|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.L-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ proġett tal-materja prima kritika bħala Proġett Strateġiku għandhom jiġu sottomessi mill-promotur tal-proġett lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha tinkludi:
(a)
evidenza rilevanti relatata mal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1);
(b)
klassifikazzjoni tal-proġett skont il-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi, appoġġata b’evidenza xierqa;
(c)
skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-proġett, inkluż ħarsa ġenerali lejn il-permessi meħtieġa għall-proġett u l-istatus tal-proċess tal-għoti ta’ permessi korrispondenti;
(d)
pjan b’miżuri li jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni pubblika inkluż, meta xieraq, miżuri li jiffaċilitaw l-involviment sinifikanti u l-parteċipazzjoni attiva tal-komunitajiet milquta, l-istabbiliment ta’ kanali tal-komunikazzjoni rikorrenti mal-komunitajiet lokali, inkluż is-sħab soċjali, u l-awtoritajiet rilevanti, u l-implimentazzjoni ta’ kampanji tal-għarfien u tal-informazzjoni, u mekkaniżmi potenzjali ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens;
(e)
informazzjoni dwar il-kontroll tal-impriżi involuti fil-proġett, kif definit fl-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ( 3 ), u, fejn ikunu involuti impriżi multipli, informazzjoni li tispjega l-involviment relattiv ta’ kull impriża fil-proġett;
(f)
pjan kummerċjali li jevalwa l-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett;
(g)
stima tal-potenzjal tal-proġett li joħloq impjiegi ta’ kwalità u tal-ħtiġijiet tal-proġett mil-lat ta’ ħaddiema kwalifikati, u pjan ta’ ħidma li jappoġġa t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid u li jippromwovi r-rappreżentazzjoni inklużiva tal-forza tax-xogħol;
(h)
għall-proġetti f’pajjiżi terzi jew f’PTEEs li jinvolvu l-estrazzjoni, pjan għat-titjib tal-istat ambjentali tas-siti milquta wara tmiem l-isfruttament, bil-ħsieb li jiġi rrestawrat l-istat ambjentali filwaqt li jieħu kont tal-fattibbiltà ekonomika u teknika;
(i)
għall-proġetti relatati esklużivament mal-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ li jinsabu f’żoni protetti skont id-Direttiva 92/43/KEE jew id-Direttiva 2009/147/KE, deskrizzjoni tal-postijiet alternattivi teknikament xierqa, ivvalutati mill-promotur tal-proġett u r-raġunijiet għaliex dawk il-postijiet alternattivi ma jkunux meqjusa bħala postijiet xierqa għall-proġett.
(j)
għall-proġetti bil-potenzjal li jaffettwaw lill-popli indiġeni, pjan li jkun fih il-miżuri ddedikati għal konsultazzjoni sinifikanti tal-popli indiġeni milquta dwar il-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi fuq id-drittijiet indiġeni u, fejn ikun xieraq, kumpens ġust għal dawk il-popli, kif ukoll miżuri li jindirizzaw l-eżiti tal-konsultazzjoni. Fejn il-liġi nazzjonali tal-pajjiż li t-territorju tiegħu jkun ikkonċernat minn proġett ikun fiha dispożizzjonijiet għall-konsultazzjoni kif imsemmi fil-punt (j) tal-ewwel subparagrafu u dment li tali konsultazzjoni tkopri l-miri kollha stabbiliti f’dak il-punt, il-pjan jista’ jiġi aġġustat kif xieraq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|