+Artikolu 17 Rapporti u rieżami
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
|
Artikolu 17 Rapporti u rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Sal-1 ta’ Jannar 2027, u kull erba’ snin minn dakinhar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni dettaljata tal-evoluzzjoni tas-suq tal-fjuwils tal-avjazzjoni, u l-impatt ta’ dik l-evoluzzjoni fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-avjazzjoni tal-Unjoni inkluż fuq il-kompetittività u l-konnettività, b’mod partikolari għall-gżejjer u t-territorji remoti, u fuq il-kosteffettività tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll il-ħtieġa għal investimenti, impjiegi u taħriġ, u riċerka u innovazzjoni f’SAF. Barra minn dan, ir-rapport għandu jinforma dwar l-avvanzi teknoloġiċi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-industrija tal-avjazzjoni li huma rilevanti għal SAF, inkluż fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li ma humiex tas-CO2 jew teknoloġiji tal-qbid mill-arja.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Ir-rapport għandu jevalwa l-ħtieġa possibbli li jiġi rivedut il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ SAF, il-fjuwils eliġibbli u l-ishma minimi fl-Artikolu 4 u fl-Anness I, u l-livell tal-multi. Ir-rapport għandu jevalwa t-twessigħ possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex jinkludi sorsi oħra ta’ enerġija u tipi oħra ta’ fjuwils sintetiċi definiti fid-Direttiva (UE) 2018/2001, filwaqt li jqis il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll l-inizjattivi, it-titjib u l-miżuri addizzjonali biex jiġu ffaċilitati u promossi aktar il-provvista u l-adozzjoni ta’ fjuwils tal-avjazzjoni mingħajr sostituzzjoni, u servizzi, infrastruttura u teknoloġiji relatati konsistenti mal-objettiv li t-trasport bl-ajru jiġi dekarbonizzat filwaqt li jiġu ppreservati kundizzjonijiet ekwi.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Ir-rapport għandu jikkunsidra l-inklużjoni possibbli ta’ mekkaniżmi li jappoġġaw il-produzzjoni u ż-żieda ta’ SAF, inkluż il-ġbir u l-użu tal-fondi, u biex jiġi limitat l-impatt negattiv ta’ dan ir-Regolament fuq il-konnettività u l-kompetittività. Ir-rapport għandu jikkunsidra jekk ikunx meħtieġ li tali mekkaniżmi jinkludu mekkaniżmi finanzjarji u oħrajn biex jitnaqqsu d-differenzi fil-prezzijiet bejn SAF u l-fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali.
|
|
Artikolu 17 5.
|
Ir-rapport għandu jivvaluta l-impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-avjazzjoni tal-eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 5. Sa fejn ikun possibbli, ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-iżviluppi tal-politika f’pajjiżi terzi rilevanti, inkluż fil-kuntest tal-ftehimiet multilaterali u bilaterali tagħhom mal-Unjoni jew mal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, kif ukoll dwar l-iżvilupp ta’ qafas ta’ politika potenzjali għall-provvista u ż-żieda ta’ SAF fil-livell tal-ICAO. Ir-rapport għandu jivvaluta l-kompetittività tat-trasportaturi tal-ajru u tal-hubs tal-ajruporti tal-Unjoni meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom f’pajjiżi terzi rilevanti, kif ukoll ir-riprogrammar tar-rotta possibbli, b’mod partikolari permezz ta’ bidla fit-traffiku lejn ċentri tal-ajruporti f’pajjiżi terzi, li twassal għal rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. B’mod partikolari, fin-nuqqas ta’ skema obbligatorja fil-livell internazzjonali dwar l-użu ta’ SAF għal titjiriet internazzjonali b’livell simili ta’ ambizzjoni bħar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jew ta’ mekkaniżmi żviluppati fil-livell internazzjonali li jippermettu li jiġi evitat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni għall-avjazzjoni internazzjonali, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2026, fejn xieraq, tikkunsidra mekkaniżmi mmirati li għandhom l-għan li jipprevjenu dawk l-effetti, inkluż, jekk xieraq, l-estensjoni għall-avjazzjoni internazzjonali tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
), kif ukoll tipi oħra ta’ miżuri li jqisu l-fatt li d-destinazzjoni finali tat-titjira tinsab barra mit-territorju tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 17 6.
|
Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jikkunsidra jekk ikunx meħtieġ li dan ir-Regolament jiġi emendat u, fejn xieraq, liema emendi jenħtieġ li jiġu kkunsidrati, f’konformità ma’ qafas ta’ politika potenzjali dwar l-adozzjoni ta’ SAF fil-livell tal-ICAO. Bħala parti mill-ewwel rapport jew qabel bħala rapport awtonomu ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżuri possibbli biex jiġi ottimizzat il-kontenut tal-fjuwil tal-fjuwils tal-avjazzjoni.
|
|
Artikolu 17 7.
|
Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Istati Membri meta tfassal dak ir-rapport, mill-inqas sitt xhur qabel l-adozzjoni tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|