9. It-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-komponenti msemmija fil-paragrafu 8 għandha ssir immedjatament wara d-detezzjoni. Fil-każ li t-tiswija ma tkunx tista’ titwettaq immedjatament wara d-detezzjoni, għandu jsir tentattiv ta’ tiswija malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn 5 ijiem wara d-detezzjoni u għandha titlesta fi żmien 30 jum wara d-detezzjoni.
Fejn operatur jista’ juri li t-tiswija jew is-sostituzzjoni ma mhux ser tirnexxi jew mhux ser tkun possibbli fi żmien 5 ijiem għall-ewwel tentattiv jew jekk l-operatur jistenna li tiswija kompluta mhux ser tkun possibbli fi żmien 30 jum minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza, amministrattivi jew tekniċi, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti u jipprovdilhom evidenza ta’ dan flimkien mal-iskedi ta’ tiswija u monitoraġġ li fihom mill-inqas l-elementi stabbiliti fl-Anness II, mhux aktar tard minn 12-il jum mid-data tad-detezzjoni.
Dawk l-iskedi tat-tiswija u l-monitoraġġ għandhom jinkludu l-evidenza kollha meħtieġa li tiġġustifika kwalunkwe dewmien. Għandhom jiżguraw li l-impatt ambjentali jiġi minimizzat, filwaqt li jiġu rrispettati l-kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza, dawk amministrattivi u tekniċi rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li l-operatur jemenda l-iskedi tat-tiswija u l-monitoraġġ b’kont meħud tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, it-tiswija jew is-sostituzzjoni għandhom jitwettqu malajr kemm jista’ jkun.
L-operaturi għandhom jagħtu prijorità lit-tiswijiet tat-tnixxijiet akbar.
It-tiswijiet jew is-sostituzzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom jużaw l-aqwa teknoloġiji li humaa disponibbli fil-kummerċ u li jipprovdu protezzjoni fit-tul kontra tnixxijiet futuri.
Il-kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza, dawk amministrattivi u tekniċi, kif imsemmija f’dan il-paragrafu, għandhom ikunu limitati għal:
|
(a)
|
is-sikurezza tal-persunal u ta’ persuni oħra li jinsabu qrib it-tnixxija misjuba;
|
|
(b)
|
kwalunkwe impatt ambjentali negattiv jekk l-operatur jista’ juri li dak l-impatt ikun akbar mill-benefiċċji ambjentali, pereżempju fejn tiswija tista’ twassal għal livell ġenerali ogħla ta’ emissjonijiet tal-metan milli kien ikun il-każ kieku t-tiswija ma ssirx;
|
|
(c)
|
l-aċċessibbiltà ta’ komponent, inkluż il-manutenzjoni skedata, ir-rekwiżiti tal-proċess tal-permessi jew l-awtorizzazzjoni amministrattiva meħtieġa;
|
|
(d)
|
in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ partijiet ta’ sostituzzjoni meħtieġa għat-tiswija tal-komponent jew tal-komponenti ta’ sostituzzjoni; kif ukoll
|
|
(e)
|
deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass li x’aktarx iwassal għal livell ta’ kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).
|