|
+Artikolu 61 3. |
Artikolu 61 3.B’mod partikolari, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi, fuq talba raġonevoli, biex jingħata aċċess għall-wajers u għall-kejbils u l-faċilitajiet assoċjati fil-bini jew sal-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni kif determinat mill-awtorità regolatorja nazzjonali, fejn dak il-punt ikun jinsab barra l-bini. Fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet li r-replikazzjoni ta’ tali elementi tan-netwerk ma tkunx effiċjenti ekonomikament jew prattikabbli fiżikament, tali obbligi jistgħu jiġu imposti fuq il-fornituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew fuq il-proprjetarji ta’ tali wajers u kejbils u faċilitajiet assoċjati, fejn dawk il-proprjetarji ma jkunux fornituri ta’ netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-kondizzjonijiet imposti tal-aċċess jistgħu jinkludu regoli speċifiċi dwar l-aċċess għal tali elementi tan-netwerk u għall-faċilitajiet assoċjati u servizzi assoċjati, dwar it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u dwar it-tqassim tal-kostijiet tal-aċċess, li meta jkun xieraq, jiġu aġġustati biex jitqiesu l-fatturi ta’ riskju. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi, filwaqt li tqis, fejn applikabbli, l-obbligi li jirriżultaw minn kwalunkwe analiżi tas-suq rilevanti, li l-obbligi imposti skont l-ewwel subparagrafu ma jindirizzawx suffiċjentement ostakli ekonomiċi jew fiżiċi kbar u mhux transitorji għar-replikazzjoni li fuqhom hija bbażata sitwazzjoni tas-suq eżistenti jew emerġenti li tillimita b’mod sinifikanti l-eżiti kompetittivi għal utenti finali, hija tista’ testendi l-impożizzjoni ta’ tali obbligi ta’ aċċess, b’termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew distribuzzjoni, sa punt li hija tiddetermina bħala l-eqreb għall-utenti finali kapaċi li jospitaw għadd suffiċjenti ta’ konnessjonijiet ta’ utenti finali li għandhom ikunu kummerċjalment vijabbli għal dawk li jfittxu aċċess effiċjenti. Meta tiddetermina sa fejn tasal l-estensjoni lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu kont bis-sħiħ tal-linji gwida rilevanti tal-BEREC. Jekk ikun ġustifikat għal raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi tal-aċċess attivi jew virtwali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ma għandhomx jimponu obbligi skont it-tieni subparagrafu fuq fornituri ta’ netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi meta jiddeterminaw li:
(a)
il-fornitur ikollu l-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 80(1) u jagħmel disponibbli mezz alternattiv vijabbli u simili lil utenti finali billi jipprovdi aċċess għal netwerk b’kapaċità kbira ħafna lil kwalunkwe impriża, b’termini u kondizzjonijiet ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli; l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jestendu dik l-eżenzjoni għal fornituri oħra li joffru, b’termini u kondizzjonijiet ġusti, nondiskriminatorji u raġonevoli, aċċess għal netwerk b’kapaċità kbira ħafna; jew
(b)
l-impożizzjoni ta’ obbligi tikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika jew finanzjarja tal-introduzzjoni ta’ netwerk ġdid b’mod partikolari minn proġetti lokali iżgħar. B’deroga mill-punt (a) tat-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq fornituri ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dak il-punt fejn in-netwerk ikkonċernat ikun iffinanzjat pubblikament. Sal-21 ta’ Diċembru 2020, il-BEREC jista’ jippubblika linji gwida biex jippromwovi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu, billi jistabbilixxi l-kriterji rilevanti biex jiġu determinati:
(a)
l-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew distribuzzjoni;
(b)
il-punt, lil hinn mill-ewwel punt ta’ konċentrazzjoni jew ta’ distribuzzjoni, kapaċi li jospita għadd suffiċjenti ta’ konnessjonijiet ta’ utenti finali biex impriża effiċjenti tkun tista’ tegħleb l-ostakli sinifikanti għar-replikabbiltà identifikati;
(c)
liema introduzzjonijiet ta’ netwerks jistgħu jitqiesu bħala ġodda;
(d)
liema proġetti jistgħu jitqiesu bħala żgħar; u
(e)
liema ostakli ekonomiċi jew fiżiċi għar-replikazzjoni huma kbar u mhux transitorji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|