+ANNESS I

ANNESS I




ANNESS I

KOMPITI TAĊ-ĊENTRI TA' KOORDINAZZJONI REĠJONALI

1.   Kalkolu koordinat tal-kapaċità

1.1 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu l-kalkolu koordinat tal-kapaċitajiet transżonali.

▼M2

1.2 Il-kalkolu tal-kapaċità koordinata għandu jsir għall-perjodi ta’ żmien kollha tal-allokazzjoni.

▼B

1.3 Il-kalkolu koordinat tal-kapaċità għandu jitwettaq abbażi tal-metodoloġiji żviluppati f'konformità mal-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

1.4 Il-kalkolu koordinat tal-kapaċità għandu jitwettaq abbażi ta' mudell komuni tal-grilja skont il-punt 3.

1.5 Il-kalkolu koordinat tal-kapaċità għandu jiżgura ġestjoni effiċjenti tal-konġestjoni skont il-prinċipji ta' ġestjoni tal-konġestjoni definiti f'dan ir-Regolament.

2.   Analiżi koordinata tas-sigurtà

2.1 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu analiżi koordinata tas-sigurtà bil-għan li jiżguraw it-tħaddim sigur tas-sistema.

2.2 L-analiżi tas-sigurtà għandha ssir għall-perjodi kollha ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali, bejn il-perjodi ta' żmien ta' sena bil-quddiem u tal-istess ġurnata, billi jintużaw il-mudelli komuni tal-grilja.

2.3 Analiżi koordinata tas-sigurtà għandha ssir abbażi tal-metodoloġiji żviluppati skont il-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

2.4 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jaqsmu r-riżultati tal-analiżi koordinata tas-sigurtà mill-inqas mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

2.5 Jekk b'riżultat tal-analiżi koordinata tas-sigurtà ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali jidentifika xi restrizzjoni potenzjali, dan għandu jfassal azzjonijiet ta' rimedju li jimmassimizzaw l-effikaċja u l-effiċjenza ekonomika.

3.   Ħolqien ta' mudelli komuni tal-grilja

3.1 Iċ-Ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jistabbilixxu proċessi effiċjenti għall-ħolqien ta' mudell komuni tal-grilja għal kull perjodu ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali bejn il-perjodi ta' żmien ta' sena bil-quddiem u tal-istess ġurnata.

3.2 L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jinnominaw ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali biex jibni l-mudelli komuni tal-grilja mal-Unjoni kollha.

3.3 Il-mudelli komuni tal-grilja għandhom jitwettqu bi qbil mal-metodoloġiji żviluppati skont il-Linja Gwida dwar it-tħaddim tas-sistema u l-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

3.4 Il-mudelli komuni tal-grilja għandhom jinkludu d-dejta rilevanti għall-ippjanar operazzjonali u l-kalkolu tal-kapaċità b'mod effiċjenti fil-perjodi kollha ta' żmien ta' ppjanar operazzjonali bejn il-perjodi ta' żmien ta' sena bil-quddiem u tal-istess ġurnata.

3.5 Il-mudelli komuni tal-grilja għandhom ikunu disponibbli għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali kollha, għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, għall-ENTSO għall-Elettriku u, fuq talba għall-ACER.

4.   Appoġġ għall-pjanijiet tad-difiża u r-restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konsistenza

4.1 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-konsistenza tal-pjanijiet tad-difiża u tal-pjanijiet tar-restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-kodiċi tan-netwerk dwar l-emerġenza u r-restawr tal-elettriku adottat abbażi tal-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

4.2 L-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiftiehmu dwar livell limitu li 'l fuq minnu l-impatt tal-azzjonijiet ta' operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trażmissjoni fl-istati ta' emerġenza, ta' blekawt jew ta' restawr jitqies bħala sinifikanti għal operaturi oħra tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessi b'mod sinkroniku jew asinkroniku.

4.3 B'dan l-appoġġ lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom:

(a) 

jidentifikaw inkompatibbiltajiet potenzjali;

(b) 

jipproponu azzjonijiet ta' mitigazzjoni.

4.4 L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jivvalutaw u jqisu l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni proposti.

5.   Appoġġ għall-koordinazzjoni u l-ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali

5.1 Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali rilevanti għandu jappoġġa lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni nnominati bħala mexxejja tal-frekwenza u mexxejja tar-risinkronizzazzjoni skont il-kodiċi tan-netwerk dwar l-emerġenza u r-restawr adottat abbażi tal-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 biex jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta' restawr. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun tat- tħaddim tas-sistema għandhom jistabbilixxi r-rwol taċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali relatati mal-appoġġ għall-koordinazzjoni u l-ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali.

5.2 L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jistgħu jitolbu assistenza liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jekk is-sistema tagħhom tkun fi stat ta' blekawt jew ta' restawr.

5.3 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom ikunu mgħammra b'sistemi ta' akkwist tad-dejta u ta' kontroll superviżorju qrib il-ħin reali bl-osservabbiltà ddefinita bl-applikazzjoni tal-livell limitu msemmija fil-punt 4.2.

6.   Analiżi u rappurtar wara t-tħaddim u wara t-tfixkil

6.1 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jinvestigaw u jħejju rapport dwar kwalunkwe inċident 'il fuq mil-livell limitu imsemmija fil-punt 4.2. Fuq talba tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u l-ACER jistgħu jkunu involuti fl-investigazzjoni. Ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet bil-għan li fil-futur biex tipprevjeni inċidenti simili.

6.2 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jippubblikaw ir-rapport. L-ACER tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet bil-għan li fil-futur jipprevjenu inċidenti simili.

7.   Kejl reġjonali tal-kapaċità ta' riserva

7.1 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-kapaċità ta' riserva għar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. L-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-kapaċità ta' riserva għandu:

(a) 

jilħaq l-objettiv ġenerali li tinżamm is-sigurtà operazzjonali bl-aktar mod kosteffettiv;

(b) 

jitwettaq fil-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata jew ta' ġurnata bil-quddiem, jew it-tnejn;

(c) 

jikkalkula l-ammont ġenerali ta' kapaċità ta' riserva meħtieġ għar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema;

(d) 

jiddetermina r-rekwiżiti minimi tal-kapaċità ta' riserva għal kull tip ta' kapaċità ta' riserva;

(e) 

iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist;

(f) 

jekk ikun hemm, jistabbilixxi r-rekwiżiti neċessarji għad-distribuzzjoni ġeografika tal-kapaċità ta' riserva meħtieġa.

8.   Faċilitazzjoni tal-akkwist reġjonali tal-kapaċità ta' bbilanċjar

8.1 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi fis-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema biex jistabbilixxu l-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar li jeħtieġ tiġi akkwistata. L-istabbiliment tal-ammont ta' kapaċità ta' bbilanċjar għandu:

(a) 

jitwettaq fil-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata jew ta' ġurnata bil-quddiem, jew it-tnejn;

(b) 

iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist;

(c) 

iqis il-volumi tal-kapaċità ta' riserva meħtieġa li mistennija jiġu pprovduti bl-offerti għall-enerġija ta' bbilanċjar, li ma jiġux ippreżentati abbażi ta' kuntratt għall-kapaċità ta' bbilanċjar.

8.2 Iċ-Ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema biex jakkwistaw l-ammont meħtieġ ta' kapaċità ta' bbilanċjar stabbilit skont il-punt 8.1. L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar għandu:

(a) 

jitwettaq fil-perjodu ta' żmien tal-istess ġurnata jew ta' ġurnata bil-quddiem, jew it-tnejn

(b) 

iqis is-sostituzzjonijiet possibbli bejn tipi differenti ta' kapaċità ta' riserva bil-għan li jimminimizza l-kostijiet ta' akkwist.

9.   Valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza tas-sistema reġjonali minn ġimgħa bil-quddiem sa ġurnata bil-quddiem u t-tħejjija ta' azzjonijiet li jnaqqsu r-riskji

9.1 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza reġjonali sa mill-inqas ġurnata bil-quddiem f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament 2017/1485u abbażi tal-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/941.

9.2 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jibbażaw il-valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza reġjonali fuq terminu qasir fuq l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema bil-għan li jidentifikaw sitwazzjonijiet fejn hu mistenni nuqqas ta' adegwatezza fi kwalunkwe waħda miż-żoni ta' kontroll jew fil-livell reġjonali. Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iqisu l-iskambji transżonali u l-limiti tas-sigurtà operazzjonali possibbli fil-perjodi ta' żmien rilevanti kollha ta' ppjanar operazzjonali.

9.3 Meta jwettaq valutazzjoni dwar l-adegwatezza ta' sistema reġjonali, kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jikkoordina ma' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali oħra biex:

(a) 

jivverifika s-suppożizzjonijiet u t-tbassir sottostanti;

(b) 

jidentifika s-sitwazzjonijiet possibbli ta' nuqqas ta' adegwatezza transreġjonali.

9.4 Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jikseb ir-riżultati tal-valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza ta' sistema reġjonali flimkien mal-azzjonijiet li jipproponi biex jitnaqqsu r-riskji tan-nuqqas ta' adegwatezza għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u għal ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali oħra.

10.   Koordinazzjoni tal-ippjanar tal-indisponibbiltà reġjonali

10.1 Kull Ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jwettaq koordinazzjoni tal-indisponibbiltà reġjonali f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-linja gwida għat-tħaddim ta' sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 sabiex jimmonitorja l-istatus ta' disponibbiltà tal-assi rilevanti u jikkoordina l-pjanijiet ta' disponibbiltà tagħhom biex jiżgura s-sigurtà operazzjonali tas-sistema ta' trażmissjoni filwaqt li jimmassimizza l-kapaċità tal-interkonnetturi u tas-sistemi ta' trażmissjoni li jaffettwaw il-flussi transżonali.

10.2 Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jżomm lista unika tal-elementi tal-grilja rilevanti, tal-moduli ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-faċilitajiet tad-domanda tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u jqiegħdha għad-dispożizzjoni tal-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO għall-Elettriku.

10.3 Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin relatati mal-koordinazzjoni tal-indisponibbiltà fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema:

(a) 

jivvaluta l-kompatibbiltà tal-ippjanar tal-indisponibbiltà billi juża l-pjanijiet kollha tad-disponibbiltà ta' sena bil-quddiem tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(b) 

jipprovdi lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema b'lista tal-inkompatibbiltajiet ta' ppjanar individwati u tas-soluzzjonijiet li jipproponi biex jissolvew l-inkompatibbiltajiet.

11.   Ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta' kumpens għall-operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni

11.1 L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema jistgħu jiddeċiedu b'mod konġunt li jirċievu appoġġ miċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali biex jamministraw il-flussi finanzjarji relatati mas-saldu bejn operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jinvolvu aktar minn żewġ operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, bħall-kostijiet ta' dispaċċ mill-ġdid, l-introjtu mill-konġestjoni, il-kostijiet tad-devjazzjonijiet mhux intenzjonati jew tal-akkwist ta' riserva.

12.   Taħriġ u ċertifikazzjoni għall-persunal li jaħdem għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali

12.1 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iħejju u jwettqu programmi ta' taħriġ u ta' ċertifikazzjoni li jiffukaw fuq ir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema għall-persunal li jaħdem fiċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.

12.2 Il-programmi ta' taħriġ għandhom ikopru l-komponenti rilevanti kollha ta' tħaddim tas-sistema, fejn iċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali jwettaq kompiti inklużi x-xenarji ta' kriżi reġjonali.

13.   Identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku f'livell reġjonali

13.1 Jekk l-ENTSO għall-Elettriku jiddelega din il-funzjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jidentifikaw ix-xenarji ta' kriżi reġjonali tal-elettriku skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/941.

L-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali tal-elettriku għandha titwettaq f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/941.

13.2 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun ta' tħaddim tas-sistema fuq talba tagħhom fi tħejjija u twettiq tas-simulazzjonijiet ta' kriżi biennali bi qbil mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2019/941.

14.   Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kapaċità ta' trażmissjoni ġdida, għat-titjib tal-kapaċità ta' trażmissjoni eżistenti jew tal-alternattivi għalihom.

14.1 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kapaċità ta' trażmissjoni ġdida, għal titjib fil-kapaċità ta' trażmissjoni eżistenti jew għall-alternattivi tagħhom, li għandhom jiġu ppreżentati lill-gruppi reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 u biex jiġu inklużi fil-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944.

15.   Il-kalkolu tal-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija fil-mekkaniżmi ta' kapaċità

15.1 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jappoġġaw lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fil-kalkolu tal-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija fil-mekkaniżmi ta' kapaċità b'kont meħud tad-disponibbiltà mistennija ta' interkonnessjoni u l-konkorrenza probabbli ta' pressjoni fuq is-sistema bejn is-sistema fejn jiġi applikat il-mekkaniżmu u s-sistema fejn tkun tinsab il-kapaċità barranija.

15.2 Il-kalkolu għandu jitwettaq f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 26(11).

15.3 Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jipprovdu kalkolu għal kull konfini taż-żona tal-offerti kopert mir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema.

16.   Tħejjija ta' valutazzjonijiet tal-adegwatezza staġjonali

16.1 Jekk l-ENTSO għall-Elettriku jiddelega din il-funzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/941, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu valutazzjonijiet tal-adegwatezza staġjonali fuq bażi reġjonali.

16.2 It-tħejjija tal-valutazzjonijiet tal-adegwatezza staġjonali għandha titwettaq abbażi tal-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/941.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.