+Artikolu 6 Obbligi rigward il-permess għall-ilma reklamat
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7

Artikolu 6 Obbligi rigward il-permess għall-ilma reklamat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Il-produzzjoni u l-provvista ta’ ilma reklamat maħsub għat-tisqija agrikola kif speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I għandha tkun soġġetta għal permess.

Artikolu 6 2

2.   Il-partijiet responsabbli fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, inkluż l-utent aħħari fejn rilevanti skont il-liġi nazzjonali, għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal permess, jew għal modifika ta’ permess eżistenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn topera l-faċilità tar-reklamazzjoni jew fejn hu ppjanat li din topera.

Artikolu 6 3

3.   Il-permess għandu jistipula l-obbligi tal-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni u, fejn rilevanti, ta’ kwalunkwe parti oħra responsabbli. Il-permess għandu jkun ibbażat fuq il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma u għandu jispeċifika, inter alia, dan li ġej:

(a)

il-klassi jew klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użu agrikolu li għalih l-ilma reklamat huwa permess skont l-Anness I, il-post tal-użu, il-faċilitajiet tar-reklamazzjoni u l-volum annwali stmat tal-ilma reklamat li ser jiġi prodott;

(b)

il-kondizzjonijiet marbuta mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma u għall-monitoraġġ stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I;

(c)

kwalunkwe kondizzjoni fir-rigward ta’ rekwiżiti addizzjonali għall-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni, stabbiliti fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma;

(d)

kwalunkwe kondizzjoni oħra meħtieġa biex telimina kull riskju inaċċettabbli għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali sabiex kwalunkwe riskju jkun ta’ livell aċċettabbli;

(e)

il-perijodu ta’ validità tal-permess;

(f)

il-punt ta’ konformità.

Artikolu 6 4

4.   Għall-fini tal-valutazzjoni ta’ applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta u tiskambja informazzjoni rilevanti ma’ awtoritajiet rilevanti oħra, b’mod partikolari l-awtoritajiet tal-ilma u tas-saħħa jekk ikunu differenti mill-awtorità kompetenti, u kwalunkwe parti oħra li l-awtorità kompetenti tqis rilevanti.

Artikolu 6 5

5.   L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi mingħajr dewmien jekk hijiex ser tagħti permess. Fejn, minħabba l-kumplessità tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti tkun teħtieġ aktar minn 12-il xahar minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta biex tiddeċiedi jekk hijiex ser tagħti permess, hija għandha tikkomunika id-data mistennija tad-deċiżjoni tagħha lill-applikant.

Artikolu 6 6

6.   Il-permessi għandhom jerġgħu jiġu kkunsidrati regolarment, u għandhom jiġu aġġornati fejn meħtieġ, mill-inqas fil-każijiet li ġejjin:

(a)

kien hemm bidla sostanzjali fil-kapaċità;

(b)

it-tagħmir ġie mtejjeb;

(c)

inżdiedu tagħmir jew proċessi ġodda; jew

(d)

kien hemm bidliet fil-kondizzjonijiet klimatiċi jew kondizzjonijiet oħra li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-istatus ekoloġiku tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ.

Artikolu 6 7

7.   L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-ħżin, id-distribuzzjoni u l-użu tal-ilma reklamat ikunu soġġetti għal permess speċifiku sabiex jiġu applikati r-rekwiżiti u l-ostakli addizzjonali identifikati fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma kif imsemmi fl-Artikolu 5(4).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0741
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.