4. Meta r-rapporti għandhom isiru pubbliċi f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas, fuq sit web apposta u f’format aċċessibbli, li jista’ jitniżżel u jinqara minn magna liberament.
Meta l-informazzjoni tinżamm għal raġuni waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE jew, fejn applikabbli, skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw it-tip ta’ informazzjoni li hija miżmuma u r-raġunijiet għal dan.