+Artikolu 30 2

Artikolu 30 2

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2027, u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultati ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-impatti possibbli tad-distorsjonijiet tas-suq jew tal-evażjoni tal-portijiet; fir-rigward tal-evoluzzjoni tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero fit-trasport marittimu u s-suq tagħhom, kif ukoll l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji u tas-suq għall-karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u għall-provvista tal-elettriku mix-xatt, inkluż fl-ankraġġ; fir-rigward tal-użu tad-dħul iġġenerat mill-penali FuelEU; u fir-rigward tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-kompetittività tas-settur marittimu fl-Unjoni.

F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn:

(a)

il-kamp ta’ applikazzjoni materjali u ġeografiku ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tat-tnaqqis tal-livell limitu ta’ tunnellaġġ gross imsemmi fl-Artikolu 2(1) jew l-espansjoni tas-sehem ta’ enerġija użata minn bastimenti fi vjaġġi lejn u minn pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (d);

(b)

il-limitu msemmi fl-Artikolu 4(2), bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119;

(c)

it-tipi ta’ bastimenti u d-daqs li għalihom japplika l-Artikolu 6(1) u estensjoni tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 6(1) għall-bastimenti fl-ankraġġ;

(d)

l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 6(5);

(e)

l-għadd tal-elettriku mwassal permezz tal-provvista tal-elettriku mix-xatt fl-Anness I u l-fattur ta’ emissjoni well-to-tank assoċjat ma’ dak l-elettriku definit fl-Anness II;

(f)

il-possibbiltà li fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġu inklużi mekkaniżmi ddedikati għall-aktar teknoloġiji tal-karburanti sostenibbli u innovattivi b’potenzjal sinifikanti ta’ dekarbonizzazzjoni, sabiex jinħoloq qafas legali ċar u prevedibbli u jitħeġġu l-iżvilupp tas-suq u l-introduzzjoni ta’ tali teknoloġiji tal-karburanti;

(g)

il-kalkolu tal-bilanċ ta’ konformità għall-bastimenti li jitolbu li tiġi eskluża l-enerġija addizzjonali użata minħabba tbaħħir f’kundizzjonijiet ta’ silġ stabbiliti fl-Annessi IV u V, u l-estensjoni possibbli tal-validità ta’ dawk id-dispożizzjonijiet wara l-31 ta’ Diċembru 2034;

(h)

il-possibbiltà li l-enerġija pprovduta mir-riħ tiġi inkluża fil-kalkolu tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord stabbilita fl-Anness I, soġġett għad-disponibbiltà ta’ metodu verifikabbli għall-monitoraġġ u l-kontabbiltà tal-enerġija tal-propulsjoni mir-riħ;

(i)

il-possibbiltà li jiġu inklużi teknoloġiji ġodda għat-tnaqqis tal-gassijiet serra, bħall-qbid tal-karbonju abbord, fil-kalkolu tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord u tal-bilanċ tal-konformità kif stabbilit fl-Annessi I u IV rispettivament, soġġett għad-disponibbiltà ta’ metodu verifikabbli għall-monitoraġġ u l-kontabbiltà tal-karbonju maqbud;

(j)

il-possibbiltà li jiġu inklużi elementi addizzjonali f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-emissjonijiet tal-karbonju iswed;

(k)

il-ħtieġa ta’ miżuri biex jiġu indirizzati tentattivi minn kumpaniji biex jevadu r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, jekk ikun xieraq, jekk għandhiex takkumpanja dak ir-rapport bi proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.