-tabella huwa espress f’% tal-massa tal-fjuwil użat. Il-valuri ta’ Cj fit-tabella huma kkalkulati bħala 50 % tat-tagħbija sħiħa tal-magna.

* Ir-Regolament (UE) 2023/1085 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48).

** Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).

▼M4

AA.   EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA MILL-BASTIMENTI OFFSHORE

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bastimenti offshore għandhom ikopru l-emissjonijiet tal-gassijiet serra rilaxxati matul il-vjaġġi mill-aħħar port tal-waqfa sa port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru sal-port tal-waqfa li jmiss, kif ukoll fil-portijiet tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru mill-bastimenti li ġejjin, għajr dawk li jkissru s-silġ, imfassla jew iċċertifikati li jwettqu attivitajiet ta’ servizzi offshore jew f’installazzjonijiet offshore:

(a) 

bastiment għas-servizzi tal-ankrar, tal-irmonk u tal-forniment;

(b) 

bastiment għas-servizzi tal-forniment offshore;

(c) 

bastiment tal-ekwipaġġ/għas-servizzi tal-forniment;

(d) 

trasportatur tal-pajipijiet;

(e) 

bastiment għas-servizzi tal-forniment lill-pjattaformi;

(f) 

bastiment għat-tħaffir;

(g) 

faċilitajiet galleġġanti għall-produzzjoni, il-ħżin u l-ħatt taż-żejt;

(h) 

bastiment għall-ipproċessar tal-gass;

(i) 

faċilitajiet galleġġanti għall-ħżin u l-ħatt tal-gass;

(j) 

faċilitajiet galleġġanti għall-ħżin u l-ħatt taż-żejt;

(k) 

bastiment ta’ akkomodazzjoni;

(l) 

bastiment ta’ appoġġ għall-għaddasa;

(m) 

bastiment għall-kostruzzjoni offshore;

(n) 

bastiment ta’ appoġġ offshore;

(o) 

bastiment għat-tirdim tal-pajpijiet;

(p) 

bastiment għat-tqegħid tal-pajpijiet;

(q) 

bastiment għat-tqegħid tal-pajpijiet bil-krejn;

(r) 

bastiment għall-ittestjar tal-produzzjoni;

(s) 

bastiment li jkun qed jistenna fil-qrib biex jipprovdi sokkors;

(t) 

bastiment ta’ appoġġ għat-tħaffir tat-trinek;

(u) 

bastiment għall-istimolazzjoni tal-bjar;

(v) 

bastiment għat-tqegħid tal-kejbils;

(w) 

bastiment għat-tiswija tal-kejbils;

(x) 

bastiment għall-estrazzjoni minerarja;

(y) 

bastiment għall-installazzjoni tat-turbini eoliċi;

(z) 

bastiment għall-operat tas-servizzi ta’ kummissjonar;

(aa) 

bastiment għall-operat tas-servizzi;

(ab) 

bastiment tax-xogħol/tat-tiswija;

(ac) 

bastiment għall-istħarriġ u r-riċerka;

(ad) 

draga;

(ae) 

draga tal-ġarr.

▼M3

B.   METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA

Il-kumpanija għandha tindika fil-pjan ta’ monitoraġġ liema metodu ta’ monitoraġġ għandu jintuża biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha u għandha tiżgura li ladarba jkun intgħażel il-metodu, dan jiġi applikat konsistentement.

Jistgħu jintużaw il-metodi A, B, C u D li ġejjin, abbażi tal-approċċ tal-kalkolu jew tal-approċċ tal-kejl.

Skont l-approċċ tal-kalkolu (il-metodi A, B u C), l-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-formuli stabbiliti fil-Parti A. Għal dak il-għan, il-konsum attwali tal-fjuwil għal kull vjaġġ għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi A, B jew C deskritti hawn taħt u użati għall-fini tal-kalkolu. Is-sorsi ta’ inċertezza u l-livelli assoċjati ta’ inċertezza għandhom jiġu kkunsidrati fl-għażla ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi A, B jew C. Il-kumpanija għandha twettaq regolarment attivitajiet ta’ kontroll xierqa, fosthom kontroverifiki bejn il-kwantità tal-bunkering kif mogħtija min-Nota tal-Kunsinna tal-Bunker (BDN) u l-kwantità tal-bunkering indikata mill-kejl abbord, u t-teħid ta’ azzjoni korrettiva jekk jiġu osservati devjazzjonijiet notevoli.

Skont l-approċċ tal-kejl (il-metodu D), jintuża l-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti.

Kwalunkwe kombinazzjoni tal-metodi A, B, C u D, ladarba tkun valutata mill-verifikatur, tista’ tintuża jekk iżżid il-preċiżjoni ġenerali tal-kejl.

1.    Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-kwantità u t-tip ta’ fjuwil kif indikat fuq il-BDN flimkien mal-inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil ibbażati fuq il-qari tat-tankijiet. Il-fjuwil fil-bidu tal-perjodu, flimkien mal-kunsinni, nieqes il-fjuwil disponibbli fit-tmiem tal-perjodu u l-fjuwil de-bunkered bejn il-bidu tal-perjodu u t-tmiem tal-perjodu flimkien jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perjodu.

Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu speċifikati.

Dan il-metodu ma għandux jintuża meta l-BDN ma humiex disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment meta l-merkanzija sservi bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali likwifikat (LNG).

Taħt ir-regolamenti eżistenti tal-Anness VI tal-MARPOL, il-BDN hija obbligatorja, u għandha tinżamm abbord għal 3 snin wara l-kunsinna tal-fjuwil tal-bunker u għandha tkun disponibbli minnufih. L-inventarju perjodiku tat-tankijiet tal-fjuwil abbord huwa bbażat fuq il-qari tat-tank tal-fjuwil. Dan juża tabelli tat-tankijiet rilevanti għal kull tank tal-fjuwil, sabiex jiġi ddeterminat il-volum fil-ħin tal-qari tat-tank tal-fuwil. L-inċertezza assoċjata mal-BDN għandha tkun speċifikata fil-pjan ta’ monitoraġġ. Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jsir b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, skandalji u tejps tal-immersjoni. Il-metodu ta’ skandaljar tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjuwil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

sistemi ta’ kejl abbord;

(b) 

id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN;

(c) 

id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli.

Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.

2.    Metodu B: Monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-bunker abbord

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-qari tat-tankijiet tal-fjuwil għat-tankijiet tal-fjuwil kollha abbord. Il-qari tat-tankijiet għandu jsir kuljum meta l-bastiment ikun qiegħed ibaħħar u kull darba li l-bastiment ikun qed jibbankerja jew jiġi żvujtat.

Il-varjazzjonijiet kumulattivi tal-livell tat-tank tal-fjuwil bejn żewġ istanzi ta’ qari jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perjodu.

Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu speċifikati.

Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jsir b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, skandalji u tejps tal-immersjoni. Il-metodu ta’ skandaljar tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjuwil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

sistemi ta’ kejl abbord;

(b) 

id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN;

(c) 

id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli.

Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.

3.    Metodu C: Arloġġi għall-kejl tal-flussi għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-flussi tal-fjuwil imkejla abbord. Id-data mill-arloġġi għall-kejl tal-flussi konnessi ma’ sorsi ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra rilevanti għandha tiġi kkombinata sabiex jiġi ddeterminat il-konsum tal-fjuwil għal perjodu speċifiku.

Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu mmonitorjati.

Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-arloġġi għall-kejl tal-flussi użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Fejn l-ammont ta’ fjuwil ikkunsmat jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

sistemi ta’ kejl abbord;

(b) 

id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN;

(c) 

id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli.

Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.

4.    Metodu D: Kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti

Il-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti jista’ jintuża għal vjaġġi u għal emissjonijiet tal-gassijiet serra li jseħħu fil-portijiet li jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Għall-bastimenti li għalihom ir-rapportar tas-CO2 huwa bbażat fuq dan il-metodu applikat għas-sorsi kollha tal-emissjonijiet abbord il-bastiment, il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-emissjonijiet imkejla tas-CO2 u l-fatturi tal-emissjoni applikabbli tal-fjuwils u tas-sorsi tal-emissjonijiet rilevanti.

Dan il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni tal-flussi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fiċ-ċmieni tal-gass tal-egżost (funnels) bil-multiplikazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra tal-gass tal-egżost mal-fluss tal-gass tal-egżost.

L-applikazzjoni ta’ dan il-metodu biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ma għandhiex iżżomm lill-kumpaniji milli japplikaw kwalunkwe metodu ieħor deskritt f’din il-Parti għal kwalunkwe gass serra ieħor.

Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-apparati użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.

C.   IMMANIĠĠAR U KONTROLL TAD-DATA

1.    Sistema ta’ kontroll

1.1. Il-kumpanija għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju sabiex tidentifika sorsi ta’ riskji ta’ żbalji fil-fluss tad-data mid-data primarja sad-data finali fir-rapport tal-emissjonijiet u għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta u żżomm sistema ta’ kontroll effettiva sabiex tiżgura li r-rapporti li jirriżultaw minn attivitajiet tal-fluss tad-data ma jkunx fihom dikjarazzjonijiet skorretti u jkunu f’konformità mal-pjan tal-monitoraġġ u ma’ dan ir-Regolament.

Il-kumpanija għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-ewwel paragrafu disponibbli għall-awtorità amministrattiva responsabbli fuq talba. Il-kumpanija għandha tagħmilha wkoll disponibbli għall-finijiet tal-verifika.

1.2. Għall-finijiet tal-punt 1.1, l-ewwel paragrafu, il-kumpanija għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta u żżomm proċeduri bil-miktub, separatament mill-pjan ta’ monitoraġġ, għall-attivitajiet tal-fluss tad-data kif ukoll għall-attivitajiet ta’ kontroll, u tinkludi referenzi għal u deskrizzjoni ta’ dawk il-proċeduri fil-pjan ta’ monitoraġġ. Il-kumpanija għandha tagħmel kwalunkwe dokumentazzjoni bil-miktub tal-proċeduri disponibbli lill-awtorità kompetenti fuq talba. Il-kumpanija għandha tagħmel ukoll disponibbli tali dokumentazzjoni għall-finijiet tal-verifika.

1.3. L-attivitajiet ta’ kontroll imsemmija fil-punt 1.2 għandhom jinkludu, fejn applikabbli:

(a) 

il-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl rilevanti;

(b) 

il-garanzija tal-kwalità ta’ sistemi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni li tiżgura li s-sistemi rilevanti huma mfassla, iddokumentati, ittestjati, implimentati, ikkontrollati u miżmuma b’mod li jiżgura l-ipproċessar affidabbli, akkurat u f’waqtu tad-data skont ir-riskji identifikati skont punt 1.1;

(c) 

is-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-attivitajiet ta’ fluss tad-data u l-attivitajiet ta’ kontroll, kif ukoll l-immaniġġar tal-kompetenzi meħtieġa;

(d) 

rieżamijiet interni u validazzjoni tad-data;

(e) 

korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva;

(f) 

kontroll tal-proċessi esternalizzati;

(g) 

iż-żamma ta’ reġistri u dokumentazzjoni inkluż l-immaniġġar ta’ verżjonijiet ta’ dokumenti.

1.4. Għall-finijiet tal-punt 1.3(a), il-kumpanija għandha tiżgura li t-tagħmir tal-kejl kollu rilevanti jiġi kkalibrat, aġġustat u kkontrollat f’intervalli regolari inkluż qabel ma jintuża, u jiġi kkontrollat skont standards ta’ kejl traċċabbli għall-istandards ta’ kejl internazzjonali, meta jkunu disponibbli, u b’mod proporzjonat mar-riskji li ġew identifikati.

Fejn il-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, il-kumpanija għandha tidentifika dawk il-komponenti fil-pjan ta’ monitoraġġ u tipproponi attivitajiet alternattivi ta’ kontroll.

Meta t-tagħmir jinstab li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni, il-kumpanija għandha tieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa minnufih.

1.5. Għall-finijiet tal-punt 1.3(d), il-kumpanija għandha tirrieżamina u tivvalida data li tirriżulta mill-attivitajiet tal-fluss tad-data msemmija fil-punt 1.2.

Tali rieżami u validazzjoni tad-data għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

verifika dwar jekk id-data hijiex kompluta;

(b) 

tqabbil tad-data li l-kumpanija tkun kisbet, immonitorjat u rrapportat tul diversi snin;

(c) 

tqabbil tad-data u l-valuri li jirriżultaw minn metodi ta’ monitoraġġ differenti meta jiġi applikat aktar minn metodu ta’ monitoraġġ wieħed.

1.6. Għall-finijiet tal-punt 1.3(e), il-kumpanija għandha tiżgura li, meta l-attivitajiet tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta’ kontroll ma jinstabux li jiffunzjonaw b’mod effettiv, jew li ma jirrispettawx ir-regoli stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri għal dawn l-attivitajiet, tittieħed azzjoni korrettiva u d-data affettwata tiġi kkoreġuta mingħajr dewmien żejjed.

1.7. Għall-finijiet tal-punt 1.3(f), meta l-kumpanija testernalizza waħda jew aktar mill-attivitajiet tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta’ kontroll imsemmija fil-punt 1.1, għandha tipproċedi għal dan kollu li ġej:

(a) 

tivverifika l-kwalità tal-attivitajiet tal-fluss tad-data esternalizzati u l-attivitajiet ta’ kontroll skont dan ir-Regolament;

(b) 

tindika rekwiżiti xierqa għall-prodotti tal-proċessi esternalizzati kif ukoll il-metodi użati f’dawn il-proċessi;

(c) 

tivverifika l-kwalità tal-prodotti u l-metodi msemmija fil-punt (b);

(d) 

tiżgura li l-attivitajiet esternalizzati jitwettqu b’mod li dawk jirrispondu għar-riskji inerenti u r-riskji ta’ kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 1.1.

1.8. Il-kumpanija għandha timmonitorja l-effettività tas-sistema ta’ kontroll, inkluż billi twettaq rieżamijiet interni u tikkunsidra s-sejbiet tal-verifikatur waqt il-verifika ta’ rapporti dwar l-emissjonijiet u rapporti msemmija fl-Artikolu 11(2).

Meta l-kumpanija ssib li s-sistema ta’ kontroll ma tkunx effettiva jew ma tkunx proporzjonata mar-riskji identifikati, din għandha tipprova ttejjeb is-sistema ta’ kontroll u taġġorna l-pjan tal-monitoraġġ jew il-proċeduri bil-miktub sottostanti għall-attivitajiet tal-fluss tad-data, il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-attivitajiet ta’ kontroll, skont kif ikun xieraq.

2.    Lakuni fid-data

2.1. Fejn id-data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ bastiment għal vjaġġ wieħed jew aktar tkun nieqsa, il-kumpanija għandha tuża data ta’ sostituzzjoni kkalkolata skont il-metodu/i alternattiv(i) indikat(i) fil-pjan ta’ monitoraġġ ivvalutat mill-verifikatur u, fejn applikabbli, approvat mill-awtorità amministrattiva responsabbli.

Fejn id-data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ bastiment għal vjaġġ wieħed jew aktar tkun nieqsa, li għaliha l-pjan ta’ monitoraġġ ma jelenka l-ebda metodu ta’ monitoraġġ alternattiv jew sors alternattiv ta’ data biex jikkorrobora d-data jew għall-għeluq tad-data, il-kumpanija għandha tuża metodu ta’ stima xieraq għad-determinazzjoni ta’ data ta’ sostituzzjoni konservattiva għall-perjodu ta’ żmien rispettiv u għall-parametru nieqes.

2.2. Fejn, għal raġunijiet tekniċi, temporanjament ma jkunx fattibbli li jiġi applikat il-pjan ta’ monitoraġġ ivvalutat b’mod sodisfaċenti mill-verifikatur u, fejn applikabbli, approvat mill-awtorità amministrattiva responsabbli, il-kumpanija għandha tapplika metodu bbażat fuq sorsi alternattivi ta’ data elenkati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-fini tat-twettiq ta’ kontrolli korrobottivi, jew, jekk tali alternattiva ma tkunx inkluża fil-pjan ta’ monitoraġġ, metodu alternattiv li jipprovdi data ta’ sostituzzjoni jew stima konservattiva, sakemm il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat ikunu reġgħu nkisbu.

Il-kumpanija għandu tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikseb applikazzjoni minnufih tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ approvat.

2.3. Meta jintuża metodu ta’ stima f’konformità mal-punt 2.1, jew fejn isseħħ devjazzjoni temporanja mill-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mal-punt 2.2, il-kumpanija għandha mingħajr dewmien żejjed tiżviluppa proċedura bil-miktub biex tevita dan it-tip ta’ nuqqas ta’ data fil-futur u timmodifika l-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 7.”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.