+Artikolu 12 6
|
Artikolu 12 6
6. Id-data personali tista’ tiġi pproċessata fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà għal finijiet oħra għajr dawk li għalihom tkun inġabret legalment inizjalment, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
is-soluzzjoni innovattiva ta’ interoperabbiltà tiġi żviluppata biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi pubbliċi fil-kuntest ta’ livell għoli ta’ effiċjenza u kwalità tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi;
|
|
(b)
|
id-data pproċessata hija limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-funzjonament tas-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà li tkun ser tiġi żviluppata jew ittestjata fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà, u dak il-funzjonament ma jistax jinkiseb b’mod effettiv bl-ipproċessar ta’ data anonimizzata, sintetika jew mhux personali oħra;
|
|
(c)
|
ikun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ sabiex jiġi identifikat jekk jistax jinħoloq kwalunkwe riskju għoli għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġetti tad-data, kif imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2018/1725, matul l-operat tal-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà, kif ukoll mekkaniżmu ta’ rispons sabiex jittaffa minnufih dak ir-riskju u, fejn meħtieġ, jitwaqqaf l-ipproċessar;
|
|
(d)
|
kwalunkwe data personali li tkun ser tiġi pproċessata tkun f’ambjent tal-ipproċessar tad-data funzjonalment separat, iżolat u protett taħt il-kontroll tal-parteċipanti u persuni awtorizzati kif dovut biss ikollhom aċċess għal dik id-data;
|
|
(e)
|
kwalunkwe data personali pproċessata ma għandhiex tiġi trażmessa, trasferita jew aċċessata b’xi mod ieħor minn partijiet oħra li mhumiex parteċipanti fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà, ħlief jekk dan l-iżvelar iseħħ f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 jew, meta applikabbli, ir-Regolament (UE) 2018/1725, u l-parteċipanti kollha jkunu qablu miegħu;
|
|
(f)
|
kwalunkwe pproċessar ta’ data personali ma jaffettwax l-applikazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data kif previst skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali, b’mod partikolari fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1725;
|
|
(g)
|
kwalunkwe data personali pproċessata tkun protetta permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa u titħassar ladarba l-parteċipazzjoni fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà tkun intemmet jew id-data personali tkun laħqet it-tmiem tal-perjodu taż-żamma tagħha;
|
|
(h)
|
il-logs tal-ipproċessar ta’ data personali jinżammu għat-tul tal-parteċipazzjoni fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali;
|
|
(i)
|
deskrizzjoni sħiħa u dettaljata tal-proċess u r-raġunament għat-taħriġ, għall-ittestjar u għall-validazzjoni tas-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà jinżammu flimkien mar-riżultati tal-ittestjar bħala parti mid-dokumentazzjoni teknika u jingħaddew lill-Bord;
|
|
(j)
|
sommarju qasir tas-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà żviluppata fl-ambjent ta’ esperimentazzjoni regolatorju tal-interoperabbiltà, l-objettivi tagħha u r-riżultati mistennija jitqiegħdu fuq il-portal Ewropa Interoperabbli.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|