+Artikolu 3a Miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2
---+Artikolu 3a 1.
---+Artikolu 3a 2.
---+Artikolu 3a 3.
---+Artikolu 3a 4.
---+Artikolu 3a 5.

Artikolu 3a Miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3a 1.

L-emissjonijiet tas-CO2 medji tal-flotta tal-Unjoni ta’ vetturi bil-mutur tqal ġodda, għajr vetturi bi skop speċjali, vetturi off-road u vetturi bi skop speċjali off-road għandhom jitnaqqsu bil-perċentwali li ġejjin meta mqabbla mal-emissjonijiet tas-CO2 medji tal-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2019:

(a) 

15 % għas-subgruppi tal-vetturi 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD u 10-LH għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2029;

(b) 

45 % għas-subgruppi tal-vetturi kollha għajr il-vetturi vokazzjonali għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2030 sa 2034;

(c) 

65 % għas-subgruppi tal-vetturi kollha għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2035 sa 2039;

(d) 

90 % għas-subgruppi tal-vetturi kollha għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2040 ’il quddiem.

Artikolu 3a 2.
Is-subgruppi tal-vetturi għandhom jikkontribwixxu għall-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 1, f’konformità mal-punt 4.3. tal-Anness I.
Artikolu 3a 3.
L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-flotta tal-Unjoni ta’ trejlers ġodda għandhom jitnaqqsu f’konformità mal-punt 4.3 tal-Anness I.
Artikolu 3a 4.
Minkejja l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2017/2400, il-vetturi tqal approvati li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/858 ma għandhomx ikunu soġġetti għall-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm il-manifattur jagħżel li jinkludi dawk il-vetturi tqal fil-kalkolu tal-emissjonijiet u tal-miri tas-CO2 speċifiċi tiegħu meta jirrapporta l-vettura f’konformità mal-Parti B tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3a 5.
Vetturi tqal għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4 li huma rreġistrati għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku jew mis-servizzi għall-kura medika urġenti ma għandhomx ikunu soġġetti għall-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3, dment li Stat Membru jindika dan fil-proċess tar-reġistrazzjoni u tar-rapportar, u b’hekk jikkonferma fid-data rrapportata f’konformità mal-Parti A tal-Anness IV li l-iskop tal-vettura tqila ma jistax jiġi moqdi bl-istess mod minn vettura tqila mingħajr emissjonijiet u għalhekk huwa fl-interess pubbliku li vettura tqila b’magna tal-kombustjoni tiġi rreġistrata sabiex tissodisfa dak l-iskop.

Il-vetturi tqal irreġistrati għall-użu mis-servizzi armati ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jirrapportahomx f’konformità mal-Parti A tal-Anness IV.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.