+Artikolu 13 10.

Artikolu 13 10.

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-gass jiġi fornut lill-klijenti protetti mis-solidarjetà fl-Istat Membru rikjedenti f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 u għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jaqblu dwar arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji. Tali arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji għandhom jiġu miftiehma bejn l-Istati Membri li jkunu direttament konnessi jew, f’konformità mal-paragrafu 2, li jkunu konnessi permezz ta’ pajjiż terz, u għandhom jiġu deskritti fil-pjanijiet ta’ emerġenza rispettivi tagħhom. Tali arranġamenti jistgħu jkopru, fost affarijiet oħra, l-elementi li ġejjin:

(a) 

is-sikurezza operazzjonali tan-networks;

(b) 

il-prezzijiet tal-gass li għandhom jiġu applikati u l-metodoloġija għall-iffissar tal-prezzijiet, filwaqt li jittieħed kont tal-impatt fuq il-funzjonament tas-suq;

(c) 

l-użu tal-interkonnessjonijiet, inklużi l-kapaċità bidirezzjonali u l-ħżin tal-gass taħt l-art;

(d) 

il-volumi tal-gass jew il-metodoloġija għall-iffissar tal-volumi;

(e) 

il-kategoriji tal-ispejjeż li jridu jiġu koperti permezz ta’ kumpens ġust u fil-pront, li jistgħu jinkludu danni għall-industrija affettwata;

(f) 

indikazzjoni tal-metodu li bih jista’ jiġi kkalkulat kumpens ġust.

L-arranġament finanzjarju miftiehem bejn l-Istati Membri qabel ma tintalab is-solidarjetà għandu jkun fih dispożizzjonijiet li jippermettu l-kalkolu tal-kumpens ġust mill-anqas għall-ispejjeż rilevanti u raġonevoli kollha mġarrba meta tiġi pprovduta solidarjetà u impenn li tali kumpens ser jitħallas.

Kwalunkwe mekkaniżmu ta’ kumpens għandu jipprovdi inċentivi favur parteċipazzjoni f’soluzzjonijiet ibbażati fuq is-suq bħal irkanti u mekkaniżmi fin-naħa tad-domanda. Ma għandux joħloq inċentivi perversi, inkluż fit-termini finanzjarji, għall-parteċipanti tas-suq biex jipposponu l-azzjoni tagħhom sakemm jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq. Il-mekkaniżmi ta’ kumpens kollha jew mill-inqas is-sommarju tagħhom għandhom jiġu inklużi fil-pjani ta’ emerġenza.

Meta jinħolqu kostijiet raġonevoli ġodda u sinifikanti li għandhom jiġu inklużi fil-kumpens ġust, b’riżultat ta’ proċedimenti ġudizzjarji skont il-paragrafu 8, it-tieni subparagrafu, il-punt (c) wara l-konklużjoni tal-kontroll ex post, l-Istat Membru fornitur għandu jinforma immedjatament lill-Istat Membru rikjedenti. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn rilevanti, l-Aġenzija għandhom iwettqu kontroll ex post ġdid skont il-paragrafu 8c. L-eżitu ta’ dak il-kontroll ex post ġdid huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu li Stat Membru fornitur jikkumpensa għad-danni lill-klijenti skont il-liġi nazzjonali u d-dritt tagħhom li jirċievu kumpens ġust.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.