|
+Artikolu 4 Objettivi, miri u kontributi nazzjonali għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija |
Artikolu 4 Objettivi, miri u kontributi nazzjonali għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-EnerġijaArtikolu 4 Objettivi, miri u kontributi nazzjonali għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-objettivi, il-miri u l-kontributi ewlenin li ġejjin fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima, kif speċifikat fil-punt 2 tat-taqsima A tal-Anness I:
(a)
rigward id-dimensjoni “Id-Dekarbonizzazzjoni”:
(1)
fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra u bl-għan li jingħata kontribut biex tintlaħaq il-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni:
(i)
il-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istat Membru għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-limiti nazzjonali vinkolanti annwali skont ir-Regolament (UE) 2018/842;
(ii)
l-impenji tal-Istat Membru u l-miri nazzjonali għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/841;
(iii)
meta jkun applikabbli biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u l-impenji fit-tul tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'konformità mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi, objettivi u miri oħra, li jinkludu miri settorjali u objettivi ta' adattament.
(2)
fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli: Bl-għan li tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kontribut għal dak l-objettiv f’termini tas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030, bi trajettorja indikattiva għal dak il-kontribut mill-2021 ’il quddiem. Sal-2022, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta’ referenza ta’ mill-anqas 18 % taż-żieda totali fis-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta’ dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2025, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta’ referenza ta’ mill-anqas 43 % taż-żieda totali fis-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta’ dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2027, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta’ referenza ta’ mill-anqas 65 % taż-żieda totali fis-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta’ dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2030, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq mill-anqas il-kontribut ippjanat tal-Istat Membru. Jekk Stat Membru jistenna li jaqbeż il-mira nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020, it-trajettorja indikattiva tiegħu tista’ tibda fil-livell li tkun ipproġettata li tilħaq. It-trajettorji indikattivi tal-Istati Membri, meħudin flimkien, għandhom jikkorrispondu għall-punti ta’ referenza tal-Unjoni fl-2022, fl-2025 u fl-2027 u għall-mira vinkolanti tal-Unjoni tal-enerġija rinnovabbli għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 3(1)tad-Direttiva (UE) 2018/2001. B’mod separat mill-kontribut tiegħu għall-mira tal-Unjoni u t-trajettorja indikattiva tiegħu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru għandu jkun liberu li jindika ambizzjonijiet ogħla għall-finijiet tal-politika nazzjonali;
(b)
fir-rigward tad-dimensjoni “Effiċjenza Enerġetika”:
(1)
il-kontribut nazzjonali indikattiv għall-effiċjenza enerġetika biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika ta' mill-inqas 32,5 % fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/27/UE, abbażi tal-konsum primarju jew finali tal-enerġija, l-iffrankar primarju jew finali tal-enerġija, jew l-intensità enerġetika. L-Istati Membri għandhom jesprimu l-kontributi tagħhom f'termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020, u f'termini ta' livell assolut ta' konsum ta' enerġija primarja u konsum ta' enerġija finali fl-2030, bi trajettorja indikattiva għal dak il-kontribut mill-2021 'il quddiem. Huma għandhom jispjegaw il-metodoloġija sottostanti tagħhom u l-fatturi ta' konverżjoni li jkunu ntużaw;
(2)
l-ammont kumulattiv ta' ffrankar enerġetiku fil-konsum finali li jrid jinkiseb matul il-perijodu mill-2021 sal-2030 skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(1) dwar l-obbligi dwar l-iffrankar enerġetiku skont id-Direttiva 2012/27/UE;
(3)
l-istadji importanti indikattvi tal-istrateġija għar-rinnovazzjoni fit-tul tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, il-pjan direzzjonali b'indikaturi kwantifikabbli tal-progress stabbiliti domestikament, stima abbażi tal-evidenza tal-iffrankar enerġetiku mistenni u benefiċċji usa', u l-kontributi għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni skont id-Direttiva 2012/27/UE b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;
(4)
l-erja totali ta' art li trid tiġi rinnovata jew l-iffrankar enerġetiku annwali ekwivalenti li jrid jinkiseb mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi;
(c)
fir-rigward tad-dimensjoni “Sigurtà tal-Enerġija”:
(1)
l-objettivi nazzjonali fir-rigward ta':
—
żieda fid-diversifikazzjoni tas-sorsi u tal-provvista tal-enerġija minn pajjiżi terzi, li jista' jkollhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza tal-enerġija fuq l-importazzjoni,
—
żieda fil-flessibbiltà tas-sistema nazzjonali tal-enerġija, u
—
il-kapaċità li wieħed jindirizza provvista limitata jew interrotta ta' sors tal-enerġija, bl-iskop li tittejjeb ir-reżiljenza tas-sistemi reġjonali u nazzjonali tal-enerġija, inkluż iż-żmien li fih għandhom jintlaħqu l-objettivi;
(d)
fir-rigward tad-dimensjoni “Suq Intern tal-Enerġija”:
(1)
il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 fid-dawl tal-mira ta' minn tal-inqas 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030, bi strateġija bil-livell definit mill-2021 'il quddiem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri affettwati, b'kont meħud tal-mira tal-interkonnessjoni ta' 10 % tal-2020 u tal-indikaturi tal-urġenza tal-azzjoni abbażi tad-differenzjali tal-prezz fis-suq bl-ingrossa, tal-kapaċità nominali ta' trażmissjoni tal-interkonnetturi fir-rigward tal-ħinijiet l-aktar intensivi u tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli installata kif stipulat fil-punt 2.4.1 tat-Taqsima A fil-Parti 1 tal-Anness I. Kull interkonnettur ġdid għandu jkun soġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi u ambjentali u jiġi implimentat biss jekk il-benefiċċji potenzjali jkunu iktar mill-ispejjeż;
(2)
il-proġetti, u, meta jkun rilevanti, il-proġetti ta' modernizzazzjoni nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass u l-modernizzazzjoni, meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri skont il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;
(3)
l-objettivi nazzjonali relatati ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħal pereżempju: żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, b'mod partikolari permezz ta' politiki u miżuri relatati mal-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tas-suq b'konformità mal-liġi applikabbli; l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-suq, bl-għan li jiżdiedu l-kapaċità negozjabbli tal-interkonnetturi eżistenti, il-grids intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, ir-ridispaċċ u t-tnaqqis tas-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali, inkluż perijodu ta' żmien li fih għandhom jintlaħqu l-objettivi, u objettivi relatati mas-suq intern tal-enerġija kif stipulat fil-punt 2.4.3 tat-Taqsima A fil-Parti 1 tal-Anness I;
(e)
fir-rigward tad-dimensjoni “Riċerka, Innovazzjoni u Kompetittività”:
(1)
objettivi nazzjonali u miri ta' finanzjament għal riċerka u innovazzjoni pubblika u, meta jkun rilevanti, privata marbuta mal-Unjoni tal-Enerġija li jinkludu, meta jkun xieraq, medda ta' żmien għal meta l-objettivi għandhom jintlaħqu; li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u, meta jkun xieraq, tal-Pjan SET. Meta jistabbilixxi l-objettivi, il-miri u l-kontributi tiegħu, l-Istat Membru jista' jibni fuq l-istrateġiji jew il-pjanijiet nazzjonali eżistenti li jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni;
(2)
meta jkun applikabbli, l-objettivi nazzjonali għall-2050 relatati mal-promozzjoni ta' teknoloġiji ta' enerġija nadifa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|