+ANNESS VI INFORMAZZJONI GĦALL-PUBBLIKU

ANNESS VI INFORMAZZJONI GĦALL-PUBBLIKU




ANNESS VI

INFORMAZZJONI GĦALL-PUBBLIKU

(1) l-awtorità kompetenti u l-operatur(i) responsabbli għas-servizzi tal-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi urban, inkluż informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda tal-operaturi u l-informazzjoni ta' kuntatt tagħhom;

(2) it-tagħbija totali tal-ilma mormi urban espressa f'ekwivalenti tal-popolazzjoni (e.p.) iġġenerata fl-agglomerazzjoni, b'dettalji dwar is-sehem ta' dik it-tagħbija (f'%) jiġifieri:

(a) 

miġbur u ttrattat f'impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban;

(b) 

ittrattat minn sistemi individwali rreġistrati;

(c) 

mhux miġbur jew mhux ittrattat;

(3) fejn rilevanti, ġustifikazzjoni għaliex ċerta tagħbija ta' ilma mormi urban ma tinġabarx jew ma tiġix ittrattata;

(4) informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma mormi urban skarikat mill-agglomerazzjoni għal kull korp tal-ilma riċeventi, inkluż l-elementi li ġejjin:

(a) 

konċentrazzjonijiet medji annwali u t-tagħbija ta' sustanzi niġġiesa koperti mill-Artikolu 21, rilaxxati minn kull impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban;

(b) 

stima tat-tagħbija tal-iskariki minn sistemi individwali għall-parametri msemmija fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness I;

(c) 

għall-agglomerazzjonijiet ta' 10 000  e.p. u aktar, stima tat-tagħbija tal-iskariki minn taħlita ta' drenaġġ u tifwir tal-ilma tal-maltemp għall-parametri msemmija fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness I;

(5) il-kostijiet annwali totali tal-investiment u l-kostijiet annwali totali operazzjonali, b'distinzjoni bejn il-kostijiet tal-ġbir u tat-trattament, il-kostijiet annwali totali relatati mal-persunal, l-enerġija, l-oġġetti għall-konsum, l-amministrazzjoni u kostijiet oħra kif ukoll il-kostijiet annwali medji operazzjonali u tal-investiment għal kull metru kubu ta' ilma mormi urban miġbur u ttrattat, u għal kull unità domestika medja fejn il-kostijiet jiġu rkuprati kompletament jew parzjalment permezz ta' sistema ta' tariffi tal-ilma jew, f'każijiet oħra, għal kull livell ta' agglomerazzjoni;

(6) informazzjoni dwar kif il-kostijiet imsemmija fil-punt (5) huma koperti u, fejn il-kostijiet jiġu rkuprati permezz ta' sistema ta' tariffi, informazzjoni dwar l-istruttura tat-tariffa għal kull metru kubu ta' ilma mormi urban miġbur u ttrattat dwar l-istruttura tat-tariffa jew għal kull metru kubu ta' ilma mormi urban miġbur u ttrattat jew għal kull metru kubu ta' ilma fornut, inkluż il-kostijiet fissi u varjabbli u diżaggregazzjoni bejn il-kostijiet għall-ġbir, it-trattament, l-amministrazzjoni u kostijiet oħra;

(7) il-pjanijiet ta' investiment għall-infrastruttura tal-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi urban fil-livell tal-agglomerazzjoni, b'impatti mistennija fuq it-tariffi tas-servizz tal-ilma mormi urban, u l-benefiċċji finanzjarji u tas-soċjetali maħsuba;

(8) għal kull impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban ta' 10 000  e.p. u aktar:

(a) 

it-tagħbija totali (f'e.p.) ittrattata u l-enerġija meħtieġa biex jiġi ttrattat l-ilma mormi urban (f'kWh totali u għal kull metru kubu);

(b) 

l-enerġija rinnovabbli totali prodotta (GWh/sena) kull sena, inkluż diżaggregazzjoni skont is-sors tal-enerġija;

(9) l-emissjonijiet totali diretti ta' gassijiet b’effett ta’ serra (f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2) prodotti jew evitati kull sena bit-tħaddim ta' infrastruttura tal-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi urban ta' 10 000  e.p. u aktar f'kull agglomerazzjoni u, meta disponibbli, l-emissjonijiet totali indiretti ta' gassijiet b’effett ta’ serra (f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2) prodotti b'mod partikolari matul il-kostruzzjoni ta' dik l-infrastruttura;

(10) sommarju tan-natura u tal-istatistika dwar l-ilmenti u tat-tweġibiet mogħtija mill-operaturi tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(11) fuq talba ġustifikata, il-konsumaturi għandhom jingħataw aċċess għal data storika għal informazzjoni skont il-punti (2), (4), (8) u (9), li tmur lura sa għaxar snin, u mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2025.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.