+Artikolu 66
---+Artikolu 66 1.
---+Artikolu 66 2.
---+Artikolu 66 3.

Artikolu 66

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 66 1.
Kull Stat Membru għandu, fl-istrateġija nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/1020, jipprovdi sezzjoni dwar l-attivitajiet għas-sorveljanza tas-suq ippjanati biex ikun żgurat li jsiru l-kontrolli xierqa, inklużi, meta xieraq, kontrolli fiżiċi u fil-laboratorju, fuq skala adegwata rigward dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

Is-sezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha mill-anqas tinkludi:

(a) 

il-prodotti jew ir-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet komuni identifikati mill-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“ADCO”), stabbilit skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020, f’konformità mal-Artikolu 68(1), il-punt (a), u r-rapporti skont l-Artikolu 67(2).

(b) 

l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq ippjanati biex jonqos jew jintemm in-nuqqas ta’ konformità għal dawk il-prodotti jew ir-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet, inkluż in-natura tal-kontrolli li għandhom jitwettqu matul il-perjodu kopert mill-istrateġija nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq.

Artikolu 66 2.

Il-prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), għandhom jiġu identifikati abbażi ta’ kriterji oġġettivi, inkluż:

(a) 

il-livelli ta’ nuqqas ta’ konformità osservati fis-suq li jaqa’ fil-kompetenza tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq;

(b) 

l-impatti ambjentali tan-nuqqas ta’ konformità;

(c) 

meta disponibbli, l-għadd ta’ lmenti riċevuti mingħand utenti finali jew organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, jew informazzjoni oħra riċevuta mingħand operaturi ekonomiċi jew mingħand il-media;

(d) 

l-għadd ta’ prodotti rilevanti mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-suq li jaqgħu fil-kompetenza tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq; u

(e) 

l-għadd ta’ operaturi ekonomiċi rilevanti attivi fis-suq li jaqgħu fil-kompetenza tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

Artikolu 66 3.
Għall-kategoriji ta’ prodotti identifikati bħala li jirrappreżentaw riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità, il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, meta xieraq, kontrolli fiżiċi u fil-laboratorju bbażati fuq kampjuni adegwati.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jkollhom id-dritt li jirkupraw mingħand l-operatur ekonomiku responsabbli l-kostijiet tal-ispezzjoni tad-dokumenti u tal-ittestjar fiżiku tal-prodotti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.