+Artikolu 34 5

Artikolu 34 5

5.   L-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali, l-operaturi tat-terminals tal-idroġenu u l-operaturi tal-ħażna tal-idroġenu għandhom jagħmlu pubbliku l-ammont ta’ gass naturali jew idroġenu f’kull faċilità tal-LNG, faċilità tal-ħażna tal-gass naturali, faċilità tal-ħażna tal-idroġenu u terminal tal-idroġenu, jew grupp ta’ faċilitajiet ta’ ħażna jekk dak jikkorrispondi għall-mod ta’ kif l-aċċess ikun offrut lill-utenti tas-sistema, il-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ, kif ukoll il-kapaċitajiet tal-faċilitajiet disponibbli tal-LNG, tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali, tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u tat-terminals tal-idroġenu, inklużi għal dawk il-faċilitajiet li huma eżentati mill-aċċess għal partijiet terzi. Dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata wkoll lill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew lill-operatur tan-networks tal-idroġenu għall-ħażna u t-terminals tal-idroġenu, li għandu jagħmilha pubblika fuq bażi aggregata għal kull sistema jew subsistema ddefinita mill-punti rilevanti. L-informazzjoni għandha tiġi aġġornata mill-anqas darba kuljum.

Meta utent tal-faċilità tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew tal-idroġenu jkun l-uniku utent ta’ faċilità tal-ħażna tal-gass naturali jew faċilità tal-ħażna tal-idroġenu, l-utent tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew tal-idroġenu jista’ jippreżenta talba motivata lill-awtorità regolatorja għal trattament kunfidenzjali tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu. Meta l-awtorità regolatorja tikkonkludi li tali talba tkun ġustifikata, filwaqt li tqis, b’mod partikolari, il-ħtieġa ta’ bilanċ bejn l-interess ta’ protezzjoni leġittima ta’ sigrieti kummerċjali li l-iżvelar tagħhom ikun jolqot ħażin l-istrateġija kummerċjali ġenerali tal-utent tal-ħażna, bl-objettiv li jinħolqu swieq interni kompetittivi għall-gass naturali u l-idroġenu, hija tista’ tippermetti li l-operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew l-operatur tal-ħażna tal-idroġenu ma jiżvelax pubblikament id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu, għal perijodu ta’ żmien sa sena.

It-tieni subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu, sakemm id-data aggregata ma tkunx identika għad-data individwali tas-sistema tal-ħażna tal-gass naturali jew tal-idroġenu li fir-rigward tagħha l-awtorità regolatorja tkun approvat id-deċiżjoni li ma tiġix ippubblikata.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.