+Artikolu 124 Rapport tal-korp amministrattiv jew maniġerjali għall-membri u għall-impjegati
---+Artikolu 124 1.
---+Artikolu 124 2.
---+Artikolu 124 3.
---+Artikolu 124 4.
---+Artikolu 124 5.
---+Artikolu 124 6.
---+Artikolu 124 7.
---+Artikolu 124 8.
---+Artikolu 124 9.
---+Artikolu 124 10.
|
Artikolu 124 Rapport tal-korp amministrattiv jew maniġerjali għall-membri u għall-impjegati
Rapport tal-korp amministrattiv jew maniġerjali għall-membri u għall-impjegati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 124 1.
|
Il-korp amministrattiv jew maniġerjali ta' kull waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger għandu jfassal rapport għall-membri u għall-impjegati li jispjega u jiġġustifika l-aspetti legali u ekonomiċi tal-merger transkonfinali, kif ukoll jispjega l-implikazzjonijiet tal-merger transkonfinali għall-impjegati. Huwa għandu, b'mod partikolari, jispjega l-implikazzjonijiet tal-merger transkonfinali għan-negozju futur tal-kumpanija
|
|
Artikolu 124 2.
|
Ir-rapport għandu jinkludi wkoll taqsima għall-membri u taqsima għall-impjegati. Il-kumpanija tista' tiddeċiedi jew li tfassal rapport wieħed li jkun fih dawk iż-żewġ taqsimiet jew tfassal rapporti separati għall-membri u għall-impjegati, li rispettivament ikollhom it-taqsima rilevanti.
|
|
Artikolu 124 3.
|
It-taqsima tar-rapport għall-membri għandha, b'mod partikolari, tispjega dan li ġej:
(a)
il-kumpens fi flus kontanti u l-metodu li ntuża biex jiġi ddeterminat il-kumpens fi flus kontanti;
(b)
il-proporzjon ta' skambju tal-ishma u l-metodu jew il-metodi li ntużaw biex jiġi kkalkolat il-proporzjon ta' skambju tal-ishma, fejn applikabbli;
(c)
l-implikazzjonijiet tal-merger transkonfinali għall-membri;
(d)
id-drittijiet u r-rimedji disponibbli għall-membri f'konformità mal-Artikolu 126a.
|
|
Artikolu 124 4.
|
It-taqsima tar-rapport għall-membri ma għandhiex tkun meħtieġa fejn il-membri kollha tal-kumpanija jkunu qablu li jirrinunzjaw dak ir-rekwiżit. L-Istati Membri jistgħu jeskludu kumpaniji b'membru wieħed mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 124 5.
|
It-taqsima tar-rapport għall-impjegati għandha, b'mod partikolari, tispjega dan li ġej:
(a)
l-implikazzjonijiet tal-merger transkonfinali għar-relazzjonijiet tal-impjieg, kif ukoll, fejn applikabbli, kwalunkwe miżura biex tissalvagwardja dawk ir-relazzjonijiet;
(b)
kwalunkwe tibdil materjali fil-kundizzjonijiet applikabbli tal-impjieg jew fir-rigward tal-postijiet tan-negozju tal-kumpanija;
(c)
b'liema mod il-fatturi stabbiliti fil-punti (a) u (b) jaffettwaw kwalunkwe sussidjarja tal-kumpanija.
|
|
Artikolu 124 6.
|
Ir-rapport jew rapporti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fi kwalunkwe każ, b'mod elettroniku, flimkien mal-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali, jekk disponibbli, tal-membri u tar-rappreżentanti tal-impjegati ta' kull waħda mill-kumpaniji li jkunu l-oġġett tal-merger jew, fejn ma jkun hemm l-ebda tali rappreżentant, tal-impjegati nfushom, mhux anqas minn sitt ġimgħat qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 126. Madankollu, fejn l-approvazzjoni tal-merger ma tkunx meħtieġa mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija akkwirenti f'konformità mal-Artikolu 126(3), ir-rapport għandu jsir disponibbli tal-anqas sitt ġimgħat qabel id-data tal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija jew tal-kumpaniji l-oħra li jkunu l-oġġett tal-merger.
|
|
Artikolu 124 7.
|
Fejn il-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpanija li tkun l-oġġett tal-merger jirċievi opinjoni dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 5, fil-ħin, mingħand ir-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm ebda tali rappreżentant, mingħand l-impjegati nfushom, kif previst taħt il-liġi nazzjonali, il-membri għandhom jiġu infurmati dwar dan u dik l-opinjoni għandha tiġi mehmuża mar-rapport.
|
|
Artikolu 124 8.
|
It-taqsima tar-rapport għall-impjegati ma għandhiex tkun meħtieġa fejn kumpanija li tkun oġġett ta' merger u s-sussidjarji tagħha, jekk ikollha, ma jkollhomx impjegati għajr dawk li jiffurmaw parti mill-korp amministrattiv jew maniġerjali.
|
|
Artikolu 124 9.
|
Fejn it-taqsima tar-rapport għall-membri msemmija fil-paragrafu 3 tkun ġiet irrinunzjata f'konformità mal-paragrafu 4 u t-taqsima għall-impjegati msemmija fil-paragrafu 5 ma tkunx meħtieġa taħt il-paragrafu 8, ir-rapport ma għandux ikun rikjest.
|
|
Artikolu 124 10.
|
Il-paragrafi 1 sa 9 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet applikabbli ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni u għall-proċeduri previsti fil-livell nazzjonali wara t-traspożizzjoni tad-Direttivi 2002/14/KE u 2009/38/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|