+Artikolu 28 5
|
Artikolu 28 5
5. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-miżuri ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika għandhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament fil-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
iż-żejt mhux maħdum, il-gass naturali u l-faħam huma soġġetti għal verifika indipendenti minn parti terza ekwivalenti għal dik stabbilita fl-Artikoli 8 u 9 u l-produttur stabbilit f’pajjiż terz japplika:
|
(i)
|
għaż-żejt mhux maħdum u għall-gass naturali, miżuri ta’ monitoraġġ u rappurtar li jiżguraw il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 12 jew il-monitoraġġ u r-rappurtar fil-livell 5 tal-OGMP 2.0;
|
|
(ii)
|
għall-faħam, miżuri ta’ monitoraġġ u rappurtar ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 20; jew
|
|
|
(b)
|
il-pajjiż terz ikollu fis-seħħ u japplika għall-produtturi u l-esportaturi stabbiliti f’dak il-pajjiż terz u li jfornu żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam lis-suq tal-Unjoni, qafas regolatorju dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak applikat fl-Unjoni; b’mod partikolari, il-pajjiż terz ikun wera li dawk ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u rappurtar jiżguraw mill-inqas kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors u fil-livell tas-sit u rappurtar regolari ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 12, għaż-żejt mhux maħdum u għall-gass naturali, u fl-Artikolu 20, għall-faħam, u li hemm fis-seħħ verifika effettiva minn parti terza indipendenti, ekwivalenti għal dik stabbilita fl-Artikoli 8 u 9, kif ukoll superviżjoni u infurzar effettivi.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|