+Artikolu 6 5

Artikolu 6 5

5.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal bastimenti li:

(a)

jkunu rmiġġati mal-moll għal inqas minn sagħtejn, ikkalkulati abbażi tas-siegħa tal-wasla u l-ħin tat-tluq mmonitorjati u rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 15;

(b)

jużaw teknoloġiji b’emissjonijiet żero li jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali għal tali teknoloġiji previsti fl-Anness III u li huma elenkati u speċifikati fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-paragrafi 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu, għad-domanda tal-enerġija elettrika kollha tagħhom waqt li jkunu rmiġġati mal-moll;

(c)

minħabba ċirkostanzi mhux previsti lil hinn mill-kontroll tal-bastiment, ikollhom jagħmlu waqfa mhux skedata f’port, li ma ssirx fuq bażi sistematika, għal raġunijiet ta’ sikurezza jew ta’ salvataġġ ta’ ħajja fuq il-baħar, għajr dawk diġà esklużi taħt l-Artikolu 3, il-punt (10);

(d)

ma jkunux jistgħu jikkonnettjaw mal-provvista tal-elettriku mix-xatt minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ punti ta’ konnessjoni mal-provvista tal-elettriku mix-xatt f’port;

(e)

ma jkunux jistgħu jikkonnettjaw mal-provvista tal-elettriku mix-xatt minħabba li eċċezzjonalment l-istabbiltà tal-grilja elettrika tkun f’riskju, minħabba li l-elettriku disponibbli mix-xatt ikun insuffiċjenti biex jissodisfa d-domanda għall-enerġija elettrika meħtieġa tal-bastiment waqt li jkun irmiġġat;

(f)

ma jkunux jistgħu jikkonnettjaw mal-provvista tal-elettriku mix-xatt minħabba li l-installazzjoni fuq ix-xatt fil-port ma tkunx kompatibbli mat-tagħmir tal-elettriku abbord għall-konnessjoni max-xatt, dment li l-installazzjoni għall-konnessjoni max-xatt abbord il-bastiment tkun iċċertifikata f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2023/1804 għas-sistemi ta’ konnessjoni max-xatt tal-bastimenti li jbaħħru;

(g)

għal perjodu ta’ żmien limitat, jeħtieġu l-użu ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija abbord, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jirrappreżentaw riskju immedjat għall-ħajja, il-bastiment, l-ambjent jew għal raġunijiet oħra ta’ force majeure;

(h)

filwaqt li jibqgħu ikkonnettjati mal-provvista tal-elettriku mix-xatt, għal perjodu ta’ ħin limitat għal dak li jkun strettament neċessarju, jeħtieġu l-użu ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija abbord għal testijiet ta’ manutenzjoni jew għal testijiet funzjonali mwettqa fuq talba ta’ uffiċjal ta’ awtorità kompetenti jew mir-rappreżentant ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun qed twettaq stħarriġ jew spezzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.